ONOR. GEORGE VELLA: Madam Speaker, hawnhekk hawn punt ieħor għax l-argument ta' l-Oppożizzjoni huwa li meta l-Prim Ministru qajjem l-oġġezzjoni biex l-Onor. Dalli ma jressaqx il-mozzjoni li suppost ressaq il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil-fatt il-proċedura kienet għadha ma bdietx u allura qegħdin jikkontendu li m'hemmx għalfejn jintalab permess biex iressaqha. Fiċ-ċirkostanzi jien m'iniex se noqgħod ninsisti fuq jekk hemmx bżonn ta' permess jew le u jekk kemm-il darba jridu jibdew id-debate allura ejjew nibdewh. Jekk m'hemmx għalfejn il-permess u jekk ma jridux il-permess tagħna allura ma nagħtuhx. (Interruzzjonijiet) Mela tiddeċiedi Madam Speaker.
MADAM SPEAKER: Jien għidt li hawn bżonn permess għaliex meta membru ma jkunx qiegħed hawnhekk biex iressaq il-mozzjoni din il-mozzjoni taqa'.
L-Onor. Gonzi.