THE CHAIRMAN: Rimarki? L-Onor. Beppe Fenech Adami.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Dwar il-kliem “jew finanzjar ta’ terroriżmu” dik toħroġ ...
DR PETER GRECH: Il-Prevention of Money Laundering Act jirreferi wkoll ...
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Għax naħseb għamilt l-emenda fil-post ħażin. Money laundering u/jew terroriżmu finanzjament ta’ terroriżmu skont l-Att tal-Money Laundering, .... Daħħalt terroriżmu wara l-kliem “skont l-Att”? Erġa’ aqraha.
ONOR. OWEN BONNICI: “Fil-partita relattiva għall-“Korp għal Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja” għandu jiżdied il-kliem “jew finanzjar ta’ terroriżmu” u dan minnufih wara l-kliem “Money Laundering”.
Bl-Ingliż tgħid hekk:
“(a) In the column entitled “Description of Matters” there shall be added the following:
In the item relative to the “Commissioner of Inland Revenue” immediately after the words “national insurance contributions” there shall be added the words “Value Added Tax or “revenue acts” as defined in the Commissioner for Revenue Act.”
In the item relative to the “Financial Intelligence Analysis Unit” immediately after the words “Money Laundering” there shall be added the words “or financing of terrorism”.
(b) In the column entitled “Authority”, for the words “Commissioner of Inland Revenue” there shall be substituted the words “Commissioner for Revenue”. THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-Emenda “O” kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “O” għaddiet nem.con. THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-Emenda “P” kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “P” għaddiet nem. con. THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-Emenda “Q” kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “Q” għaddiet nem.con. THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi Klawsola 16 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 16, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola 18 - Riferenza ta’ informazzjoni lil awtorità oħra.
Clause 18 - Reference of information to another authority. THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-Emenda:
“R’’ Il-klawsola 18 għandha tiġi emendata kif ġej:
Fil-proviso tas-subartikolu (1) il-kliem “bil-miktub minn qabel” għandhom jidħlu minnufih wara l-kliem “il-kunsens tiegħu”.
“R” Clause 18 of the Maltese version shall be amended as follows: In the proviso to subarticle (1) the words “bil-miktub minn qabel.” shall be substituted by the words “il-kunsens tiegħu”. THE CHAIRMAN: Rimarki? L-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Jiġifieri l-kunsens tiegħu tridu bil-miktub bilfors?
ONOR. OWEN BONNICI: Hekk qed ngħidu.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Għaċ-ċertezza.
THE CHAIRMAN: Mhux aħjar, għaċ-ċertezza?
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Mhux aħjar, biex dak li jkun mhux imbagħad jibqa bid-dubju?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: M’għandniex xi partijiet oħrajn fejn tkellimna fuq il-kunsens? Mingħalija ma ktibniex li l-kunsens iridx ikun bil-miktub. Hemm x’imkien ieħor fejn semmejnih il-kunsens. Ma nafx liema hu l-artikolu, jidhirli li jew l-artikolu 5 jew 6, imma m’iniex ċert. Mingħalija semmejnieh.
ONOR. OWEN BONNICI: Il-klawsola 5 le għax dak kriminali. Fil-klawsola 6(1) “jagħti l-kunsens tiegħu bil-miktub.”
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: L-aqwa li hija allinejata.
THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-Emenda “R” kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “R” għaddiet nem.con. THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi Klawsola 18 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 18, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi. ONOR. OWEN BONNICI: Minn hawn ’il quddiem m’hawn xejn ġdid.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma hemm Klawsola 22 li aħna għandna problema fuqha u tajjeb li narawha. Nistgħu nitolbu li dawn l-artikoli nagħmluhom nhar it-Tnejn, jekk jogħġbok?
ONOR. OWEN BONNICI: Għalija mhux problema.
THE CHAIRMAN: Il-problema tiegħi hija – u ma nistax nispjega ruħi aktar minn hekk - li hemm xogħol ieħor li jrid isir.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI:We’ve been around for quite some time. Nistgħu nsibu flessibilità u nagħmluha din il-ħaġa. Ejja nagħmluha nhar it-Tnejn inkunu ftit inqas għajjenin u ....
ONOR BEPPE FENECH ADAMI: Jidher li fadal ftit sections u naħseb li se jkun hawn ftit diskussjoni sostanzjali fuq klawsola 22
ONOR. OWEN BONNICI: Il-klawsola 22 hija idea tiegħi. La hija idea tal-Kabinett, ta’ ħadd. Jiena l-klawsola 22 għamiltha għax ġenwinament ħassejt li għandu jkolli safety valve. Jekk per eżempju tiġi xi kumpanija minn barra u tibda tħoss li mhux se tinvesti Malta minħabba li kulħadd jibda jagħmel whistleblowing, deherli li għandi nagħmel dan it-tip ta’ safety valve. Again, din hija idea tiegħi, jiġifieri jekk nistgħu nillimawha ftit, jien m’għandix diffikultà.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien għandi żewġ punti li xtaqt niddiskuti. L-ewwel ħaġa klawsola 19 xtaqt li nidħlu iktar fid-dettall fuq ir-reati x’hemm u x’m’hemmx. U fil-klawsola 20, il-poteri żdiedu, u xtaqt li niddiskutihom biex ikolli l-konfort tagħhom x’inhuma u x’m’humiex.
Issa ma nippretendix li fl-10.00 p.m. aħna se nkunu qegħdin f’pożizzjoni li nagħmluha. Kulma għandna erba’ artikoli li nistgħu nagħmluhom nhar it-Tnejn fil-5.00 p.m.
ONOR. OWEN BONNICI: Jiġifieri f’siegħa nagħlquha nhar it-Tnejn?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: U iva, nagħmluha fil-5.00 p.m. Għaliex m’għandniex ....
ONOR. OWEN BONNICI: Nistgħu niltaqgħu għada filgħaxija?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Għada ma nistgħux għax ħadd ma jista’ hawnhekk, imma nhar it-Tnejn nistgħu.
ONOR. OWEN BONNICI: Imbagħad ma nistax jien.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Għaliex ma tistax?
ONOR. OWEN BONNICI: Is-Sibt wara nofsinhar problema għalikom?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Meta? It-Tnejn? Niltaqgħu fl-4.00p.m.?
THE CHAIRMAN: Le, ma nistax jien fis-1.00 p.m. nhar it-Tnejn?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Fil-5.00 p.m. tista’?
THE CHAIRMAN: Lanqas, wara s-6.00 p.m. inkun nista’.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Allura niltaqgħu wara s-6.00 p.m.
THE CHAIRMAN: Għandi kumitat ieħor fis-6.30 p.m.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Nistennewk tlesti dak il-kumitat u nagħmlu tagħna.
THE CHAIRMAN: Mela jien naf fi x’ħin se nispiċċah il-kumitat?
ONOR. OWEN BONNICI: Għandi l-liġi l-oħra.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Ma tagħtix importanza din il-liġi?
THE CHAIRMAN: X’inhi l-problema? Ġieli domna sal-11.30 p.m.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Allura, agħmlu l-affarijiet sewwa.
THE CHAIRMAN: Ma nistgħux. Lanqas ħaqq li qed naħlu l-ħin niddiskutu.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Jimporta jekk nhar it-Tnejn fis-6.00 p.m. ....
ONOR. OWEN BONNICI: Kemm hu diffiċli niltaqgħu għada?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Għada out of the question għal diversi minna hawn ġew.
THE CHAIRMAN: Fuq klawsola 19 x’inhi l-problema?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, nhar it-Tnejn tista’ tiġi ftit iktar kmieni fil-5.30 p.m.?
THE CHAIRMAN: Le, ma nistax.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Hawn daqshekk artikoli fuq l-oħra tas-Social Security?
THE CHAIRMAN: Tal-liġi tat-Transgender waħda kien hemm, u domna sal-10.00 p.m.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma għax nimmaġina li daħlu affarijiet oħrajn. Tas-Social Security x’fiha bħala artikoli?
THE CHAIRMAN: Hemm diversi artikoli.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Aħna ma qbilniex f’tas-Social Security? ONOR. OWEN BONNICI: Kieku diġà lesti.
THE CHAIRMAN: Kieku diġà għamilna klawsola oħra.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: F’ħames minuti? U ejja!
THE CHAIRMAN: Imma x’inhi din il-problema kollha biex ma illestuhiex llum?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Qed nitlobkom biex naraw x’nistgħu nagħmlu fuq din il-ħaġa u intom tibqgħu bilfors tgħidu biex issir dan il-ħin.
THE CHAIRMAN: Għax m’hemmx triq oħra.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, hemm triq oħra. Mela m’hemmx triq oħra?
THE CHAIRMAN: Le, skużi, bir-rispett kollu ...
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Għax qegħdin nitolbu li niltaqgħu nhar it-Tnejn fil-5.30 p.m. u tibqgħu tgħidu le!
THE CHAIRMAN: Jekk ma nistgħux? X’jiġifieri!
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Niltaqgħu iktar tard. Niltaqgħu fis-7.30 p.m.?
THE CHAIRMAN: Ma nistax ngħidlek għax ma nafx fi x’ħin se nispiċċa mill-kumitat.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Niltaqgħu fit-8.00 p.m., imma almenu jkollna ċans nagħmluhom.
THE CHAIRMAN: Irridu llestuha għax ma jistax ikun.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, ma tistax timxi b’dan il-mod magħna.
THE CHAIRMAN: Ma nistax nimxi b’dan il-mod jekk jien għandi tight schedule u pressure! ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Mhux kulħadd għandu pressure?
Onor owen bonnici: Ma nafx x’inhi l-problema li nkomplu!
THE CHAIRMAN: Anke jien nixtieq immur id-dar għax għajjien, ili mis-6.00 a.m.imqajjem. Kulħadd jixtieq imur id-dar, imma jekk għandna xogħol x’nagħmlu? X’nagħmlu mbagħad? Jien kif se llesti qabel ma jagħlaq il-Parlament għas-sajf? Hemm bżonn inkompluha.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk trid niltaqgħu nhar it-Tnejn wara li tlesti din tas-Social Security, noqogħdu nistennew ...
THE CHAIRMAN: Mela jien naf fi x’ħin?
ONOR CHRIS AGIUS: Tista’ ssir għada f’nofsinhar?
ONOR. CLAUDIO grech: Jien għada ma nistax.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jien għada ma nistax lanqas.
ONOR. OWEN BONNICI: Filgħaxija ma tistgħux. Mela tridux tgħiduli x’inhi d-diffikultà ħalli neħilsuhom dawn? Tliet klawsoli fadal, 1, 2 u 3 u dawn kollha riprodotti prattikament mil-liġi tiegħek.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, mhumiex riprodotti.
THE CHAIRMAN: X’inhi l-problema għall-klawsola 19?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Fi klawsola 19 irrid nidħol fir-reati kif inhuma u mhumiex. Għax m’iniex konvint li r-reati huma magħmulin tajjeb biżżejjed. Qed nikkritika dak li konna għamilna aħna stess, għal dak kollu li hemm bżonn li jidħol biex inti tipprova tagħmel xi kontroll tal-abbuż tas-sistema. Dak hu x’qed isir hawnhekk fl-opinjoni tiegħi u jrid ikollok moħħok ftit ċar biex tkun tista’ tagħmilha.
Għar-rigward il-klawsola l-oħra, tal-poteri tal-Ministru, nixtieq nifhem aħjar x’inhuma l-poteri tal-Ministru li qed jidħlu taħt il-klawsola 20. Jistgħu jkunu ġustifikati. Mhux qed ngħid li m’humiex. Imma int, Mr Chairman, m’intix tkun flessibli.
THE CHAIRMAN: Onor. Mifsud Bonnici, tagħmillix hekk għax tkun qed tonqos, bir-rispett kollu lejk, għax għandi ħafna xogħol iktar xi jsir f’dan il-kumitat, mhux din il-liġi biss.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Nistgħu niltaqgħu nhar it-Tnejn fit-20.00 p.m.?
ONOR. OWEN BONNICI: Jien għandi problema.
THE CHAIRMAN: Mhux kulħadd għandu problema? Anke jien għandi problema, kieku għal din il-liġi biss m’għandix problemi niltaqa’ darb’oħra. Ma tarax!
ONOR. OWEN BONNICI: Nista’ nispjega x’inhi l-problema? Forsi taprezzaw x’inhi l-problema tagħna. Hemm liġi oħra li hija tal-Funzjonijiet tal-MPs li qed nippilota jien. Hemm ftehim mal-Onor David Agius li dik tiġi meħlusa bil-committee stage b’kollox sa nhar l-Erbgħa, għaliex il-Ħamis jien irrid imur Council, jiġifieri jkollna t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa. Jien jidhirli wkoll li l-ġimgħa d-dieħla hemm xi ħaġa oħra għad-diskussjoni.
THE CHAIRMAN: Tal-iStudji Soċjali għandi kumitat, hemm tal-Gaming Authority li rridu nagħmlu kumitat ukoll, dan il-problema tiegħi ...
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Hawnhekk hawn talba biex nipposponu għal ġurnata oħra. Qed issir it-talba formalment ...
THE CHAIRMAN: Mhux kapriċċożament jew għax ossessjonati li rridu nagħmluha. Hemm xogħol ieħor u jiena nixtieq inkompliha, għax m’għandix alternattiva. Naħseb li anke jien nixtieq immur id-dar.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Nhar it-Tnejn ma nistgħux niltaqgħu?
THE CHAIRMAN: Mhux diġà spjegajt li le?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma għaliex ma nistgħux niltaqgħu?
THE CHAIRMAN: Għax hemm xogħol ieħor u ma nafx fi x’ħin se nispiċċah nhar it-Tnejn.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Inti ma tkunx tista’ tillarga. Inti tiftaħha u imbagħad imbilli jkun hemm ministru ieħor!
THE CHAIRMAN: Imma jien irrid inkun preżenti hemmhekk.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, mhux bilfors, ikun hemm ministru ieħor ikoprih u nagħmluha t-Tlieta, mhux problema. Niltaqgħu t-Tlieta fis-19.30 p.m..
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jiena ma nkunx nista’ għax ikolli l-Kumitat tiegħi tal-Affarijiet Soċjali u għandi n-nies mistednin minn barra.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Irridu nsibu ġurnata oħra biex inkomplu d-diskussjoni stante din is-seduta bdiet fis-18.00 p.m. u issa saru l-22.15p.m.
THE CHAIRMAN:Stante m’hemmx alternattivi oħrajn, għax il-ġimgħa d-dieħla hemm min ma jistax u hemm .....
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: U mela m’hemmx! Jekk niltaqgħu t-Tlieta ....
THE CHAIRMAN: Jiġifieri qed tgħidli li qed nigdeb meta qed ngħid li hemm kumitati oħrajn li jridu jiltaqgħu?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Għandek kumitat nhar it-Tlieta?
THE CHAIRMAN: It-Tlieta se ngħaddu l-liġi tal-funzjonijiet tal-Membri Parlamentari.
ONOR. OWEN BONNICI: U se nagħmluha kumitat ukoll.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: U hemm committee stage ukoll.
THE CHAIRMAN: Nibqgħu għaddejjin ħalli llestuha llejla. Anke jien nixtieq immur lura d-dar.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk jogħġbok, ejja nirraġunaw ftit.
THE CHAIRMAN: Mhux għax ma jogħġobnix, qegħdin naħlu l-ħin.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk qed neħlu fuq din l-iktar ħaġa tal-għejja li aħna għandna ...
ONOR. OWEN BONNICI: Jien m’għandix għejja.
THE CHAIRMAN: Qegħdin naħlu l-ħin. Aħjar spjegajtilna klawsola 19 x’inhuma l-affarijiet li trid temenda.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: X’inhi d-deċiżjoni tiegħek, Mr Chairman?
THE CHAIRMAN: Nibqgħu għaddejjin sa l-aħħar ħalli llestiha.
Klawsola 19 - L-użu jew it-theddid ta’ vjolenza.
Clause 19 - Threatens to use violence. THE CHAIRMAN: Għall-klawsola 19 m’għandix emendi. Dawn ir-reati ta’ klawsola 19, huma kontemplati fil-liġi li naturalment jiskattaw minn dan l-abbozz ta’ liġi.
L-ewwel waħda. Kull persuna li mingħajr dritt u mingħajr setgħa bil-liġi tagħmel dawn il-fatti, tagħmel vjolenza fuq il-persuna jew theddid ta’ ħsara jew tagħmel stalking jew tgħasses jew iċċaħħad lil persuna mill-proprjetà tagħha, tkun ħatja ta’ reat ta’ mhux iktar minn €1,200.
Naħseb din qiegħda ċara ħafna. Dawn huma reati li jitwieldu minn dan. Ma nafx jekk Dr Peter Grech iridx jgħid xi ħaġa.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Minħabba din l-attività... Meta tara dawn it-tip ta’ reati, huma affarijiet li huma intiżi li jkunu deterrent għal min ....
ONOR. OWEN BONNICI: Biex jiena noqgħod inbeżża’ lill-Whistleblower biex ma jirrapportax.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Forsi l-Avukat ġenerali jkun jista’ jgħid. Meta tara l-pieni marbutin magħhom... Jiġifieri jekk inti jkollok whistleblower li se jagħmel whistleblowing fuq xi ħaġa li tkun ta’ portata kbira ħafna, ma tarax li jista’ ikollok a significant disproportion bejn the materiality ta’ dak li jkun qed jitratta l-whistleblower u l-pieni? Però minn kif jidhru hawnhekk huma relattivament baxxi.
ONOR. OWEN BONNICI: Qed tarahom baxxi?
THE CHAIRMAN: Imma hemm il-priġunerija wkoll. Voldieri dik il-priġunerija u multa flimkien.
ONOR. CLAUDIOGRECH: Minn x’imkien, il-benchmark ikun ħareġ żgur, m’għandix dubju.
DR PETER GRECH: Tliet xhur ħabs.
THE CHAIRMAN: Nifhem il-punt tiegħek għax jista’ ikollok xi ħadd fuq xi embezzlement ta’ miljuni li jista’ jeħel ħafna iktar.
ONOR. OWEN BONNICI: Probabbilment ikun hemm reati oħrajn li jkunu saru. Apparti dawn ir-reati jekk ikun hemm affarijiet oħrajn. Li nissuġġerixxu biex nilqgħu għal ...
DR PETER GRECH: Nagħmlu “Mingħajr preġuduzzju...”
ONOR. CLAUDIO GRECH: Le, dik qiegħda hawnhekk fl-aħħar.
ONOR. OWEN BONNICI: “...bla ħsara għal piena ikbar li jkun hemm ....”
DR PETER GRECH: Jiġifieri jekk taqa’ taħt xi ħaġa iżjed gravi.
THE CHAIRMAN: Kif inhi, koperta qiegħda. “bla ħsara għal piena akbar li jkun hemm għal dak ir-reat...”
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Ejja npoġġu saqajna mal-art. Forsi li nistgħu nagħmlu hu li nagħmlu minimu u massimu, biex l-Imħallef nagħtuh, if he’s stalking .....
THE CHAIRMAN: Minimu.
DR PETER GRECH: Mhux iżjed minn.
THE CHAIRMAN: Imma jista’ jagħtih €10.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Imma mhux iżjed minn.
ONOR. OWEN BONNICI: Mhux iktar, jiġifieri għandu ...
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI:Not more than three months.
ONOR. OWEN BONNICI: Jiġifieri jista’ jagħtih one, jista’ jagħtih two ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Il-punt tiegħi hu li wieħed mill-punti l-iktar importanti biex inti jkollok whistleblowing effettiv u protezzjoni effettiva hija li min se jagħmel id-disclosure jħossu protett. Issa jekk aħna qed ngħidu dan jista’ jmurlu wara d-dar, jista’ jassislu d-dar, jiġifieri anke hawnhekk diġá kważi to an extent qed tagħti l-ideat lil min irid joħloq id-deterrent u qed ngħidu li ..... Però I stand to be guided minnek fuq il-benchmark tal-pieni.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: “Mhux iżjed minn...” Li nistgħu nagħmlu hu li għandna nagħtu l-fakultà lill-Imħallef jekk jiddeċiedi jagħti l-piena ta’ tliet xhur, għax jiena nemmen li ħafna każi se jkunu ta’ affarijiet żgħar. Però għandu jkollu l-fakultà li jekk ikun hemm a big case, jiżdiedu iktar minn tliet xhur.
ONOR. OWEN BONNICI: L-idea li nkabbru l-pieni, kemm nagħmluha din? Sa sena per eżempju?
THE CHAIRMAN: Sa sena.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Mhux inqas minn tliet xhur u mhux iktar minn sena.
ONOR. OWEN BONNICI: U le, qawwija. Mhux inqas minn xahrejn ...
THE CHAIRMAN: Naħseb li l-minimu u l-massimu nagħmluha fil-multa u l-priġinerija tagħmilha bla minimu. Għax fuq priġunerija se jimponiha ....
ONOR. OWEN BONNICI: Ta’ mhux iktar minn sena ...
THE CHAIRMAN: U l-multa tagħmilha minn €500 sa massimu ta’ €1,200 jew sa €2,300.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Hawnhekk fil-klawsola 19 hawn miktub “bil-ħsieb li ġġiegħel lil xi persuna oħra li ma tagħmilx jew tagħmel xi għemil”. What if fil-fatt ikun irnexxilek li twaqqfu lil dak li jkun, imbagħad forsi tgħaddi sena u dan jerġa’ jitħajjar? Jiġifieri at one point inti tkun actually waqqaftu.
Jien qed ngħid, ikun hemm persuna li tkun għamlet xi ħaġa li effettivament inti kont se tikxef u waqqfitek. Mhux biss ġegħlet lil xi persuna oħra li ma tagħmilx jew li tagħmel xi għemil bil-ħsieb li ġġiegħel. Ir-reat ikkunsmat bil-ħsieb li ġġiegħel, imma jekk inti minflok bil-ħsieb li jġegħlek tieqaf milli tkun whistleblower, ikun at some point irnexxielek twaqqfu lil dak li jkun, u tiskopri two years later meta xi ħaddieħor ..... Fil-fatt dak reat li hu ikbar milli “bil-ħsieb li ġġiegħel”, li hawnhekk mhux kontemplat.
DR DONATELLA FRENDO DIMECH: Imbagħad hemm diversi dispożizzjonijiet fil-Kodiċi li anke jekk l-għan tiegħek ikun intlaħaq, imbagħad japplikaw u jiskattaw pieni ferm ikbar.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Pieni iktar ħorox. Li m’iniex naraha hawnhekk.
ONOR. OWEN BONNICI: Imma fil-Kodiċi hemm il-mekkaniżmi. Jew rridu nispeċifikawhom?
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Hemm bżonn li nispeċifikaw, għax inkella jekk xi ħadd ikun irnexxielu, he’s scott free. Jiġifieri jien qed ngħid li se jkun hawn ....
THE CHAIRMAN: Il-klawsola 19 tiġi subklawsola (1) u subklawsola (2) tgħid li jekk dan jirnexxielu, il-pieni jiżdiedu bi tnejn jew tliet gradi.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jista’ jkollok xi ħadd li pprova jkun whistleblower u ġie mwaqqaf and a second person li hu whisteblower u per eżempju jgħidlek ....
ONOR. OWEN BONNICI: Aħna qed ngħidu, li l-piena ta’ priġunerija tkun sa sena jew inqas, u l-multa tkun bejn €500 u €5,000? Imbagħad tista’ tiżdied bi grad jew tnejn skont kif qed tgħid Dr. Schembri.
Imbagħad il-multa tkun minn €500 sa €5,000.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Tista’ tkun li mbagħad jekk ir-reat ġie fil-fatt perpetwat, mhux just kien maħsub, jieħu necessarily the highest.
THE CHAIRMAN: Bħal kull reat ieħor, il-Qorti tiddeċiedi, imma jekk iżżidlu l-grad ....
ONOR. OWEN BONNICI: Mela sakemm jiddraftja ħalli ngħaddu għall-Klawsola 20.
Fuq mozzjoni tas-Segretarju Parlamentari l-Onor Owen Bonnici, il-Kumitat qabel li Klawsola 19 tiġi posposta.
Klawsola 20 - Regolamenti u linji gwida.
Clause 20 - Regulations and guidelines. THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? L-Onor Segretarju Parlamentari.
ONOR. OWEN BONNICI: Fi Klawsola 20 x’inhi l-problema? Dr. Bencini, hawnhekk x’żidna aħna?
THE CHAIRMAN: Hemm xi emendi ma’ Klawsola 20.
DR CAROLINE BENCINI: Kabbarniha, żidniha, laħħamniha.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Għidilna Dottoressa.
DR CAROLINE BENCINI: Għall-implimentazzjoni tal-Att, diġá kien hemm provision li l-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li hemm bżonn. Li għamilna bażikament ipprovajna nagħtu ftit eżempji, ftit ħjiel ta’ x’inhuma. Per eżempju to establish internal procedures, jiġifieri bażikament ipprovajna nagħtu eżempji ta’ x’tip ta’ regolamenti jistgħu ... (Interruzzjonijiet)
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: F’dan l-Abbozz, klawsola 20 fiha ħames subklawsoli.
DR CAROLINE BENCINI: Kollha żidniehom.
ONOR. OWEN BONNICI: Meta elenkajniehom iktar naqqast il-poter.
DR CAROLINE BENCINI: Hekk hu, sa ċertu punt.
THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:
“S’’ Il-klawsola 20 għandha tiġi emendata kif ġej:
(a) fis-subparagrafu (i) tas-subartikolu (1) il-kliem “trattata prattika” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “trattata informazzjoni dwar prattiċi”;
(b) fis-subparagrafu (iii) tas-subartikolu (1) il-kliem “liema unità” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “li l-unità”.
“S” Clause 20 of the Maltese version shall be amended as follows: (a) in subparagraph (i) of subarticle (1) the words “trattata prattika” shall be substituted by the words “trattata informazzjoni dwar prattiċi”; (b) in subparagraph (iii) of subarticle (1) the words “liema unità” shall be substituted by the words “li l-unità”.