Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 283,88 Kb.
səhifə26/82
tarix10.01.2022
ölçüsü283,88 Kb.
#99998
1   ...   22   23   24   25   26   27   28   29   ...   82

RULING TA' MADAM SPEAKER



MADAM SPEAKER: Għar-rigward tat-talba li saret aktar kmieni fis-seduta tal-lum, ir-ruling tas-Sedja huwa dan:
Is-Sedja rat l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Ikkonsidrat il-fatt illi f'dawn l-Ordnijiet Permanenti ix-xogħol ta' membri privati huwa msemmi biss fl-Ordni Permanenti Nru. 8(2) u fl-Ordni Permanenti Nru. 17.
It-talba għal deċiżjoni mis-Sedja nqalgħet peress illi l-Onor. Eddie Fenech Adami li ta l-avviż tal-mozzjoni ma kienx fis-sala biex iressaqaha. In vista ta' dan ġie eżaminat l-Ordni Permanenti Nru. 33 li jgħid:
"Membru jista', jekk ikun hekk awtorizzat minn membru ieħor li ma jkunx dak il-ħin preżenti, jipposponi jew iressaq mozzjoni jew ordni tal-ġurnata fl-assenza tal-membru inkarigat minnu.".
Dan joħloq il-kwestjoni ta' awtorizzazzjoni, iżda l-Ordnijiet Permanenti ma jirregolawx kif inhi din l-awtorizzazzjoni. Irid jingħad li f'dawn iċ-ċirkostanzi is-Sedja rriferiet għall-Erskine May fejn jitkellem dwar mozzjonijiet. L-Erskine May, edizzjoni 21, paġna 314, paragrafu 7, jgħid illi ħlief għal żewġ eċċezzjonijiet mozzjoni ma tistax tiġi mressqa ħlief mill-membru li f'ismu tidher. Iż-żewġ eċċezzjonijiet huma:
(a) membru tal-Gvern jista' jaġixxi għan-nom ta' kollega fl-istadji kollha; u
(b) f'mozzjonijiet f'isem Chairman jew membri ta' Kumitat ta' GĦażla għar-rigward tal-kompożizzjoni ta' dak il-kumitat.
Fil-fatti ta' quddiem is-Sedja illum dawn iż-żewġ każi ma jirriżultawx.
L-istess Erskine May, f'paġna 324, jittratta dwar tibdil fil-termini ta' avviż ta' mozzjoni u jgħid li t-termini ta' avviż ta' mozzjoni li qiegħed fuq in-notice paper jista' jinbidel jekk l-avviż kif emendat ma jeċċedix l-iskop ta' l-avviż originali u l-iSpeaker jiddeċiedi li huwa approprju li l-mozzjoni tiġi mressqa fil-forma alterata. Fil-każ odjern ma saret ebda talba biex b'xi mod ikun hemm xi tibdil fil-mozzjoni kif oriġinarjament imressqa u għaldaqstant il-Kamra trid timxi fuq ir-regola illi mozzjoni għandha titressaq mill-membru li ta l-avviż tagħha, bl-eċċezzjonijiet biss kif elenkati hawn fuq.
Peress li meta ssejħet il-mozzjoni l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma kienx hawn biex iressaqha, issa li fil-Kamra hawn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid ikun hemm il-permess tal-Kamra jekk kemm-il darba se nkomplu bis-seduta tal-lum . Hawn permess?
Il-Viċi Prim Ministru.


Yüklə 283,88 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   22   23   24   25   26   27   28   29   ...   82




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin