Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 283,88 Kb.
səhifə21/82
tarix10.01.2022
ölçüsü283,88 Kb.
#99998
1   ...   17   18   19   20   21   22   23   24   ...   82
MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.
ONOR. ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, Sinjura President, l-ewwel punt huwa li jiena assolutament ma nafx l-istat ta' saħħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-fatt hu li n-naħa l-oħra lanqas biss kellha l-korteżija li tinformana. It-tieni punt huwa fuq is-sustanza ta' dak li għadu kemm qal l-Onor. Galea.
Bir-rispett kollu, meta jkun hemm laqgħat regolari tal-Kamra, liema laqgħat ikunu msejħa bħala laqgħat tal-Parlament, fl-order paper ikun hemm min jissostitwixxi lil xi ħaddieħor u allura hemmhekk wieħed jikkonsidra affarijiet bħal dawn għaliex dik hija parti mill-proċedura u aktar u aktar għaliex hija kurrenti. Pero' meta din il-laqgħa tal-Parlament issejħet fuq mozzjoni li speċifikament qajjimha il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u meta barra dan il-Parlament kemm-il darba kien ittikana li m'aħniex se nagħmlu din il-laqgħa allura kif issa jiġi u mingħajr ebda avviż ta' xejn ... Kienet tkun korteżija normali li jinformawna minn qabel - u fuq korteżija normali ma kien ikun hemm problema ta' xejn Onor. Galea għaliex jekk lilek forsi jistaqsuk lilna ma jistaqsuniex u allura aħna m'għandna l-ebda informazzjoni dwar din il-ħaġa - u kieku ġara hekk jien lanqas kont inqum nitkellem. Imma din issa qed nisimgħuha u għalhekk nitlob ruling fuqha!
Din is-seduta issejħet speċifikament fuq l-understanding li kienet private members' resolution imsejħa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni qua private member u m'hijiex laqgħa regolari tal-Parlament fejn membru jissostitwixxi lil xi ħaddieħor. Fi kliem ieħor, fuq l-order paper din issejħet speċifikament bħala mozzjoni mressqa mill-Onor. Eddie Fenech Adami li fuqha kemm-il darba ttikana pubblikament, qisu ħaseb li m'aħniex se nonoraw l-arranġament li kellna biex jissejħu dawn il-laqgħat kif konna għamilna fil-leġislatura ta' qabel, jiġifieri li dan isir fuq l-understanding li jkollna seduta u li dik is-seduta tinqasam bejn iż-żewġ naħat u daqshekk. Imma skużi, mhux fl-aħħar minuta jiġi joħroġ din ir-raġuni fejn qed jassumi li aħna nafu u barra bid-daqq! Din x'serjeta' hi! Din hija r-raġuni għaliex qed nitlob dan ir-ruling, Sinjura President.

Yüklə 283,88 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   17   18   19   20   21   22   23   24   ...   82




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin