Gvern LI Jemmen Fin-Negozju: Nirbħu fil-Kompetizzjoni



Yüklə 396,44 Kb.
səhifə11/22
tarix23.01.2018
ölçüsü396,44 Kb.
#40420
1   ...   7   8   9   10   11   12   13   14   ...   22



Inizjattiva 36

Impact assessment fuq liġijiet u avviżi legali


Is-Segretarjat jibqa’ joffri l-għajnuna tiegħu lil entitajiet governattivi, awtoritajiet u dipartimenti fil-formolazzjoni ta’ liġijiet u avviżi legali li jolqtu mill-qrib setturi differenti ta’ negozji. Is-Segretarjat jara li jikkordina l-aħjar ħidma possibli ma’ dawk kollha involuti sabiex tkompli tissaħħaħ il-ħidma ta’ l-impact assessment fuq l-avviżi legali u leġislazzjonijiet.

X’qed isir

  1. Is-Segretarjat, filwaqt li kien ikkonsultat diversi drabi fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għal emendi ta’ liġijiet u Avviżi Legali, is-sehem li l-istess Segretarju Parlamentari kellu fil-konsultazzjoni għall-emendi fil-Building and Constructing Regulations, kien evidenti.



Inizjattiva 37

Reviżjoni fil-liġi tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat


Flimkien mal-Kunsill Malti għall-Artigjanat, is-Segretarjat ser janalizza mill-qrib il-possiblita ta’ emendi fil-liġi li waqqfet il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat, bil-ħsieb li f’pajjiżna jkollna liġi aktar addattata għas-sostenibbiltà u l-kompetittivita ta’ l-artiġjani Maltin..

X’qed isir

  1. Is-Segretarjat ressaq proposti għal emendi għal-liġi l-ġdida għall-Kunsill Malti għall-Artiġjanat u dawn ġew approvati fil-laqgħa ġenerali tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat u se jkunu approvati mill-Kabinett



Inizjattiva 38

Pubblikazzjoni dwar il-proċess ta’ negozji ġodda


Ikunu ippublikati flimkien mal-Small Enterprise Directorate pubblikazzjonijiet dwar il-proċess ta’ ftuħ ta’ liċenzi tan-Negozju maħsuba biex jgħinu studenti u persuni imħarġa biex jiftħu negozji, jifhmu aħjar x’jeħtieġ il-proċess ta’ ftuħ ta’ negozji.

X’qed isir

  1. Din l-inizjattiva ġiet implimentata permezz tal-ħidma tas-Small Enterprise Directorate fi ħdan il-Malta Enterprise bħal servizz edukattiv f’ dan il-qasam. Ġie ppubblikat ukoll ktejjeb ta’ għajnuna bl-isem ta’: Business Start-up Toolbox, fejn dan ġie mqassam fi skejjel u entitajiet edukattivi fosthom MCAST u l-Università, għaqdiet tan-negozju bħall-GRTU wkoll. Din il-pubblikazzjani tagħti tagħrif siewi fuq il-proċess ta’ ftuħ ta’ negozji u liċenzji għan-negozji. Dan hu maħsub biex jgħin studenti u persuni mħarrġa biex jiftħu n-negozju u jifhmu aħjar x’inhu meħtieġ bħala proċess.



Inizjattiva 39

Jitnaqqsu proċeduri burokratiċi ta’ regolamentazzjoni


Is-Segretarjat iwettaq ħidma flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika (tas-Sanità) u l-Awtorita ta’ liStandards sabiex janalizzaw kif jistgħu inaqqsu proċeduri burokratiċi fil-ħidma tagħhom ma’ setturi speċifiċi bħalma huma bejjiegħa tal-laħam, bejjiegħa tal-ħut u bejjiegħa oħra ta’ l-ikel.

X’qed isir

  1. Qed isiru guidelines bejn id-Dipartiment tal-Environmental Health u l-Malta Standards Authority għall-hawkers tal-ħut u bejjiegħa tal-ħalib. Ta’ l-ewwel kważi tlestew filwaqt li l-oħrajn għadhom f’fażi ta’ diskussjoni.

  2. Permezz tal-website tal-Food Safety Commission il-Leġislazzjoni tas-Sigurtà fl-Ikel saret aktar aċċessibli.

  3. Il-Food Safety Unit li jaqa’ taħt dan id-Dipartiment imexxi konsultazzjonijiet ma’ negozji tal-ikel qabel ma’ toħroġ l-liċenzja mill-Awtorità Kompetenti. Din il-konsultazzjoni tgħin lill-operatur sabiex ikun ippreparat u hekk ikun evitat telf ta’ ħin u flus.

  4. Flimkien mas-Segretarjat għan-Negozji Zgħar u s-Self-Employed, id-Dipartiment tal-Environmental Health ippublika ktieb: Il-Leġislazzjoni tas-Sigurtà fl-Ikel Spjegata.

  5. Il-bejjiegħa tal-laħam qed jitħallew ibiegħu prodotti oħra (ħaġa li ma setgħux jagħmlu qabel) diment li jsegwu kundizzjonijiet speċifiċi.

  6. Il-Food Safety Commision ser tibda korsijiet għal shop assistants sabiex dawn ikunu jistgħu jbiegħu food supplements, li sal-lum jistgħu jinbiegħu biss minn spiżjara u tobba.

  7. Il-Food Safety Commission qiegħda tipprepara dokument li jassisti food handlers dwar l-applikazzjoni tal-HACCP billi jipprovvdi Terms of reference lill-konsulenti li jagħtu dan is-servizz.

E. Irid ikun hemm nies tas-sengħa




Inizjattiva 40

Tagħlim tas-snajjiet flimien mal-MCAST


Is-Segretarjat, flimkien mal-MCAST, għandu jkompli jorganizza laqgħat ta’ koordinazzjoni bejn setturi differenti ta’ nies tas-sengħa u artiġjanat u uffiċjali tal-MCAST bil-għan li fl-MCAST ikun ħemm l-aktar proċeduri flessibli u addattati għas-setturi industrijali u kummerċjali sabiex f’pajijżna jibqgħu jigu mgħallma snajjiet u kapaċitajiet oħra li huma meħtieġa għas-sidien ta’ negozji artiġjanali u tas-sengħa.

X’qed isir

  1. Din il-proposata qed tiġi diskussa ma’ l-MCAST

Yüklə 396,44 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   7   8   9   10   11   12   13   14   ...   22




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin