ONOR. NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ma nafx kif is-Sedja tippermettilu jirrispondi b’dan il-mod.
MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Farrugia. Inti taf li ma nistax nindaħallu x'iwieġeb. X'inhi d-domanda tiegħek, jekk jogħġbok?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Jien qed nitlob lill-Ministru jgħidli x’inhi l-policy tal-gvern fejn jidħlu l-purse-seiners,fil-kuntest tal-politika tal-Gvern Malti li jissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Jekk il-Ministru m'huwiex lest li jirrispondi għad-domandi li qed nagħmillu ħalli nżommu din id-diskussjoni ħajja, jien niddikjara bil-quddiem li mhux se nagħmel aktar mistoqsijiet bħala sinjal ta’ protesta għall-mod kif il-Ministru qed jirrendi bla sugu l-ħin tal-mistoqsijiet u anke għan-nuqqas ta' support min-naħa tas-Sedja. (Interruzzjonijiet)
MR SPEAKER:Onor. Farrugia, inti taf li għajjatlek ripetutament biex tagħmel domandi supplimentari u l-Ministru hu fid-dover li jwieġeb għalihom. Jien daqshekk nista' nagħmel u m'għandix triq oħra. Ikompli l-Ministru.