ONOR. OWEN BONNICI: Pereżempju, jekk Strickland Foundation tagħti donazzjoni lil-Labour Party, nista’ naċċettaha, għax naf min hu the ultimate beneficiary, naf min huma. Dak li qed ngħidu.
ONOR. CLAUDIO GRECH Le, bħala parti mid-due diligence tiegħek, għandek tassigura u tirreġistra min huma l-ultimate beneficiaries, għax eventwalment se tkun mistoqsi peress li għandek l-obbligu ta’ due diligence. Jien nemmen li, fejn se jkollok dubju, kif jiġri f’ħafna każijiet oħrajn fejn ikollok dubju, għandek titlob ruling jew opinjoni tar-regolatur. Pereżempju, fl-income tax titlob advanced ruling mingħand il-Kummissarju biex, jekk għandek każ bħal dan, tkun taf ... Issa dawn il-każijiet qed ngħidu li se jkunu uniċi, għax jista’ jkollok fondazzjoni li ma tkunx magħmula għal għanijiet xierqa, allura se ninħbew wara l-fatt …
DR PETER GRECH: Pereżempju, jkollok organizzazzjoni kriminali.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Preċiż, qed naqblu.
ONOR. OWEN BONNICI: Mela, la ngħaddu l-klawsola tad-definizzjonijiet, ngħaddu għaliha. Konna wasalna fid-definizzjoni ta’ “elezzjoni”, it’s quite simple. “Formula tan-nomina” kulħadd jaf liema hi; “kandidat” kulħadd jaf min hu; “Kummissjoni” nafu liema hi; “membru ta’ partit politiku” tajba wkoll; u “Ministru” huwa l-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja. Niġu għad-definizzjoni ta’ “partit politiku”, u nitlob lil Dr Grech biex jispjega.
DR PETER GRECH: Għall-finijiet ta’ din il-liġi, hija differenti minn liġijiet oħra.
ONOR. OWEN BONNICI: “Perijodu tal-elezzjoni ġenerali” huwa l-perijodu li jibda fid-data li l-President ta’ Malta jxolji l-Parlament bi Proklama, u jintemm fid-data tar-riżultat tal-votazzjoni. Ma naħsibx li hemm kontroversja fuqha. “Perijodu tal-elezzjoni għall-Kunsilli lokali” huwa l-perijodu stabbilit fil-liġi; u l-istess għall-“Perijodu tal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew”. Dwar is-“sena finanzjarja”, naħseb li m’hemmx kontestazzjoni. “Spiża ta’ kampanja elettorali” kif hemm diġà indikat fl-Iskedi, però hawnhekk qed ngħidu:
“Iżda fil-komputazzjoni ta’ spiża ta’ kampanja elettorali, meta partit politiku jew kandidat jitlob miżata għall-parteċipazzjoni f’attivitajiet politiċi jew għal xi prodott jew servizzi li jkunu disponibbli f’dawn l-attivitajiet, l-ammont ta’ dawk il-miżati mitluba u vverifikati kif xieraq għandu jiitnaqqas mill-ammont totali tal-ispiża ta’ kampanja elettorali.”
DR PETER GRECH: Il-prinċipju huwa li l-ispiża hija dik li ħriġt minn ġewwa.
ONOR. CLAUDIO GRECH:The income minus the expenditure huwa l-ispiża, hux hekk? Kif inhi l-liġi mhijiex qiegħda hekk: illum qiegħda li tista’ tonfoq €1,400, ġbart kemm ġbart fil-kampanja. Hawnhekk qed ngħidu li l-income, income being defined hawnhekk limitatament għal miżati li inti tiġbor mill-biljetti għall-events tiegħek jew għal whatever tkun qed torganizza ...
ONOR. OWEN BONNICI: Ħafna drabi biex tfendi l-event stess.
ONOR. CLAUDIO GRECH: ... minus the expenditure,they can equate up to €40,000 jekk toħroġ fuq żewġ distretti, hux hekk?
ONOR. OWEN BONNICI: Hekk hu.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Dak ifisser li, jekk daħħalt miżati ta’ €5,000 bejn l-events kollha li kellek, f’kampanja elettorali tkun infaqt €45,000.
ONOR. OWEN BONNICI: Ir-raġuni spjegawhieli ċara: konna għamilnieha biex tinċentiva lil min jagħmel attivitajiet li jfendu lilhom infushom, biex ma tinċentivax lin-nies li joqogħdu jagħmlu ħafna ikel b’xejn u dan kollu. Dik kienet ir-raġuni. Din kienet tqajmet fil-Kabinett.
THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
Klawsola 2 għaddiet, u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID FIL-KUMITAT ONOR. OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi li klawsola 35 tiġi kkonsidrata mill-ġdid.
THE CHAIRMAN: Hawn qbil li klawsola 35 tiġi kkonsidrata mill-ġdid? (Onor. Membri: Iva)
Il-Kumitat qabel li klawsola 35 tiġi kkonsidrata mill-ġdid.
Klawsola 35 –Donazzjonijiet mhux permessi
Clause 35 – Non-permissible donations THE CHAIRMAN:II-Ministru.
ONOR. OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi din l-emenda:
“AP” Il-Klawsola 35 għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) Fil-paragrafu (f), il-kliem “ħamsa u għoxrin elf ewro (€25,000).” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “ħamsa u għoxrin elf ewro (€25,000);”; u
(2) Minnufih wara l-paragrafu (f) kif emendat, għandu jiddaħħal il-paragrafu (g) ġdid li ġej:
“(g) Mingħand fundazzjoni, trust jew korp ieħor fejn is-sid benefiċjarju aħħari ma jkunx identifikabbli.”
“AP” Clause 35 shall be amended as follows:
(1) In paragraph (f), the words “twenty five thousand euro (€25,000).” shall be substituted with the words “twenty five thousand euro (€25,000);”; and (2) Immediately after paragraph (f) as amended, there shall be added the following new paragraph (g) as follows: “(g) From a foundation, trust or a body corporate where the ultimate beneficial owner is not identifiable.” THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 35, kif imressqa u moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “AP” għaddiet nem. con. THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 35, kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 35, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola 1 –Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ
Clause 1 – Short title and commencement THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi din l-emenda verbali:
Fi klawsola 1, minflok il-kliem “l-Att tal-2014”, għandhom jidħlu l-kliem “l-Att tal-2015”.
In clause 1, for the words “Act, 2014”, there shall be substituted the words “Act, 2015”.
Nixtieq ngħid li hawnhekk tlabt li l-Ministru jingħata poter jistabbilixxi meta jidħol fis-seħħ dan l-Att, u jista’ jdaħħal fis-seħħ partijiet differenti tiegħu f’dati differenti. Jien miftuħ biex niltaqa’ mal-partiti kollha biex naraw jekk hemmx xi preferenza meta jidħol fis-seħħ dan l-Att, jekk jidħolx kollu f’daqqa jew inkella ftit ftit. Jien nipproponi li jidħol kollu f’daqqa fl-1 ta’ Jannar li ġej għax kulma hemm hija l-kwestjoni ta’ reġistrazzjoni, u xorta hemm żmien ta’ tliet xhur biex tirreġistra l-ewwel darba. Anzi tellajnieha għal sitt xhur issa għax emendajnieha, imbagħad tajna dritt lill-partit jagħżel hu meta tibda u tispiċċa s-sena finanzjarja biex jissottometti l-kontijiet. Allura naħseb li, jekk indaħħlu dan l-Att fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar li ġej, inkunu tajna sitt xhur żgur jew ftit inqas lill-partiti biex …
ONOR. CHRIS SAID: Ħa nkunu ċari, dan ifisser li sal-elezzjoni ġenerali li ġejja l-probabbilità hija li jkun hemm partiti li jkunu għadhom qatt ma ssottomettew l-accounts tagħhom.
ONOR. OWEN BONNICI: Kif jista’ jkun? Mela l-elezzjoni ġenerali ġejja fl-2016?!
ONOR. CHRIS SAID: Se jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar li ġej; allura, jekk is-sena kalendarja ta’ partit politiku tibda fl-1 ta’ Ottubru, hu jagħlaq l-ewwel sena kalendarja tiegħu fl-1 ta’ Ottubru tal-2017. Imbagħad, għandu erba’ xhur biex jippreżenta l-accounts, jiġifieri mmorru f’Jannar jew Frar tas-sena ta’ wara. M’għandix problemi, imma biex inkunu nafu r-realtà.
ONOR. OWEN BONNICI: Jien m’għandix problemi: jekk tgħiduli li ndaħħluh fis-seħħ għada filgħodu, indaħħluh għada filgħodu.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jekk se jidħol fis-seħħ kollu f’daqqa, id-data ta’ meta jidħol fis-seħħ se tiddependi ħafna fuq it-templates u fuq ix-schedules li għadkom tridu tippreparaw. Dawn staqsejt għalihom fl-aħħar laqgħat. Il-bulk tal-amministrazzjoni, jew il-bulk tal-proċess mhux qiegħed fil-liġi – għax il-liġi hija pretty straight forward – imma qiegħed fil-mod kif se jiġu fformolati dawk ix-schedules biex ikollna a meaningful exercise. Mhux il-liġi se tirrifletti li l-eżerċizzju li qed nagħmlu huwa a meaningful exercise, imma dawk l-iskedi li bihom irridu nkunu ċerti li l-informazzjoni li tidħol tista’ tiġi interpretata, u mhux tkun informazzjoni li tkun just headlines, “income” and “expenditure”, u nagħlqu l-kotba tagħna b’faċċata waħda. Ladarba jkollna dawk – għax, safejn naf jien, ftehemna li se niddiskutuhom – ma narax għalfejn ma nistgħux nissettjaw data in the proximity.
ONOR. OWEN BONNICI: Jien m’għandix diffikultà assolutament. Jien qed nipprospetta li din il-liġi rridu nispjegawha lill-partiti rispettivi għax ma nistgħux nassumu li kif tgħaddi din il-liġi kulħadd se jifhimha mill-ewwel. Irridu nispjegawha, irid ikun hemm proċess ta’ informazzjoni. Xtaqt li l-liġi għaddiet qabel, u insistejt kemm flaħt f’dan il-proċess biex tgħaddi malajr kemm jista’ jkun. Jekk il-kollegi tiegħi jgħiduli li jridu li tidħol qabel l-1 ta’ Jannar, assolutament m’għandix diffikultà; però hija kondizzjonata għal dak l-abbozz.
ONOR. CHRIS SAID: Jiddependi meta dawk l-iskedi se jiġu diskussi mal-partiti politiċi.
ONOR. OWEN BONNICI: L-iskedi se jiġu diskussi mal-partiti politiċi. (Interruzzjonijiet) M’għandix diffikultà. Qed nipprospetta li jagħlaq il-Parlament nhar it-Tnejn, u fi żmien tliet ġimgħat, erba’ ġimgħat, inkunu nistgħu nagħmlu l-ewwel laqgħa. Ovvjament Awwissu mhux l-iktar żmien feliċi; però, jekk intom tkunu disponibbli, insibu data f’Awwissu stess, u nkunu nistgħu niltaqgħu u niddiskutuhom.
B’referenza għal dak li qal l-Onor. Grech, jekk il-liġi tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, ifisser li sa Ġunju jew April il-partiti jridu jirreġistraw, għax tajna perijodu – inizjalment kien ta’ tliet xhur, imbagħad estendejnieh bi ftit. It-tieni, iridu jiddikjaraw meta tibda s-sena finanzjarja. Il-projbizzjonijiet jidħlu fis-seħħ mill-ewwel, jiġifieri partit ma jistax jaċċetta donazzjonijiet ta’ iktar minn €25,000 minn sors wieħed f’sena waħda. Il-pubblikazzjoni tas-sorsi li taw iktar minn €25,000 tidħol fis-seħħ tliet xhur wara l-bidu tas-sena finanzjarja li jiddeċiedi l-partit l-ewwel darba.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Le.
ONOR. OWEN BONNICI: Iva, hekk hu.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Id-donazzjonijiet ta’ €25,000 mill-ewwel iridu jiġu ppubblikati.
ONOR. OWEN BONNICI: Trid tagħmilhom f’sena.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Skont il-proċedura stabbilita.
ONOR. OWEN BONNICI: Aħna stabbilixxejna proċedura li darba fis-sena jiġu mqiegħda online mill-Kummissjoni Elettorali. Ejja naraw x’qed ngħidu, anke għall-benefiċċju tan-nies li qed jisimgħuna, ħalli jkunu jafu x’għamilna. Jekk il-liġi tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar li ġej, u partit politiku jagħżel li s-sena kalendarja tibda – ejja nieħu t-tmiem, għalkemm ma naħsibx li se jkun hawn partit li jgħid s-sena tibda f’Diċembru – f’Diċembru, allura f’Diċembru 2017 se jiskatta l-perijodu ta’ xahrejn, u fi Frar 2018 se jitqiegħdu online. (Interruzzjonijiet) Onor. Said, jekk inti tħoss li din hija raġuni biex id-data fis-seħħ inġibuha qabel ... Kif tafu, min-naħa tiegħi imbuttajt kemm flaħt biex din il-liġi tgħaddi llum qabel għada. Jien ħadt ix-xenarju fejn partit jagħżel li s-sena kalendarja tibda f’Diċembru. Naħseb li ebda partit mhu se jagħżel hekk.
ONOR. CHRIS SAID: Is-sena kalendarja tagħna tibda fl-1 ta’ Ottubru, u allura l-ewwel returns tagħna jkunu f’Jannar tal-2018.
ONOR. OWEN BONNICI:Jekk dik hija issue, indaħħluh fis-seħħ qabel. Kif tgħidli, Onor. Said.
ONOR. CHRIS SAID: Ikollok partit politiku li l-ewwel returns tiegħu lill-Kummissjoni Elettorali jkunu wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. M’għandix problema, imma inti trid taraha.
ONOR. OWEN BONNICI: Qed nitkellmu dwar ir-return, imma se tidħol mill-ewwel il-projbizzjoni li partit jaċċetta donazzjonijiet ta’ iktar minn €25,000 minn sors wieħed f’sena waħda, u donazzjonijiet bejn €7,000 u €25,000 se jiġu ppubblikati xahrejn wara l-iskadenza tat-tmiem tas-sena kalendarja li jagħżel il-partit.
ONOR. CHRIS SAID: Inutli niddiskutu d-data ta’ meta tidħol fis-seħħ. Il-pass li jmiss …
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Is-sena kalendarja, mhux jagħżel il-partit, għax dik hija stabbilita fil-liġi.
ONOR. OWEN BONNICI: Iva, Jannar sa Marzu. Dawk tas-€7,000 eċċ.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Inti għandek żewġ tipi ta’ snin kalendarji. Għandek is-sena finanzjarja tal-partit, u kull partit għandu tiegħu stabbilita bil-mod intern kif jiddeċiedi hu. Imma mbagħad għandek ir-rapportaġġ li huwa obbligatorju fil-forma speċifika tal-liġi, u r-rapportaġġ dwar id-donazzjonijiet reġistrabbli, u anke dwar id-donazzjonijiet l-oħrajn bħala total huwa stabbilit minn Jannar sa Diċembru in four monthly lots.
ONOR. CHRIS SAID: Il-punt jibqa’ li issa l-pass li jmiss huwa li jiġu ppreparati l-Iskedi u l-avviżi legali li jridu joħorġu – li hemm patafjun minnhom – u jiġu diskussi mal-partiti, mhux magħna ... l-ewwel mal-partiti.
ONOR. OWEN BONNICI: Bil-qalb kollha. Tnejn hemm.
ONOR. CHRIS SAID: Avvizi legali? Issemmew kemm-il avviż legali li jrid joħroġ!
ONOR. OWEN BONNICI: Tnejn hemm. Kollegi, l-idea hija li din il-liġi tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar li ġej, salv li jkun hemm qbil li d-dħul fis-seħħ ikun antiċipat, jiġifieri qabel l-1 ta’ Jannar li ġej, jekk meta nitkellmu magħhom il-partiti jidhrilhom li bl-iskedi li għamilna, bl-informazzjoni li nkunu għaddejna, inkunu f’pożizzjoni li ndaħħluha qabel. Dan huwa pass kbir ’il quddiem, u naħseb li se nagħmlu qabża ċara fil-mod ta’ kif issir il-politika f’pajjiżna.
THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda verbali għal klawsola 1, kif imressqa mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda verbali għaddiet nem. con.. THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 1, kif emendata verbalment. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 1, kif emendata verbalment, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
ONOR. OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista’ jkun hemm bżonn.
THE CHAIRMAN: Hawn qbil? (Onor. Membri: Iva)
Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista’ jkun hemm bżonn.
Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “Att sabiex jirregola l-formazzjoni, l-istrutturi interni, il-funzjonament u l-finanzjament ta’ partiti politiċi u l-parteċipazzjoni tagħhom f’elezzjonijiet” għadda mill-istadju tal-Kumitat b’emendi.
Fis-7.20 p.m., id-diskussjoni fi stadju ta’ Kumitat ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi ġiet konkluża u l-Kumitat aġġorna għal data li kellha tiġi kkomunikata iktar tard.