ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: .. l-Onor. Membri tal-Gvern, dak inhar magħmula mill-Partit Soċjalista, interrompewni, ħebbew għalija u anke ġew biex isawtuni f'dan il-Parlament. Dak inhar jien ma bżajtx u llum jien qiegħed hawnhekk nissogra saħħti għaliex ġejt kontra l-parir espress tat-tobba li qegħdin jarawni u dan biex ma nħallix din il-mozzjoni tiskadi. Jien ġejt hawnhekk b'sens ta' dmir lejn il-pajjiż għax il-lealta' lejn artna titlob li d-dover tagħna naqduh f'kull ċirkostanza. L-Onor. Anġlu Farrugia qed jagħti b'rasu u jien ma nafx u ma nistax ninterpreta x'irid jfisser b'hekk, pero' nassigurah ... (Interruzzjonijiet)
MADAM SPEAKER: M'hemmx interruzzjonijiet. Onor. Anġlu Farrugia, x'inhu l-point of order tiegħek?