-------------------------------------------- Nota* Ir-records f'dan il-perjodu kienu miżmuma mid-Dipartiment tax-Xogħol. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ bdiet iżżomm dan it-tagħrif mis-sena 1995.
PERSUNI B'DIŻABILITA'
4667. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti l-għadd ta' persuni b'diżabilita' (li ma jinkludux anzjani ta' 'l fuq minn 60 sena), maqsuma skond kategoriji differenti ta' diżabilita', skond is-sess u skond l-age groups?
ONOR. EDWIN GRECH:Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4667 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.