Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 283,88 Kb.
səhifə23/82
tarix10.01.2022
ölçüsü283,88 Kb.
#99998
1   ...   19   20   21   22   23   24   25   26   ...   82
MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.
ONOR. ALFRED SANT: Sinjura President, ovvjament jien kont qrajt Ordni Permanenti Nru. 33 u rajt li dan m'huwiex riferibbli għal dan il-każ preċiżament għaliex illum aħna qegħdin nitlaqqgħu fuq seduta li hija mħollija għal private members' motions u allura dan huwa preċiżament każ fejn private member se jressaq il-mozzjoni tiegħu. Ordni Permanenti Nru. 33 huwa riferibbli għax-xogħol regolari tal-Parlament meta jkun qed jitlaqqa' fuq l-aġenda tiegħu u allura jekk ikun hemm xi ħadd assenti dak li jkun ikun jista' jinkariga lil xi ħaddieħor minfloku. Pero' llum aħna qegħdin niltaqgħu appositament fuq xi ħaġa li ressaq membru ta' din il-Kamra u li kieku huwa nformana minn qabel ma kienx ikun hemm problema. Wasalna f'din is-sitwazzjoni minħabba nuqqas assolut ta' korteżija u ta' komunikazzjoni. Fuq il-bażi ta' Ordni Permanenti Nru. 33 l-argumentazzjoni tiegħi tissaħħaħ għaliex dan l-Ordni Permanenti huwa riferibbli għal-laqgħat regolari tal-Kamra, mentri meta jkun hemm xi ħaġa li hija mressqa speċifikament minn membru tal-Kamra fuq xi ħaġa li hija tiegħu personali l-inkarigu ma jingħatax post hoc u allura aħna kellna niġu nformati minn qabel. Mil-banda l-oħra kieku kien hemm ir-regoli tal-korteżija allura wieħed kien imexxi by leave of House għax fuq din il-ħaġa għandna bżonn il-leave of House.

Yüklə 283,88 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   19   20   21   22   23   24   25   26   ...   82




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin