4692. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kif kien ir-reġistrar tal-qgħad f'Għawdex minn Jannar ta' l-1996, xahar b'xahar, sa Marzu ta' l-1997?
ONOR. EDWIN GRECH: Iċ-ċifri tal-qgħad f'Għawdex kienu:-
Jannar 1996 450
Frar 1996 442
Marzu 1996 399
April 1996 407
Mejju 1996 410
Gunju 1996 419
Lulju 1996 417
Awissu 1996 399
Settembru 1996 384
Ottubru 1996 403
Novembru 1996 580 L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Novembru 1996.
GĦAWDEX - TRASFERIMENTI
4693. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il transfer sar s'issa f'Għawdex minn kull dipartiment u korpi parastatali?
ONOR. ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta ohra.
GĦAWDEX - VILLA RUNDLE
4694. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-passaġġi ġewwa Villa Rundle, fir-Rabat, Għawdex, jiġu ċċangjati mill-ġdid peress li jinsabu fi stat ferm ħażin u ta' periklu għal pubbliku ġenerali, b'mod partikolari għat-tfal?
ONOR. ALFRED SANT: Ix-xogħlijiet imsemmija jagħmlu parti minn proġett ta' riabilitazzjoni tal-ġnien kollu li diġa' inbeda.
PULIZIJA - KADETTI
4695. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kadetti fl-Akkademja tal-Pulizija fil-preżent? Kemm se jdum il-kors li għaddej bħalissa? Kemm hemm vacancies għal spetturi u jekk hemmx il-ħsieb li jerġa' jinfetaħ kors ieħor wara dan il-kors?
ONOR. ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 428.
MOSTA - SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ
4696. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-komunikazzjoni tad-drenaġġ ta' New Street off Valley Road, Mosta? Meta huwa pproġettat li d-djar residenzjali f'din it-triq ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Jista' l-Onor. Interpellant jindika liema triq ġdida fi Triq il-Wied qiegħed jirriferi għaliha peress li ma hemmx talbiet pendenti għall-estensjoni tad-drenaġġ f'dan il-lokal?
MOSTA - TARMAC
4697. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru huwiex qiegħed jistħarreġ li jagħti t-tarmac lil triq ġdida fi Triq Gianni Vella, fil-Mosta? Jista' l-Ministru jgħid jekk din it-triq hijiex f'lista ta' prijoritajiet għad-dipartiment?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ġie mwaqqaf "steering committee" bejn il-Ministeru tax-Xogħlijiet u Kostruzzjoni u l-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali biex flimkien mal-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tat-Toroq tiġi "updated" l-informazzjoni dwar toroq li jeħtieġu l-asfalt jew tiswijiet kemm jekk dawn jaqgħu taħt il-Kunsill Lokali kif ukoll jekk huma responsabilita' tal-gvern ċentrali.
Deċiżjonijiet dwar xogħlijiet indikati mill-Onor. Interpellant jittieħdu wara dan ix-xogħol ta' konsultazzjoni.
MOSTA - TRIQ IL-FARINAL
4698. L-ONOR. EDWIN VASSALLOstaqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu passi meħtieġa biex fi Triq il-Farinal, fil-Mosta, li għandha f'parti minnha għalqa li kien twaqqgħalha l-ħajt meta twessgħet it-triq, jerġa' jinbena l-ħajt li qatt ma nbena mill-kuntrattur li ħadem f'xogħol ta' twessigħ ta' triq, ladarba l-għalqa hija fil-livell u jiġi taħt it-triq bi kważi 1.50 għoli?
ONOR. GEORGE VELLA: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar.
4707. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma l-Membri tal-Mental Health Review? Meta ġew appuntati? Min meta ġew appuntati, kemm attendew laqgħat u kemm fallew individwalment u għal-liema raġuni?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Il-Mental Health Review Board għadu ma ltaqax għax iċ-Chairman qatt ma sejħu.
SPTARIJIET - RIŻENJI
4708. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, kemm kien hemm riżenji mis-servizz mis-26.10.96 sal-lum ta' staff nurses u enrolled nurses sptar b'sptar sew "fulltimers" u sew "part-timers"?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' riżenji mis-servizz mis-26 t'Ottubru 1996 sal-lum ta' Staff Nurses u Enrolled Nursess huwa kif ġej: