ONOR. LEO BRINCAT: Minn meta ħadt ir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta, mill-ewwel bdejt nitratta d-diffikultajiet u l-ilmenti tal-pubbliku. Dan hu xogħol li jieħu ħafna ħin u jrid dedikazzjoni kbira. Bħalissa qed nieħdu pariri tekniċi dwar kif insaħħu l-Customer Care Unit tal-korporazzjoni.
ENEMALTA - FLUS IVVOTATI
4661. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti dettalji b'kemm se jkunu vvotati flus biex ikopru danni li l-Korporazzjoni Enemalta tista' tikkaġuna lill-konsumatur?
ONOR. LEO BRINCAT: Nixtieq ngħarrfek li għadu kmieni wisq biex nagħti dettalji dwar il-voti tal-Korporazzjoni Enemalta.
DIPARTIMENT TAĊ-CHILDREN'S OUT-PATIENTS - RECEPTIONIST
4662. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Fid-dawl ta' l-aħjar użu mill-infermiera u biex isseħħ il-policy li jintużaw bl-aħjar mod ir-riżorsi tan-nurses, jista' l-Ministru jara li jkun hemm clerk (reception and appointments)fiċ-Children's Out-Patients?