ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Fil-Male Ward 10 jkunu rrikoverati pazjenti rġiel li jkunu mibugħta fl-Isptar Monte Carmeli waqt li jkunu taħt is-sorveljanza tal-pulizija, jew mill-ħabs jew mill-Qorti għal perizja jew minħabba problema ta' abbuż ta' droga. Jintbagħtu wkoll f'din is-sala dawk il-pazjenti l-oħrajn kollha li fil-fehma tat-tabib responsabbli jew tad-delegat tiegħu jkunu qed ibagħtu minn kundizzjoni psikjattrika li tkun teħtieġ kura f'unita massima.
GRAD SHIFT KOMPLIMENT UFFICJALI KOMPLIMENT ATTWALI SRN A 1 NIL
EN A 2 2
SRN B 1 NIL
EN B 2 2
SRN C 1 NIL
EN C 2 2
SRN D 1 NIL
EN D 2 2
SRN E 1 NIL
EN E 2 3 Filwaqt li hemm 5 SRN's niesqa, minn naħa l-oħra hemm EN żejjed. Il-kompliment Uffiċjali għar-rigward tal-fattigi huwa ta' 4 mqassma fuq erba' shiftijiet. Il-kompliment Attwali huwa 2.
Ir-roster għar-rigward tan-nurses hija Day, Day, Night, Rest u Off, jiġifieri matul il-ġurnata jkun hemm għassa żewġ shifts filwaqt li matul il-lejl ikun hemm 3 fattigi għassa skond ir-roster tagħhom.
Il-vacation Leave jingħata skond l-esiġenza tas-servizz u skond it-talbiet tal-impjegati. Qed jintlaqgħu massimu ta' żewġ talbiet kuljum kif kien jingħata fil-passat.
Minħabba dan in-nuqqas fil-kompliment attwali, partikularment f'din is-sala, jintbagħtu relievers ġeneralment infermiera bis-sahra biex jimlew dawn il-vakanzi.
Sfortunatament, minħabba inuqqas għall-diversi snin ta' l-infermiera fil-grad partikularment ta' S.N il-kompliment f'din is-sala qatt ma ntlaħħaq.
Apparti mill-impjegati kollha msemmija hawn fuq, fil-kompliment tas-sala hemm Nursing Officer u Deputy Nursing Officer.