Malta kamra tad-deputati kumitati permanenti għall-kunsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi rapport Uffiċjali

Sizin üçün oyun:

Google Play'də əldə edin


Yüklə 250.25 Kb.
səhifə2/3
tarix03.12.2017
ölçüsü250.25 Kb.
1   2   3

AMBAXXATUR SIMONE BORG: Allura nistgħu nagħmlu cross reference għal dik is-subklawsola fejn se nżidu li l-proċess ikun wieħed formalizzat.
ONOR. LEO BRINCAT: Jien inkun happy bih. Forsi Dr. Borg tista’ tgħidilna x’taħseb fuq dak li qed tissuġġerixxi l-Onor. Portelli.
THE CHAIRPERSON: Nixtieq li jekk se jkun hawn emenda, tilħaq tinkiteb biex imbagħad jaqraha l-Ministru. Jekk intom taqblu fuq il-kontenut ta’ dik l-emenda, nista’ nipposponi l-vot fuqha sakemm tinkiteb, biex nibqgħu għaddejjin u ma neħlux. Imbagħad, nieħdu vot fuq il-klawsola kif emendata, u aktar tard fuq l-emendi l-oħra.
ONOR. LEO BRINCAT: Jien l-uniku punt li rrid nagħmel hu – mhux qed ngħid dan bħala riżerva, biex ħadd ma jaħseb li qed nipprova nillima jew niċċensura dak li qed jiġi propost – nixtieq nagħmilha ċara, anke għall-benefiċċju ta’ min qed isegwi, li kif kont qed nispjega informalment lill-Onor. Farrugia meta aħna sħaqna dwar il-ħtieġa li ssir konsultazzjoni ma’ kull ministeru ieħor kompetenti – to be fair, naf li Dr. Portelli mhux qed tgħid li mhijiex qed taqbel, anzi taqbel magħha – għall-benefiċċju ta’ min qed isegwina, mhux biex il-Gvern jikkappara kollox, imma l-Ministeru tal-Klima waħdu żgur ma jistax iħaddem din il-liġi. Naf li din kienet preokkupazzjoni tal-Gvern preċedenti wkoll, li mbagħad b’mod għaqli kien bidel l-adaptation biex minflok ma tkun, biex ngħid hekk, owned biss mill-Ministeru konċernat, ħass il-ħtieġa li jsir mainstreaming mal-ministeri l-oħrajn. Frankament, jekk niġu għal infrastruttura, enerġija, trasport u affarijiet oħrajn, l-ebda waħda ma taqa’ taħt ir-remit tagħna; imma, l-impatt tagħhom fuq il-klima se jkun ħafna iktar minn dak li jaqa’ taħt ir-remit tagħna. Jekk Prof. Borg tista’ tissuġġerixxi b’mod prattiku dak li qed tissuġġerixxi l-Onor. Portelli, jien ma nsib l-ebda diffikultà.
THE CHAIRPERSON: Hawn xi kummenti oħrajn? L-Onor. Marlene Farrugia.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Jien naqbel li at this stage għandna nżiduha. M’aħna se nitilfu xejn, anzi se nsaħħu.

ONOR. LEO BRINCAT: Jien ma nsibx diffikultà u ninsab konvint li bir-rieda politika, jew aħjar bir-rieda tajba – ħalli ngħid bir-rieda tajba jew politika with a small “p” – bejn iż-żewġ naħat, ilkoll kemm aħna nistgħu naslu. Kultant jista’ ikollok għaqdiet li jkollhom mhux skop ta’ xi aġenda biex ifixklu – din tiġri anke barra d-dibattitu fuq il-klima – imma, sforz il-commitment qawwi tagħhom għas-suġġett, jissettjaw ċerti targets u objectives li jkunu ideali, imma ma jkunux prattiċi. Jien ma nixtieqx li l-proċess innifsu jiġi bogged down b’suġġerimenti li la toħroġ bihom l-Oppożizzjoni ... M’iniex ngħid li m’għandniex nisimgħuhom, għax jekk joħroġ bihom individwu waħdu, għandna nagħtuh widen daqslikieku saru min-naħa tal-Gvern jew min-naħa tal-Oppożizzjoni. Li ma rridx jien hu li nispiċċaw bogged down fi proċess konsultattiv bi proposti li ma jkunux fattibbli biex jitħaddmu, speċjalment jekk jissettjaw targets li saħansitra jmorru oltre dak li aħna marbutin bih fl-Unjoni Ewropea għax ma jkunx realistiku. Però, ma rridx noħnoq dak li qed tipproponi l-Onor. Portelli.
THE CHAIRPERSON: Ħalli ngħaddi għall-Onor. Farrugia.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Jien naħseb li jekk irressqu dik l-emenda li se tagħti s-saħħa ta’ konsultazzjoni u tieqaf hemmhekk, mhux se tostakolak, Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Iva, tista’ tagħmilha faċilment, m’għandix oġġezzjoni.
THE CHAIRPERSON: Nistieden lis-Sinj. Kathiana Ghio biex tintervjeni. Hawn permess? (Onor. Membri: Iva)
Il-permess ingħata
SINJ. KATHIANA GHIO: Nixtieq nikkjarifika li fl-ewwel draft li konna ħriġna, wara li għamilna l-public consultations u rajna l-kummenti li saru in writing, daħħalna paragrafu (q) ġdid f’subklawsola 6(2) fejn qed nagħmlu referenza għall-bżonn li jkollna access to justice u public participation, biex hi tkun tapplika għal kull strateġija, għax imbagħad għandna l-istess sitwazzjoni bl-adaptation strategy li tiġi just after.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Ma naħsibx li tkopri dak li qed titlob l-Onor. Portelli, għax hawnhekk għandek “jiżgura aċċess xieraq għall-ġustizzja”. Jekk indaħħluha fl-istadju fejn nistgħu ngħidu li l-konsultazzjoni tkun mas-Soċjetà Ċivili u ENGOs, jien naħseb li sempliċement qed insaħħu d-dokument. Mhux se xxekkel lill-Ministru milli mbagħad mill-konsultazzjoni jiddeċiedi t-triq li jrid jaqbad.
ONOR. LEO BRINCAT: Il-public consultation online tikkwalifika. Jien ma nsib l-ebda diffikultà. Mhux qed ngħid hekk biex nevitaw il-laqgħat, imma biex nagħtu spazju u prattiċità.
THE CHAIRPERSON: L-Onor. Marthese Portelli.
ONOR. MARTHESE PORTELLI: Fuq Klawsola 7, id-deċiżjoni aħħarija tibqa’ ir-responsabbiltà tal-Ministru. Jien xtaqt li titwessa’ il-konsultazzjoni għal żewġ aspetti. L-ewwel nett, meta jkollok konsultazzjoni wiesgħa, il-frott tad-deċiżjonijiet se jkun aħjar. Però, hemm it-tieni punt li jien inħoss li huwa kritiku biex din il-liġi tkun suċċess. Jekk is-Soċjetà Ċivili, l-NGOs u l-pubbliku ma jħossux li huma parteċipi, irrelevanti minn kemm tkun tajba l-liġi, se jkun hemm reżistenza għaliha, u l-frott tagħha ma joħroġx. Jiġifieri, jekk fit-tfassil tal-istrateġija nazzjonali at that first stage diġà jkun hemm l-involviment tas-Soċjetà Ċivili u tal-NGOs, naħseb li wieħed ikun jista’ jimxi ‘l quddiem iktar aħjar.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Naħseb li jkun hemm is-sens ta’ ownership.
ONOR. MARTHESE PORTELLI: Hekk hu, hemm is-sens ta’ ownership.
ONOR. LEO BRINCAT: Jien ma nsib l-ebda diffikultà għaliex, mingħajr ma nidħlu f’issues li forsi huma ta’ kontroversja, bħas-sustainable development fil-prattika: anke din hija l-problema li hemm fuq il-Liġi tas-Sustainable Development, għax il-liġi nnifisha, ‘il hinn mill-mod kif qed titħaddem, m’hemmx is-sens ta’ ownership mill-individwi nfushom. Ħafna nies lanqas jafu li teżisti l-liġi, biex nitkellem ċar. Aħna l-aħħar ħaġa li rridu huwa li noħorġu trijunfanti li għaddejna din il-liġi, imbagħad the man in the street lanqas ikun jaf li hemm din il-liġi. Aħseb u ara kemm jista’ jagħti l-input tiegħu issa jew ‘il quddiem biex tissaħħaħ! Jien m’għandi l-ebda diffikultà b’dak li qed tissuġġerixxi l-Onor. Portelli.
THE CHAIRPERSON: L-Onor. Godfrey Farrugia.
ONOR. GODFREY FARRUGIA: Se nispiċċa nirrepeti dak li qal ħaddieħor, imma ta’ min ngħid li jien nemmen ħafna fil-prinċipju ta’ all-government approach and all-society approach, u s-suċċess ta’ din il-liġi joħroġ bl-efforts li jridu joħorġu minn dawn iż-żewġ entitajiet, an ll-government and all-society approach.
Il-Kumitat qabel li Klawsola 7 u l-Emenda “A” jiġu posposti.

Klawsola 8 – Strateġija ta’ adattament nazzjonali
Clause 8 National adaptation strategy
THE CHAIRPERSON: Nitlob lill-Ministru biex jagħmel il-kummenti tiegħu, imbagħad nerġgħu ngħaddu għal Klawsola 7 wara.
ONOR. LEO BRINCAT: Klawsola 8 hija dwar l-istrateġija ta’ adattazzjoni nazzjonali u, once again, hawnhekk qed titkellem dwar il-proċess innifsu li jista’ iwassal għal dan. Il-proċess konsultattiv li tkellimna fuqu aktar kmieni ma nsib l-ebda diffikultà li nagħmluh applikabbli għad-diversi stadji. L-uniku ħaġa li ma nixtieqx li jiġri hu – din qed ngħidha b’sens ta’ responsabbiltà u mhux bħala sarima – li jkun hemm bogging down mhux tat-tfassil tal-istrateġija nnifisha, imma tad-day-to-day responsibilities li għandhom jiġu shouldered mill-Gvern, biex ma jkunx f’pożizzjoni li jkun hindered milli jwettaq u jattwa l-liġi nnifisha. Billi jkun hemm iktar konsultazzjoni wiesgħa mhux se tkun ta’ xkiel. Jiġifieri, jekk qed nitkellmu dwar rapportaġġ, strateġija, eċċ., feel free li tagħmlu l-emendi kollha neċessarji.
THE CHAIRPERSON: Grazzi. Hawn iktar kummenti? L-Onor. Marthese Portelli.
ONOR. MARTHESE PORTELLI: Li xtaqt ngħid fuq din il-klawsola – din diġà irrefera għaliha l-Ministru – hu li ndaħħlu l-emenda li pproponejt fi Klawsola 7. Nistgħu inlestu l-wording, imbagħad naraw naddattawhiex ukoll għal Klawsola 8.
THE CHAIRPERSON: Kollox sew, jiġifieri jekk se tiġi proposta emenda, irridu naraw x’kummenti għandu fuqha l-Ministru. L-Onor. Marthese Portelli qed tipproponi li għal Klawsola 8 jkun hemm emenda simili għal dik li qed tiġi proposta għal Klawsola 7.
ONOR. LEO BRINCAT: Ma nsibx diffikultà, għax din kważi aċċennajt għaliha jien stess.
THE CHAIRPERSON: Mela, se nipposponu wkoll il-vot fuq Klawsola 8 sakemm tinkiteb l-emenda in kwestjoni, u allura issa ngħaddu għal Klawsola 9.
Il-Kumitat qabel li klawsola 8 tiġi posposta.

Klawsola 9 – Rapporti għandhom jitressqu quddiem il-Kamra tad-Deputati
Clause 9 Reports to be laid before the House of Representatives
THE CHAIRPERSON: Il-Ministru Leo Brincat.
ONOR. LEO BRINCAT: Klawsola 9 titkellem fuq ir-rapportaġġ, jiġifieri x’għandu jitressaq quddiem il-Kamra tad-Deputati. Aħna qed ngħidu li l-istrateġija nnifisha għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, u tiġi aġġornata għallinqas darba kull erba’ snin. Biss, imbagħad qed ngħidu wkoll li hemm l-obbligu – hemm il-kelma “jista’”, jien anke din ma niddejjaq xejn li nbiddluha u nagħmluha iktar tassattiva – li ta’ kull sena nirrapportaw lill-Kamra tad-Deputati dwar il-progress reġistrat fit-twettiq tal-miri.
Naħseb li dawn iż-żewġ klawsoli jitkellmu waħedhom. Bażikament, dan huwa proċess li jidhrilna li hemm binding biżżejjed biex isir ir-rapportaġġ xieraq lill-Kamra tad-Deputati. M’hemm xejn xi jżommna, però li, in between, fejn tinqala’ il-ħtieġa, ikollna anke meetings ad hoc biex niddiskutu ċerti issues oħrajn marbutin mal-liġi. Hawnhekk qed nitkellmu dwar dak li huwa, biex ngħid hekk, l-obbligatorju.
THE CHAIRPERSON: Hawn kummenti? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi Klawsola 9. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 9 għaddiet nem. con., u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.

Klawsola 10 – Il-Bord tal-Azzjoni dwar il-Klima
Clause 10 Climate Action Board
THE CHAIRPERSON: Il-Ministru Leo Brincat.
ONOR. LEO BRINCAT: Klawsola 10 titkellem dwar il-Bord tal-Azzjoni dwar il-Klima. Hawnhekk għandek il-kompożizzjoni proposta: naħseb li m’hemmx għalfejn nidħol fid-dettalji kollha tagħhom.
THE CHAIRPERSON: Le, m’hemmx għalfejn.
ONOR. LEO BRINCAT: Biss, kif tistgħu taraw, diġà hemm provvediment ċar li l-Ministru jista’ jaħtar espert jew grupp ta’ esperti ulterjuri biex jassistih fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu kif jista’ ikun meħtieġ. Aħna hawnhekk mhux qed ngħidu political appointees, imma ovvjament f’moħħna għandna technical appointees. Kif għedt fl-introduzzjoni tiegħi, l-ikbar sfida tagħna mhijiex lil min inħallu barra, imma li nsibu the right level of expertise li hu neċessarju.
THE CHAIRPERSON: Hawn kummenti? L-Onor. Marthese Portelli.
ONOR. MARTHESE PORTELLI: Il-kummenti li xtaqt ngħaddi fuq Klawsola 10 hu li dawk in-nies li huma mandatorji li jiġu kkonsultati huma kollha politically selected people. Allura aħna xtaqna nipproponu li f’dan l-istadju jkun hemm involviment mandatorju ta’ nies li mhumiex ġejjin purament mill-qasam politiku. Tgħidli: Għalfejn? Kif wieħed jista’ jara, hemm iċ-Chairperson, il-Viċi-Chairperson u rappreżentant prattikament minn kull Ministeru, jiġifieri hemm weighting qawwi ta’ nies li huma politically appointed. Aħna konna qegħdin ngħidu li xtaqna naraw rappreżentanza tal-ENGOs, iktar milli jitħalla f’idejn il-Ministru jekk għandux jaħtar esperti jew le. Tal-inqas għandu jkun hemm espert wieħed li jkun mandatorju wkoll. M’għandix dubju li dik hija l-intenzjoni tal-Ministru Leo Brincat; però, la jien u lanqas il-Ministru Leo Brincat m’aħna eterni, u allura qed nipprova naħseb għall-futur.
THE CHAIRPERSON: L-Ambaxxatur Simone Borg.

AMBAXXATUR SIMONE BORG: Jiena naħseb li Ms. Kathiana Ghio tista’ tikkonferma li l-iskop ta’ dan il-bord kien id-day-to-day running tal-policies. Jiġifieri, wieħed irid jifhem li meta niġu biex nesegwixxu direttiva jew regolament tal-EU, kif se nagħmlu, peress li ħafna drabi jkun hemm conflicting interest bejn Ministeru u ieħor, ikollok bżonn din id-diskussjoni u dan l-ownership mingħand il-Ministeri kollha. Dak hu li ridna nimponu hawnhekk. Ovvjament, kultant ikun hemm issues li jistgħu jkunu ta’ natura delikata jew confidential; allura jrid ikun hemm a closed group meta tkun qed timplimenta policy. Mhux b’xi intenzjoni ħażina, imma jista’ ikun hemm affarijiet fejn trid tara għal liema option se tmur. Jiġifieri, at some point irid ikun hemm diskussjoni interna.
Jien ma narax diffikultà li jkun hemm involviment ta’ xi ħadd, jew li xi ħadd mill-esperti jkun maħtur biex jirrappreżenta xi settur partikolari u ma jkunx maħtur min-naħa tal-Gvern, però din daħħalniha iktar tard. Subklawsola 10 (d) tgħid:
“Membru li jirrappreżenta kull Ministeru ieħor jew entità pubblika li jistgħu, fl-opinjoni tal-Ministru, ikunu meħtieġa għall-għanijiet ta’ dan l-Att:
Iżda l-Ministru jista’ jħalli l-Bord jaħtar kull espert jew grupp ta’ esperti ulterjuri sabiex jassistih fit-twettieq tal-funzjonijiet tiegħu kif jista’ jkun meħtieġ.”
Forsi hemmhekk ftaħna dak il-bieb. Però, jekk wieħed irid, jista’ iżid xi ħaġa hemmhekk. Aħna ħassejna l-bżonn li wieħed jiddistingwi bejn id-day-to-day running, u meta mbagħad se tieħu forsi ...

ONOR. LEO BRINCAT: Skużani ftit, jekk jogħġbok, Dr. Borg. Ejjew ninsew għall- mument is-suġġerimenti validi li qed jitressqu. Aħna għamilna distinzjoni anke bejn subklawsoli (c) u (d), għax jidhrilna li (c) huma l-Ministeri, biex ngħid hekk, l-iktar tassattivi – bħall-Finanzi, l-Ekonomija, l-Enerġija u t-Trasport – filwaqt li subklawsola (d) ħallejniha kważi optional anke fuq livell ta’ Gvern, għax din tgħid:
“membru li jirrappreżenta kull Ministeru ieħor jew entità pubblika li jistgħu, fl-opinjoni tal-Ministru, ikunu meħtieġa għall-għanijiet ta’ dan l-Att:”
Il-punt li qed nipprova nagħmel hu li aħna stess – issa ninsew il-merti tas-suġġeriment validu li qed jitressaq – lanqas irridu ndaħħlu bilfors kull Ministeru li jeżisti, jekk għandek 25 jew ma nafx kemm-il Ministeru jew Ministru. Aħna qed ngħidu li ndaħħlu dawk li huma direttament relevanti u dawk li jista’ ikollhom xi portata sekondarja fi stadju ulterjuri. Kif naħseb li ħareġ ċar mill-andament tal-laqgħa s’issa, jien kont very open biex nilqa’ kważi s-suġġerimenti kollha. Fuq dak li huwa d-day-to-day administration, mhux biex ningħalqu fina nfusna, jew biex qisna nieħdu xi kontroll f’idejna, imma għall-punti li semmiet Dr. Borg li fuq tmexxija ta’ kuljum niddeċentralizzaw ... U hawn se nkun onest, li kif il-Ministru jista’ jinbidel, jista’ ikollok ukoll rappreżentant li jkollu l-aġenda tiegħu, u se jfixkel il-proċess. Jiġifieri, ma rridx li niġi interpretat li qed nitkellem kontra l-ENGOs jew kontra l-akkademiċi, anzi l-interess tiegħi hu li nieħdu mingħandhom. Pereżempju, meta kont Shadow Minister fl-Oppożizzjoni, l-istudji tekniċi li kienu jagħmlu l-ENGOs, il-partiti politiċi lanqas jibdew ħdejhom. Mhux qed ngħid hekk to gag their opinions, imma hemm differenza bejn strateġija, bejn policy formulation, u bejn dak li huwa d-day-to-day running u t-tħaddim tal-liġi. Nixtieq li din ir-riżerva tittieħed in a good spirit, anke jekk ma taqblux miegħi.
THE CHAIRPERSON: Min ma jkunx se jitkellem, jekk jogħġobkom, jitfi l-microphone. L-Onor. Marlene Farrugia.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Jiena naħseb li jekk dawn il-membri se jkunu kollha impjegati fil-Ministeri rispettivi, l-obbligazzjoni tagħhom lejn dak li jitlob minnhom l-impjieg tagħhom fil-Ministeru jista’ jxekkel ix-xogħol tagħhom fl-interess nazzjonali. Forsi hawn min qed jgħid li qed nesaġera. Bħalissa għandna l-Ministru Leo Brincat li diġà iddeskrivejtu as the voice of reason; imma ħadd ma jaf min ġej warajh u x’se jiġri ‘l quddiem. Allura, hawnhekk nixtieq li, ġaladarba xorta jista’ ikun hemm interaction ma’ Ministeri oħrajn, it is not ruled out jekk aħna ninsistu li jkollna bord li jistgħu jissuġġerixxu nies biex jagħmluh l-MCESD, l-NGOs u l-Università. Nistgħu niddeskrivu bord ta’ dik ix-xorta li nemmen li l-funzjoni tiegħu tkun iktar ħielsa minn forzi politiċi jew partiġjani – huma ta’ min huma – li minn żmien għal żmien jistgħu joħonqu x-xogħol ħieles tagħhom. Dik hija l-opinjoni tiegħi.
THE CHAIRPERSON: L-Onor. Marthese Portelli.
ONOR. MARTHESE PORTELLI: Jekk l-għan ta’ dan il-bord huwa purament day-to-day running, nista’ nifhem għalfejn hawn l-involviment tal-Ministeri, aktar milli ta’ esperti oħrajn; però, naħseb li l-punt li għamlet l-Onor. Farrugia ta’ min wieħed jikkonsidrah ukoll.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: “Membru li jirrappreżenta kull Ministeru ieħor jew entità pubblika li jistgħu, fl-opinjoni tal-Ministru, ikunu meħtieġa għall-għanijiet ta’ dan l-Att”, diġà qegħdin f’subklawsola (d). Jiġifieri aħna, f’subklawsola (c), we can open up u nwessgħu l-governanza.
ONOR. LEO BRINCAT: Intom tkunu komdi jekk aħna ngħidu ‘Il-Ministru jista’...’, jew ‘skont kif ikun meħtieġ’? Ħalli nitkellem ċar. Ejjew ngħidu li l-Bord se jiltaqa’ fuq issue purament amministrattiva li frankament ma jkun hemm l-ebda utilità li tinvolvi lilhom. Jekk se jkun hemm xi ħaġa fil-Bord ta’ Azzjoni li għandha bżonn the wider picture, jien naħseb li għandha titħalla fid-diskrezzjoni tal-Ministru għax, nerġa’ ngħid, ikun min ikun il-Ministru, l-intenzjoni tiegħu hi li ma jkunx qiegħed jagħti l-bewsa tal-mewt lil-liġi, anke jekk ikun ippilotaha ministru ieħor. Jekk ikun hemm l-option kif ħallejniha, għal ministeri oħrajn, f’subklawsola (d) qed ngħidu li jista’, jiġifieri mhux qed ngħidu li hija tassatorja. Jekk inħallu din l-option li ninkluduh, jiena personalment ma nsib l-ebda diffikultà; imma, li jagħmluha tassatorja li qisu f’kull laqgħa tal-Bord tal-Azzjoni tkun obbligatorja li jkun hemm din il-firxa wiesgħa – se nkun onest – il-biża’ tiegħi mhijiex li jkun hemm min ikollu skopijiet ulterjuri, imma l-aħħar ħaġa li rrid jien hi li noħloq struttura li tkun unwieldy, u naf x’qed ngħid. Hemm ħafna liġijiet li għaddew taħt diversi amministrazzjonijiet, inkluż dawk taħt il-Gvern li nagħmel parti minnu jien, li huma sbieħ fuq il-karta, imbagħad ikunu ħafna unwieldy fil-prattika.
Waħda mir-raġunijiet għalfejn bħalissa qed nipprovaw nagħmlu review tas-Sustainable Development Law, mhux għax forsi hemm issues ta’ natura kontroversjali għaddejjin fil-pajjiż – għax dawk lanqas se nħarsu lejhom individwalment – imma għandna l-feeling ġenerali – u dan ħassewh anke l-istess nies tal-Guardian of Future Generations li kellhom ċerti riżervi forsi fuq issues oħrajn – li l-liġi għandha bżonn, biex ngħid hekk, tiġi imsaħħa f’mod prattiku. Jien ma rridx li nagħmel liġi sabiħa, fejn ikollna l-prosit ta’ kulħadd, imbagħad meta niġu fl-implimentazzjoni ngħidu li dan kien a cosmetic exercise u neħlu fl-implimentazzjoni. Huwa importanti li n-nies t’hemm barra jkunu involuti; imma fl-istess ħin huwa importanti li jħossu li l-affarijiet ikunu mexjin ‘il quddiem. Nispera li qed niftiehem tajjeb.
THE CHAIRPERSON: Ministru, se nagħti l-kelma lill-Onor. Marthese Portelli li xtaqet tgħid xi ħaġa dwar dan.
ONOR. LEO BRINCAT: Iva, mela le!
ONOR. MARTHESE PORTELLI: Jien xtaqt kjarifika dwar subklawsola (ċ) fejn hemm lista sħiħa tal-membri li jrid jirrappreżenta l-Ministeru responsabbli għall-Finanzi, u elenku sħiħ ta’ Ministeri oħrajn. Issa ġieli jkollok ministeri li jkopru iktar minn punt wieħed. Pereżempju, illum għandna l-Ministeru tal-Ambjent li jkopri fih l-agrikoltura, il-politika tal-iskart, eċċ. Din il-klawsola partikolari għandha tiġi miftehma li t-tali Ministeru, jekk illum qed ikopri tliet oqsma, irid jappunta tlieta min-nies, jew inkella persuna waħda, u għalfejn? Ħalli nifhmu l-ġist tagħha x’inhu.
THE CHAIRPERSON: Il-Ministru Leo Brincat.
ONOR. LEO BRINCAT: Din kont semmejtha wkoll fil-winding-up tal-liġi. Jien naħseb li jkun żball kbir jekk norbtu r-rappreżentanza mal-istruttura tal-Kabinett kif inhu llum. Il-Prim Ministru m’hemm xejn xi jżommu milli għada filgħodu jagħmel Kabinett imnaqqas, jew jagħmel distribution of duties mhux biss tal-individwi, imma anke tad-dekasteri. Ħalli nieħu l-eżempju tal-Ministeru tiegħi biex ħadd ma jifhimni ħażin. Kif nista’ jien, għax għandi rappreżentant wieħed, inkun il-leħen tal-waste, tal-agrikoltura u tal-ambjent biex jirrifletti l-MAP policy? Jien inħoss li dawn għandhom jidħlu by theme, thematically, iktar milli noqogħdu ngħidu li skont l-istruttura tal-ministeru. F’dan il-każ, inzerta hemm diversi oqsma li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi; imma, jekk għada pitgħada, il-Prim Ministru jiddeċiedi li jkollu a stand-alone minister for waste, a stand- alone minister for transport, a stand-alone minister for energy, hemmhekk xorta nemmen li għandu jkun hemm l-istess rappreżentanza daqslikieku jaqgħu taħt ministeru wieħed. Mhux biex ikun hemm, biex ngħid hekk, xi predominju bejn il-Ministeru tagħna u ministeri ta’ ħaddieħor. Ma nafx jekk spjegajtx l-intenzjoni tiegħi.
THE CHAIRPERSON: L-Onor. Marthese Portelli.
ONOR. MARTHESE PORTELLI: Nixtieq nirreġistra li naqbel ħafna ma’ din l-ispjegazzjoni, għar-raġuni li espert fil-qasam tal-iskart mhuwiex espert fl-agrikoltura. Issa, jekk verament irridu nimxu ‘il quddiem, irid ikollna min jifhem fis-suġġett, u mhux persuna li tgħid li tifhem f’kollox. Grazzi tal-kjarifika.
THE CHAIRPERSON: Onor. Portelli, qabel ma ngħaddi l-kelma lill-Onor. Farrugia, se tinsisti għal emenda jew tinsab sodisfatta?
ONOR. MARTHESE PORTELLI: Jien, wara li smajt l-ispjegazzjoni tal-Ministru, inħossni kuntenta bl-ispjegazzjoni li ta. Issa, jekk għada jkollna diffikultà fl-interpretazzjoni tagħha, nirreferu għal dak li ġie diskuss f’dan il-Kumitat. Min hu avukat jaf li dak li jiġi diskuss fil-kumitati għandu wkoll bearing fuq l-interpretazzjoni tal-liġi per se.
THE CHAIRPERSON: L-Onor. Marlene Farrugia.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Jien qed nifhem aħjar l-ispjegazzjoni tal-Ministru, però xorta waħda nħoss li, apparti mill-membri tal-Kumitat li jiġu mid-diversi ministeri, kif ukoll il-possibilità li jkun hemm esperti maħtura, għallinqas fil-Kumitat innifsu nikkuntentawx jekk ikun hemm iċ-Chairperson jew il-Vice Chairperson li jkun mis-Soċjetà Ċivili, NGO jew MCESD, xi ħadd li jkun jista’ f’kull laqgħa jdaħħal daqsxejn l-element li n-nies hemm barra qegħdin jiġu rappreżentati b’mod aktar qrib, inqas imxekkla – qed nuża kelma goffa ‘mxekkla’ – mill-Gvern innifsu, milli jintgħoġob mal-Gvern innifsu.
ONOR. LEO BRINCAT: Hemm daqsxejn differenza bejn rappreżentanza fuq kumitat u chairmanship u vice-chairmanship. Li jkun hemm rappreżentanza ta’ xi ħadd indipendenti ma nsib l-ebda diffikultà; imma, biex inkun fair, naħseb li ċ-chairmanship għandha tkun f’idejn l-amministrazzjoni tal-ġurnata, għax at the end of the day l-accountability lejn il-Parlament hija min-naħa tal-Gvern. Jiġifieri, jien li jkun hemm rappreżentanza indipendenti ma nsibx diffikultà, imma fuq iċ-chairmanship u d-deputy chairmanship personalment għandi ċerti misgivings, għalkemm nifhem l-ispirtu li fih għamlet is-suġġeriment tagħha l-Onor. kollega.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3
Orklarla döyüş:

Google Play'də əldə edin


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2017
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə