ONOR. ALFRED SANT:Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Kopja tal-kuntratt li Dr Michael Vella Haber għandu bħala konsulent fl-Uffiċċju tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4406;
Business Plan tal-Management Systems Unit għas-sena 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4676; u
Rapport Annwali tal-Management Systems Unit għas-sena 1994/95 flimkien mad-Directors' Report and Financial Statements għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 1995, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4678.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Rapport dwar l-attivitajiet tal-Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali matul l-1996 skond l-artikolu 15(1) tar-Regolamenti ta' l-1996 dwar Akkwisti li jsiru mis-Servizz Pubbliku.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Michael Farrugia.