13829. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għad-domand bil-miktub li għamilt fit-3 ta' Frar, 1998 u ċioe' jista' jekk jikkonfermax li s-Segretarjat għaż-Żgħażagħ, Kultura u Sports ordnax track suits għall-Iskola Sports, kemm ġew jiswew, kemm ġew ordnati, inħarġitx tender jew ingħatax direct order, min ikkwota u kemm kienet kull kwotazzjoni? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk il-ġenituri tat-tfal intalbux iħallsu xi ħaġa għat-track suitsu jekk iva, kemm, meta ħallsuhom u meta ħadu t-track suits? Jista' l-Ministru jgħid ukoll għaliex kien hemm bżonn daqstant żmien biex tingħata risposta?