Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 283,88 Kb.
səhifə19/82
tarix10.01.2022
ölçüsü283,88 Kb.
#99998
1   ...   15   16   17   18   19   20   21   22   ...   82
ONOR. JOHN DALLI: Madam Speaker, ...
MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru, on a point of order.
ONOR. ALFRED SANT: Sinjura President, fuq l-order paper għandna mniżżla l-mozzjoni mressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jiġifieri din hija private members' resolution u l-Kamra tlaqqgħet biex tisma' l-mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni. Allura jien nistaqsi: Jista' jkollna spjega għaliex din il-mozzjoni qed tiġi mressqa mil-Onor. John Dalli peress li din in-naħa ma ġietx informata b'dan?
MADAM SPEAKER: L-Onor. Dalli.
ONOR. JOHN DALLI: Madam Speaker, jien, bħala membru ta' din il-Kamra, ġejt inkarigat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni sabiex inressaq din il-mozzjoni f'ismu.
MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.
ONOR. ALFRED SANT: Sinjura President, jiena hawnhekk nitlob ruling fis-sens li din in-naħa tal-Kamra aċċettat li tagħmel din il-laqgħa tal-lejla fuq mozzjoni li qiegħda ffirmata fuq l-order paper mill-Onor. Fenech Adami. Għalhekk aħna laqqajna l-Kamra fuq l-arranġament li dejjem kien ikollna, jiġifieri li fuqha nagħmlu seduta sħiħa, nofs bin-nofs. Peress li aħna, ta' din in-naħa tal-Kamra, ma ġejniex informati fuq dan - ma nafx jekk inti ġejtx informata, pero' jekk inti ġejt informata, aħna ma ġejniex - fuq dan allura jien qed nitlob li jingħata ruling. Mela din il-Kamra għandha titlaqqa' biex tiddiskuti mozzjoni mressqa bħala private members' resolution mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, f'ismu u mhux f'isem l-Oppożizzjoni, biex imbagħad f'daqqa waħda jisponta membru ieħor ta' l-Oppożizzjoni u jressaqha b'dan il-mod, mingħajr ma jiġi nformat ħadd b'dan! Hawnhekk inrid infakkar li din ċertament ma kenitx il-prattika fl-aħħar leġislatura u għalhekk nitlob ruling fuq din il-ħaġa.

Yüklə 283,88 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   15   16   17   18   19   20   21   22   ...   82




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin