Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 1,09 Mb.
səhifə46/232
tarix07.01.2022
ölçüsü1,09 Mb.
#91175
1   ...   42   43   44   45   46   47   48   49   ...   232
MADAM SPEAKER: L-Onor. Noel Farrugia.
ONOR. NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Madam Speaker, ma nafx jekk l-Onor. Abela jixtieqx jgħidilna kemm għandu jkun dan il-prezz garantit. Nitolbu jkun iktar ċar fid-diskors tiegħu ħalli l-bdiewa jkunu jafu x'qed jingħad.
ONOR. TONY ABELA: Madam Speaker, il-Ministru jaf li 60% tal-flus li l-Unjoni Ewropea toħroġ bħala assistenza jmorru b'risq l-agrikoltura. Dan is-settur ta' l-ekonomija Maltija m'huwiex daqstant kbir f'termini ta' GDP imma huwa settur li kapaċi jżommna self-sufficient fejn jidħlu l-ħxejjex. Nixtieq nappella biex inkunu b'saqajna ma' l-art u mhux l-ewwel inwiegħdu lill-bdiewa li se jesportaw imbagħad ma niftħulhomx il-bibien biżżejjed biex ikunu jistgħu jagħmlu dan.
Raġuni oħra għaliex il-Gvern qed jitlob li jissellef Lm110 miljun hija biex jagħmel plaza oħra fil-Belt bħala l-proġett tal-millennju. Madam Speaker, waqt li inti kont qiegħda tiddelibera dwar it-talba ta' l-Onor. Gonzi, jien kont qed nitkellem ma' Onor. Membru tan-naħa l-oħra u ma' l-Onor. Guido de Marco u għidna li kien jagħmel aktar sens għal pajjiżna li kieku l-proġett tal-millennju kellu jkun il-bini ta' belt ġdida f'xi post fejn la għandek għalfejn tħassar l-ambjent u lanqas issir ħsara lil pajjiżna jekk jittellgħu high-rise buildings. (Interruzzjonijiet) J'Alla tagħmlu, jekk tagħmlu nneħħilek il-kappell! Il-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali qed jgħid li beħsiebu jagħmel proġett bħal dan fil-Gudja. Aħna konna qed naħsbu li iżjed jista' jsir lejn Baħar iċ-Ċagħaq. (Interruzzjonijiet) Le, mhux tgħolli s-sulari. Naħseb li kien ikun utli kieku sibna area bħal dik li hemm taħt il-Għargħur, in-naħa ta' Baħar iċ-Ċagħaq, fejn l-art hija proprjeta' tal-gvern u għalhekk m'hemmx il-problema li l-Lands irid jakkwista titlu fuq dik l-art. F'din l-area il-gvern ikun jista' jibni appartamenti biex jinbiegħu jew jinkrew, u fl-istess ħin m'hi se ssir l-ebda ħsara għax fil-post li qed insemmi hemm art moxa. B'hekk inkunu nistgħu nersqu viċin mhux biss biex nagħtu kick-start lill-ekonomija imma anke nkunu qed nagħtu kontribut siewi biex intejbu l-qagħda soċjali ta' ħutna l-Maltin. M'iniex ngħid li b'hekk se nsolvu l-problema tal-housing totalment, għaliex sfortunatament din tant kibret li kważi ma tista' ssolviha qatt. Nerġa' ngħid li peress li l-art hija tal-gvern, il-postijiet li jkollu l-gvern ikun jista' jbiegħhom bi prezz baxx u ma jkollux għalfejn jissellef biex joħroġ aktar sussidju għax-xiri ta' housing units.
Madam Speaker, ħaġa oħra għaliex il-Gvern qiegħed jitlob li jissellef dawn il-flus hija sabiex ikun jista' jgħolli aktar sulari fuq bini eżistenti. Hija ħasra li l-gvern f'ħafna blokki qed jgħolli sular biss għax għal sular wieħed qed ikollu jidħol f'ħafna spejjeż, fosthom li jestendi l-lift, jaqla' l-kontrabejt, jerġa' jgħaddi s-sistemi tal-katusi ta' l-ilma u tad-drenaġġ, u l-ispiża se tiġih daqslikieku bena tliet sulari fuq art verġni. Sfortunatament il-ħela ta' flus tiġi minħabba nuqqas ta' ħsieb. Illum jekk tibni erba' sulari, in-nies jippretendu li jkollhom lift u biex tagħmel lift sura ta' nies jaf jiswik madwar Lm10,000.

Yüklə 1,09 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   42   43   44   45   46   47   48   49   ...   232




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin