Malta debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)


MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB



Yüklə 1,09 Mb.
səhifə17/18
tarix01.08.2018
ölçüsü1,09 Mb.
#65182
1   ...   10   11   12   13   14   15   16   17   18

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB




DJAR - FILE NO. H 14303

W1,252. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' ipproċessar wasal il-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Intbagħat inspector? Jekk iva, x'kien l-eżitu tar-rapport? Jekk intbagħat, xi gravita' anqas minn ta' ħaddieħor qed iwassal biex dak li rrakkomanda l-inspector ma jiġix segwit? X'inhi r-raġuni li meta din il-persuna ċemplet għal appuntament mad-Direttur xi tliet xhur ilu qalulha li ma jarax nies u l-appuntament ma sarilhiex?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien informat illi spezzjoni tal-fond ta' l-applikant saret fl-14 ta’ Novembru 1997 u l-applikazzjoni qed tkun ikkonsidrata wara dak li rrapporta l-inspector. Pero’ dan irid isir ukoll fid-dawl ta’ 25 applikazzjoni oħra mill-istess lokal ta’ nies li jgħixu fil-periklu u tan-numru limitat ta’ postijiet tajba li jitbattlu. Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu nies apposta biex jaraw il-pubbliku u la hemm il-ħtieġa u lanqas hu possibbli li d-direttur jagħti appuntamenti lill-applikanti kollha li għandu d-Dipartiment.


DJAR - XIRI TA' DJAR MILL-INKWILINI

W1,254. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħidli meta l-persuna, li d-dettalji tagħha qedjintbagħtu separatament, se tkun tista' tagħmel il-kuntratt tax-xiri tal-post fejn preżentement qed tirrisjedi?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Il-persuna ndikata ffirma l-konvenju fuq il-post governattiv tiegħu fl-20 ta’ Jannar 1998. Fit-22 ta’ Jannar 1998 l-Awtorita’ tad-Djar kitbet lill-Kummissarju ta’ l-Art biex iforniha bil-provenjenza tal-proprjeta’ ħalli tkun tista’ tiġi ppubblikata l-President’s Order fil-Gazzetta tal-Gvern u wara ikun jista’ isir il-kuntratt tat-trasferiment. Sallum din l-informazzjoni għada ma waslitx.


VALLETTA: TRIQ SAN KRISTOFRU - FOND NRU. 127

W1,259. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għal aktar minn ġimgħatejn il-fond Nru. 127, St. Christopher Street, Valletta li hu bini tal-gvern qed ikollu l-partijiet komuni fid-dlam minħabba xogħol li ma sarx minkejja talbiet ġustifikati u ripetuti? Meta se jsir ix-xogħol?
ONOR. ALFRED PORTELLI: GĦaddejt it-talba lill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar għall-azzjoni meħtieġa. Jiena informat li t-talba saret biss ftit ġranet ilu u x-xogħol ġie approvat u għandu jsir fil-ġranet li ġejjin.


HOUSING CONSTRUCTION & MAINTENANCE DEPARTMENT

W1,281. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm, fil-fatt, hu l-ammont ta' flus (disponibbli) għad-Dipartiment tal-Housing Construction & Maintenance biex tul l-1998 konformament ma' dak li hemm imfisser fl-Estimi 1998, paġna 319, dan id-dipartiment ikun jista' jissaħħaħ f'dak li hu "embellishment of public areas & the development of recreational facilities in housing estates? 2) Liema huma: 1) il-public areas; 2) recreational facilities; u 3) housing estates li għalihom qed issir referenza? 3) Meta hu ttamat li dan jinbeda?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-flus ivvotati għall-iskop ta’ żvilupp ta’ ġnien pubbliku f’oqsma ta’ djar huma vvotati taħt Item Nru 4, Road Formation u għall-1998 hemm ivvotati Lm250,000. Fil-programm ta’ l-1998 hemm proġettat li jitlestew il-ġonna pubbliċi ta’ Sta. Luċija (Ħdejn il-Knisja), Haż-Żabbar/Xgħajra (San Pietru) u Ġnien Żgħir f’Bighi, il-Kalkara. Sadanittant, inbdew ix-xogħlijiet ġodda fuq żewġ proġetti il-Furjana (Binja Vilhena u Tal-Kappuċċini), Tal-Pieta’, Hal-Għaxaq (Hal Dmikki) u l-Gudja (Tax-Xlejli). F’dawn il-każijiet it-tenders kollha ngħataw u qed isir iċċekjar mal-Co-Ordination Unit tat-Taqsima tax-Xogħlijiet biex jiġu vverifikati l-pożizzjoni ta’ servizzi eżistenti qabel jibdew ix-xogħlijiet tal-ġonna proprja. F’żewġ każijiet minnhom, f’Tal-Pieta’ u l-Furjana se jinbidlu l-kanen ta’ l-ilma eżistenti qabel ix-xogħol ta’ pavimentar meħtieġ.


HOUSING CONSTRUCTION & MAINTENANCE DEPARTMENT

W1,282. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'bidliet fil-policy eżistenti li nkiteb mill-amministrazzjoni preċedenti huma ttamati li jsiru, jekk se jsiru, f'dik li hija policy li biha qed jimxi d-Dipartiment tal-Housing Construction & Maintenance fejn jidħlu ħsarat f'postijiet tal-gvern u dan konformi ma' dak li hemm imfisser fl-Estimi 1998, paġna 319 (Housing)?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lilll-Onor. Interpellant li kif spjegajt fid-diskors tal-Budget u kif habbart pubblikament ftit tal-granet ilu, ġiet ippubblikata skema ta’ l-Awtorita tad-Djar biex tgħin inkwilini bi dhul baxx jagħmlu tiswijiet mill-bieb il-gewwa f’postijiet tal-Gvern. Dawn ix-Xogħlijiet ser jithallsu mill-fondi tad-Dipartiment Bini u tiswija ta Djar izda l-iskema ser tkun amministrata mill-Awtorita ta Djar. B’hekk għalkemm il-policy tat-tiswijiet se tibqa' dik li hi, jigifieri li d-Dipartiment jagħmel biss tiswijiet fil-komun u oħrajn ta' natura strutturali fil-postijiet proprja, f’dawk il-kazijiet fejn l-inkwilini m’għandhomx il-mezzi biex jagħmlu certu tiswijiet bhal ta madum, aperturi, ecc, dawn se jkunu jistgħu jibbenifikaw proprju minn din l-iskema l-gdida li semmejt.


ESTIMI ĠENERALI 1998

W1,283. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jispjega, f'miżura ta' dettall u b'mod kronoloġiku b'referenza għal paġna 322 ta' l-Estimi 1998, l-estimate għas-sena kurrenti għall-items: 1) rent 2) transport; 3) travel; 4) training; 5) hospitality, 6) incidental expenses; 6) contractual services; 7) information services; u għal kull każ, jagħti breakdown dwar kif kienu jintnefqu l-flus stmati u kif twasslu għal dawk il-figuri?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Id-dettalji għall-estimi għas-sena kurrenti għall-items indikati f’paġna 322 ta' l-Estimi 1998 jinsabu f’paġna 324 ta' l-istess Estimi.
Rigward breakdown ta’ kif kienu jintnefqu l-flus stmati, l-istess estimi u l-estimi tas-snin precedenti jagħtu dettalji ta' l-ispiza attwali u dik approvata għas-snin ta qabel.


ESTIMI ĠENERALI 1998

W1,292. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-Vot 50 rikorrenti ta' l-Estimi 1998 (Housing), paġna 322, jista' l-Ministru jagħti breakdown sewwa sew tal-flus kif se jintnefqu taħt dawn l-items, wieħed wieħed u li jaqgħu taħt personal emoluments u ċioe': 1) holders of political office; 2) staff - salaries and wages; 3) bonus; 4) income supplement; 5) social security contributions; 6) allowances; u 7) overtime?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ħlief ghar-remunerazzjoni tal-Ministru (item 11), l-infiq taħt personal emoluments f’Vot Nru. 50 huwa bbażat fuq l-istaff in post fil-15 ta’ Settembru 1997 kif joħroġ minn Appendix L, paġna 389, ta' l-Estimi ta' l-1998.


UFFIĊĊJU KONĠUNT - KERA

W1,293. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' kera f'terminu ta' flus li l-Joint Office daħħal bejn is-snin 1995 - 1998, sena b'sena?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninsab informat li l-ammonti ta’ kera li daħħal l-Uffiċċju Konġunt bejn Jannar 1995 sas-17 ta’ Frar 1998, huwa kif jidher hawn taħt

1995 Lm 337,161

1996 Lm 314,619

1997 Lm 355,819

1998 (mill-1 ta’Jannar

sas-17 ta’Frar) Lm 50,891




ATT DWAR IL-KUNSILLI LOKALI

W1,294. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jikkonsidra l-Ministru s-suġġeriment tiegħi għall-emenda għall-Att dwar il-Kunsilli Lokali biex persuna li tkun se tiġi nominata biex tikkontesta għall-kunsill ta' lokalita' partikolari ma tkunx nominata minn "mill-anqas 50 votant f'dik il-lokalita' li għaliha se jikkontesta" iżda minn persentaġġ għal kull lokalita', għax b'50 votant bħal ngħidu aħna l-Imdina, din tkun aktar diffiċli biex iġġibhom biex jiġi nominat u anke jista' jkollna possibilita' ta' manupulazzjoni aktar?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-suġġeriment tiegħu jista’ jiġi kkonsidrat fil-kontest ta’ l-eżercizzju li qed isir biex jiġi emendat l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali.


DJAR - KUMMISSJONI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TA' ART

W1,295. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid: 1) x'kien sewwasew ix-xogħol siewi li sar s'issa mill-Kummissjoni għall-Identifikazzjoni ta' Art għal skop ta' housing; 2) liema kienu s-siti li ġew identifikati s'issa; u 3) meta hu ttamat li jibdew jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferi għall-mistoqsija parlamentari numru 4778.


ESTIMI ĠENERALI 1998

W1,296. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għal paġna 322 ta' l-Estimi 1998 partikolarment għal Vot 50, item 25, taħt "Operational and Maintenance Expenses" u b'mod aktar preċiż għall-item titolat "International Memberships", fejn taħt Actual Expenditure 1996, Approved Estimate 1997 u Estimate 1998 ma hemmx figuri ċitati, jista' l-Ministru jispjega r-raġunijiet li wasslu għall-provvediment ta' dan l-item? Jista' jkun li l-Ministeru qed ifittex "international memberships"? Jekk fl-affermattiv, x'sar f'dan ir-rigward u allura għaliex għal din is-sena ma ġewx stmati flus?
ONOR. ALFRED PORTELLI: L-item ta' International Memberships huwa wieħed standard li jidher fil-voti tal-Ministeri kollha tal-Gvern - kemm dawk li għandhom nefqa attwali u/ jew proġettata u kemm dawk li m’għandhomx.


ESTIMI ĠENERALI 1998

W1,298. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Fid-dawl ta' dak li hemm imfisser fl-Estimi 1998 partikolarment f'paġna 319, jista' l-Ministru jispjega, f'miżura ta' dettall u b'mod kronoloġiku, liema huma l-iskemi mhux updated fl-1997 li din is-sena, b'kollaborazzjoni ma' l-Awtorita' tad-Djar, id-dipartiment se jara li jitjibu u sekondarjament jista' jispjega minn se jibbenefika minnhom u meta se jidħlu fis-seħħ? X'inċentivi, oltre dawn, se jiġu ntrodotti f'din is-sena 1998 li jistgħu jkunu aktar relevanti għad-direzzjoni ta' policy fis-Settur tal-Housing?
ONOR. ALFRED PORTELLI: L-iskema fir-rigward ta’ persuni b’dizabilita li qabel kienet taħt id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Socjali ġiet magħluqa u flokha nħarġet fl-1997 waħda ġdida mill-Awtorita tad-Djar magħrufa bħala Skema 1.
Fir-rigward tal-iskemi l-oħra tad-Dipartimenti għall-akkomodazzjoni socjali cioe dik tas-sussidju fuq il-kera u dik fuq ir-rata tal-imgħax ta’ self għax-xiri ta proprjeta' privata, qed isir studju fuqhom biex jinħarġu oħrajn minflokhom.

UFFIĊĊJU KONĠUNT - BEJGĦ TA' PROPRJETA'

W1,308. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' proprjeta' li nbiegħet mill-Joint Office mill-1996 sa l-1998, sena b'sena? Kemm inqalgħu flus bejn l-istess snin 1996 - 1998, sena b'sena?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat li n-numru ta’ proprjeta li nbiegħet mill-Uffiċċju Konġunt mill-1996 sa l-1998 kien kif ġej
Numru Dħul ta’
1996 13 Lm 29,945

1997 310 Lm 801,089



1998 16 Lm 32,797


VALLETTA - TRIQ PAPA PIJU V

W1,311. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tiġi rriżervata parti mit-triq għar-residenti ta' Triq Papa Piju V, fil-Belt Valletta biex din tintuża bħala parking area?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Bħalma jaf l-Onor. Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta’ gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, l-esiġenzi u l-mezz tagħhom.
GĦaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita’, billi l-funzjoni li qed jirriferi għaliha fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-kunsilli.
ESTIMI ĠENERALI 1998 - AWTORITA' TAD-DJAR

W1,325. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jispjega l-Lm20,000 li jidhru f'Appendiċi F, paġna 351 ta' l-Estimi 1998, taħt Housing Authority, partikolarment taħt l-item "Preliminary Studies for Housing Projects"? X'inhu l-iskop għall-provvista għalihom u jekk fil-fatt intnefqux? Jekk fl-affermattiv, lil min u speċifikament għal liema housing projects? Jista' l-Parlament ikollu kopji ta' dawn l-istudji preliminari u kopja mgħoddija lili? Min ħejja dawn l-istudji u kemm tħallas? Meta se jsiru l-istudji mhux preliminari?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Il-Preliminary studies huma ntiżi għall-proġett ta Pembroke. Fil-fatt ġie kkommissjonat Traffic Impact Assessment ghal din iż-zona u l-ħlasijiet huma mistennija li jsiru iktar tard din is-sena.


DJAR - FILE NO. H 13921

W1,340. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid: 1) fiex wasal il-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bil-File No. H 13921 mal-Housing Department; 2) intbagħat inspector u jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx u meta hu ttamat li jintbagħat; 3) kemm żdiedet il-possibbilta' li dan jingħata akkommodazzjoni alternattiva fid-dawl tal-każ tiegħu li jkompli jiggrava ruħu u ċioe' li l-għarusa tiegħu kienet ħarġet pregnant u li m'għandhomx flus bix jixtru u dan huwa każ ġenwin?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi skond il-policy tad-Dipartiment GĦall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-applikazzjoni ndikata ġiet ikkanċellata billi kienet mingħand persuna li qed tapplika taħt kategorija ta' l-għarajjes. L-istess applikant kien ġie nformat b’dan.


DJAR - FILE NO. H 13839

W1,341. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid: 1) fiex wasal il-każ tal-familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bil-File No. H 13839 mal-Housing Department; 2) intbagħat inspector u jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx u meta hu ttamat li jintbagħat; 3) kemm żdiedet il-possibbilita' li dawn jingħataw akkomodazzojni alternattiva fid-dawl tal-każ tiegħu li jkompli jiggrava ruħu u ċioe' li dawn għandhom il-post perikoluż wara li waqgħulhom ix-xorok?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ li għalih qed tirreferi l-mistoqsija qed jiġi kkonsidrat u saret spezzjoni fil-21 ta’ Ottubbru 1996. L-applikanti jridu jmorru l-Ħamrun biss u postijiet f’dan il-lokal huma skarsi.


DJAR - SOCIAL CASES

W1,346. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każijiet li qed jiġu ttrattati mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali bħala social cases?
Xi proċedura qed tiġi segwita fit-tentattiv biex jiġu solvuti dawn il-każi u kif qed jiġu nvoluti s-social welfare officers?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Il-każi kollha tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali huma ta’ każi soċjali. Id-Dipartiment jagħmel użu minn żewġ impjegati mħarrġin apposta li jisimgħu u jagħtu pariri dwar il-każi l-aktar fil-bżonn. Barra minn hekk jiltaqa’ il-Housing Advocacy Board darba fix-xahar, liema bord hu magħmul minn diversi ħaddiema soċjali mill-oqsma differenti. Kull membru ta’ dan il-bord iressaq quddiem sħabu l-każijiet li jidhirlu aktar fil-bżonn u l-bord stess jirrikmanda lid-dipartiment permess ta' l-uffiċjal li wkoll jattendi għal-laqgħat.


DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI

W1,371. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-persuna minn San Ġwann, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali? X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-dipartiment għandu d-dokumenti kollha meħtieġa tal-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija. Jonqos biss issa li jitbattal xi post addattat għalih, pjan terran f’Tas-Sliema biss, kif jixtieq, u li għalih ma jkunx hemm xi ħadd bi bżonn ikbar.


DJAR - INSPECTORS

W1,372. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna mill-Belt, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija m’għandix applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.


DJAR - KAŻ TA' HOUSING

W1,373. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-persuna mill-Birgu, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha l-madum ta' l-art kollu mtajjar, tgħix bir-relief u ma tistax tagħmlu hi, jista' l-Ministru jgħid meta se tinqeda fid-dawl tal-fatt li meta marret il-Housing qalulha li ma jistgħu jagħmlulha xejn?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Kif jaf l-Onor. Interpellant, jekk il-persuna li qed isemmi tgħix bir-relief hi tista’ tibbenefika mill-iskema għal tiswijiet imħabbra fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-14 ta’ April 1998. GĦalhekk nagħtiha parir timla' l-formola apposta li tikseb mill-Awtorita tad-Djar u tapplika għal għajnuna li tista’ tilħaq sa Lm500 u tgħodd għal min id-dħul tiegħu ma jaqbiżx l-Lm2,600.


DJAR - INSPECTORS

W1,374. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna minn Tas-Sliema, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALRFED PORTELLI: Jien informat illi l-fond fejn toqgħod il-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija u li hi l-istess persuna msemmija fil-mistoqsija parlamentari numru W1375, ġie spezzjonat fit-18 ta’ Lulju 1996.
DJAR- AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA

W1,375. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-persuna minn Tas-Sliema, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali? X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-dipartiment għandu d-dokumenti kollha meħtieġa tal-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija. Jonqos biss issa li jitbattal xi post adattat għalih, b’anqas minn ħamest ikmamar fin-naħat ta Tas-Sliema u li għalih ma jkunx hemm xi ħadd bi bżonn ikbar.


DJAR- AKKOMODAZZJONI SOĊJALI

W1,376. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali? X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija m’għandix applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.


DJAR - INSPECTORS

W1,377. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija ilu li nqeda minn Mejju 1997.


DJAR - INSPECTORS

W1,378. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-applikazzjoni tal-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija ġiet ikkanċellata peress li ma rrisponditx għall-kwestjonarju li ntbagħtilha.


DJAR - INSPECTORS

W1,379. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-fond fejn toqgħod il-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija ġie spezzjonat fid-19 ta’ April 1993.

DJAR - INSPECTORS

W1,380. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-fond fejn toqgħod il-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija ġie spezzjonat fis-26 ta’ Jannar 1998.


DJAR - FIDI TA' ĊENS

W1,381. L-ONOR. SANDRO SCHEMRBI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuni bħal dik, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, ma jisgħux jifdu ċ-ċens ta' fondi li mill-Knisja għaddew lill-Joint Office? Min hu responsabbli biex issir xi forma ta' policy ħalli dawn il-fidjiet ikunu jistgħu isiru u jirrendu flus lill-istess dipartiment?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat li minn stħarriġ li għamel l-Uffiċċju Konġunt jirriżulta li l-persuna ndikata kitbet lid-dipartiment dwar il-fidi taċ-ċens tagħha u, peress li ma bagħtitx l-kopja tal-kuntratt, ingħatat parir biex tkellem Nutar.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor. Membru li kif kien sar fir-rigward tal-policies dwar il-fidi ta’ ċnus li għalqu f’Diċembru, 1996, il-Ministeru, minn żmien għal żmien, ifassal policies li jridu jiġu aċċettati mill-Gvern u finalment approvati b’riżoluzzjoni tal-Parlament.

Yüklə 1,09 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   10   11   12   13   14   15   16   17   18




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin