ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Kont qed ngħid li l-Prim Ministru pprova jevita diskussjoni fuq din il-mozzjoni billi sserva bin-nuqqas ta' preżenza tiegħi meta kulħadd kien jaf li m'hijiex assenza kapriċċjuża. (Interruzzjonijiet) L-Onor. Membri kollha jafu - kif jaf l-Onor. Edwin Grech li għadu kif daħal fil-Kamra - li jien ili fil-Parlament mill-1969 u f'dan iż-żmien kollu dejjem attendejt u dejjem għamilt ħilti u dmiri anke meta .... (Interruzzjonijiet)
MADAM SPEAKER: Ma rridx interruzzjonijiet. Onor. Debono Grech, jew tieħu postok inkella se tmur barra.