Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 497,64 Kb.
səhifə42/96
tarix07.01.2022
ölçüsü497,64 Kb.
#86854
1   ...   38   39   40   41   42   43   44   45   ...   96
THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor. Joseph Cassar.
ONOR. JOSEPH CASSAR: Mr Chairman, l-ewwel ħaġa, il-Ministru għandu jkun jaf li suppost jindirizza lilek u mhux lili. Jien se nerġa' ngħidlu li jekk għandu l-figuri jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.
ONOR. EDWIN GRECH: Iva, se npoġġihom.
ONOR. JOSEPH CASSAR: Dan għaliex jekk qed jagħmel dawn il-kalkoli allura għandu jaqbad u jpoġġi l-karti fuq il-Mejda.
THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor. Grech jista' jkompli bid-diskors tiegħu.
ONOR. EDWIN GRECH: Ħalli niġu issa għall-impjiegi mal-gvern. Fis-seba' snin bejn l-1987 u l-1990 kien hemm żieda ta' 2028 impjiegi, jiġifieri fl-1987 kien hemm 24,296 u fl-1990 kien hemm 26,324, filwaqt li bejn l-1990 u l-1992 - issa ħadna snin differenti - kien hemm żieda ta' xi 4,128 impjieg. Issa ħalli naraw għaliex fl-1990 in-numru ta' impjiegi kien 26,324 u fl-1992 tela' għal 30,452, jiġifieri, nerġa' ngħid kien hemm iż-żieda ta' 4,128. Hawnhekk irrid infakkarkom fl-istorja ta' l-Awżiljari, fejn dawk li kienu ma' l-Awżiljari finalment spiċċaw mal-gvern u allura kien hemm din iż-żieda. Bejn l-1992 u Settembru ta' l-1996 kien hemm żieda ta' 211 l-impjieg biss, jiġifieri fl-1992 kien hemm 30,452 u fl-1996 kien hemm 30,663. Meta nħarsu lejn it-total ta' bejn l-1987 sa Settembru 1996 insibu li kien hemm żieda globali ta' 6,367 impjieg. Imbagħad iridu jikkritikaw lill-Gvern Laburista li qabel l-1987 kien impjega ħafna nies mal-gvern!
Ħalli nerġgħu nħarsu lejn is-sitwazzjoni globali, jiġifieri naraw is-settur privat tal-produzzjoni, is-settur privat tas-servizzi, is-settur pubbliku - mingħajr ma ninkludu d-dipartimenti tal-gvern - id-dipartimenti tal-gvern innifishom u l-impjiegi temporanji. Hawnhekk insibu li mill-1987 sa Settembru 1996 fit-total kien hemm żieda ta' 20,678 mentri, bħalma semmejt qabel, din iż-żieda tinbidel u allura nispiċċaw b'żieda reali ta' 16,583. Peress li saru paraguni bejn dak li ġara fl-impjiegi fi żmien Gvern Laburista u dak li ġara fid-disa' snin u nofs ta' Gvern Nazzjonalista, wieħed jista' jara min mar l-aħjar fl-impjiegi għax skond l-istatistika, bejn l-1971 u l-1980 kien hemm żieda totali kemm fis-settur privat kif ukoll fis-settur pubbliku ta' 21,776. Fis-settur pubbliku jidher li kien hemm 6,362 impjieg, liema żieda dak inhar kienet minħabba l-ħolqien tal-kumpanniji parastatali. Meta tiġi għas-snin ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista bejn l-1987 u l-1996, iż-żieda reali u totali kienet ta' 19,552 u meta nħarsu, per eżempju, lejn is-settur pubbliku, fejn kien hemm żieda reali ta' 5,122, insibu li din iż-żieda kienet minħabba t-taparsi privatizzazzjoni u allura, kif semmejt, kien hemm diskrepanzi fir-riklassifikazzjoni. Meta mbagħad tiġi għas-settur privat insibu li ż-żieda reali fis-settur privat f'dawk id-disa' snin u nofs kienet ta' 14,430, liema żieda m'hijiex iżgħar minħabba l-privatizzazzjoni u d-diskrepanzi li semmejt qabel ukoll.
Dwar il-qgħad għandi li f'Ottubru ta' l-1996 in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru kien ta' 5,628 filwaqt li fit-tieni parti tar-reġistru kien hemm 700 imma, s'intendi, dawn ma jiġux jidhru fl-istatistika. Bejn Mejju u Ottubru ta' l-1996 insibu li n-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru żdied b'641 persuna. Irrid infakkar li dawn kienu x-xhur taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista. Imbagħad meta niġu f'Ottubru, l-aħħar xahar ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista, lil tan-naħa l-oħra ngħidilhom li l-gainfully occupied naqsu b'1,879 u hawn meta tistaqsi lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ jgħidulek li dan it-tnaqqis kien minħabba li kien hemm ħafna fabbriki li jew għalqu inkella naqqsu n-nies u kienet kawża wkoll tal-fatt li n-numru ta' turisti naqas u allura x-xogħol f'din l-industrija naqas, u naqas bi kbir. Din hija s-sitwazzjoni li aħna writna mill-Gvern Nazzjonalista! Dak kelli xi ngħid dwar l-impjiegi u l-qgħad, Mr Chairman.
Għalkemm ma tantx baqa' ħin, se nitkellem ftit fuq id-Dipartiment tax-Xogħol peress li l-Gvern Laburista jemmen li dan għandu importanza kbira fit-twettiq ta' parti mill-programm elettorali tiegħu. Dan id-dipartiment irid ikun aktar qrib l-issues kurrenti li hawn fid-dinja tax-xogħol ħalli jiżgura dak li wiegħed Gvern Laburista. Fi kliem ieħor, trid tiġi regolata l-qagħda ta' dawk li jaħdmu part-time, irid jiġi limitat l-użu ta' kuntratti ta' xogħol għal żmien definit; s-self-employed iridu jibdew igawdu mill-istess benefiċċji li għandhom l-impjegati; irid jiġi assigurat trattament indaqs bejn in-nisa u l-irġiel; u li jiġi assigurat li l-politika tal-Gvern fil-qasam tax-xogħol tkun konformi kemm jista' jkun mal-konvenzjonijiet internazzjonali ta' l-ILO.

Hawnhekk jien niskanta kif, per eżempju, l-Onor. Cassar jistaqsi fuq iċ-CERA. Jien ma nafx, imma lili qaluli li din kienet lesta fi żmienu. (Interruzzjonijiet) Mela ma nafx x'kont qed tistenna fil-1994 biex tressaqha l-Parlament! Allura għaliex qed tistaqsi lili issa, fl-ewwel ftit xhur! (Interruzzjonijiet) Ħa nkompli nitkellem fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol.


Il-Gvern Laburista wiret sitwazzjoni fejn id-Dipartiment tax-Xogħol għandu nuqqas kbir ta' riżorsi umani. It-tnaqqis li sar fl-estimi ġenerali huwa minħabba t-tnaqqis ta' persuni mpjegati li hemm f'dan id-dipartiment. S'intendi, hawn tnaqqas wkoll is-salarju ta' Peter Darmanin, dak li jidher fi "il-mument", għax dak ukoll kellu salarju li jitħallas minn hemmhekk. Dan kien konsulent ta' l-Onor. Louis Galea u kellu salarju sħun sħun ta' Lm3,500 fis-sena. Dan is-salarju minn hemm kien joħroġ imma issa dak naqqasnih u se nnaqsuh. (Interruzzjonijiet) Imma Dr George Abela almenu qiegħed jaħdem, imma dak ma kien qed jagħmel xejn! Dak jikteb fi "il-mument" biss kien! Kont qed ngħid li l-Gvern Laburista wiret sitwazzjoni fejn hemm nuqqas kbir ta' riżorsi umani, speċjalment nuqqas ta' uffiċjali li jagħmlu xogħol ta' spetturi. Fil-fatt, jien informat li f'dawn l-aħħar snin kienu biss ħames impjegati ta' dan id-dipartiment li ħadu xi forma ta' taħriġ fuq ir-relazzjonijiet industrijali u riżorsi umani. Per eżempju, taħt dan id-dipartiment għandna wkoll il-health and safety unit u l-occupational health and safety committee, liema kummissjoni twaqqfet sentejn ilu u għamlet regolamenti pero' mbagħad għandha problemi kbar għax tinsab mingħajr spetturi. Dan aħna konna għidnihulkom meta intom għaddejtu l-liġi u issa għandna bżonn li naġġornaw din il-liġi biex nagħtuha s-saħħa. (Interruzzjonijiet) Mela le! Meta jkun il-waqt aħna se nġibu kollox f'dan il-Parlament imma issa l-ewwel ħaġa li se nagħmlu hija li nżidu l-ispetturi. L-ispetturi m'humiex se jaqgħu mill-ajru u mhux se jaqgħu mis-siġar imma rridu nħarġuhom! Bħalissa qegħdin f'diskussjonijiet ma' l-Universita' biex nibdew korsijiet għal ċertikati ta' spetturi fill-health and safety unit u aktar 'l quddiem dawn il-korsijiet hemm bżonn li jkunu ta' stoffa ikbar, jiġifieri korsijiet li jwasslu għal diploma u anke għal xi grad.
L-Onor. Cassar semmieli li keċċejt xi mpjegat mill-post tax-xogħol. Fir-risposta li tajt għad-domanda parlamentari li għamilli l-Onor. Membru jien għidt li l-parir legali ... (Interruzzjonijiet) Dan ma keċċejtux għaliex kien qiegħed bi probation, imma meta spiċċa l-probation period ma kkonfermajniehx għaliex kien hemm irregolarita' kbira. Ma nixtieqx insemmi ismijiet u ma nixtieqx nagħti dettalji f'dan il-Parlament u allura jien nistieden lill-Onor.Cassar biex isibni ħalli nurih il-file biex jara hu stess l-irregolarita' li kien hemm fl-ingaġġar ta' din il-persuna. (Interruzzjonijiet) Inġibulek. Mela ħalli ngħidlek x'kien dan.

Yüklə 497,64 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   38   39   40   41   42   43   44   45   ...   96




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin