Template for Published Version of Sittings


ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA` FL-IKEL



Yüklə 218,99 Kb.
səhifə16/25
tarix10.01.2022
ölçüsü218,99 Kb.
#100918
1   ...   12   13   14   15   16   17   18   19   ...   25

ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA` FL-IKEL

FOOD SAFETY BILL



MR SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nipproponi li xi klawsoli ta’ l-abbozz ta’ liġi dwar is-Sigurta` fl-Ikel jiġu kkunsidrati mill-ġdid fil-Kumitat.
MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?
ONOR. NINU ZAMMIT: Nissekonda.
MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li xi klawsoli ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ “Att biex jipprovdi dwar kull ħaġa li għandha x’taqsam mas-sigurta` fl-ikel u biex iwaqqaf Kummissjoni għas-Sigurta` fl-Ikel, biex jintroduċi dispożizzjonijiet ġodda dwar l-infurzar fi ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel, u biex jirrevoka l-Att dwar Ħwejjeġ ta' l-Ikel, Mediċinali u Ilma tax-Xorb” jiġu kkunsidrati mill-ġdid fil-Kumitat. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Il-mozzjoni għaddiet nem. con.
MR SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nipproponi li l-konsiderazzjoni mill-ġdid ta' dan l-abbozz ta' liġi ssir fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 14 tas-27 ta' Ottubru 1998.
MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?
ONOR. AUSTIN GATT (Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali): Nissekonda.
MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-konsiderazzjoni mill-ġdid ta' dan l-abbozz ta' liġi ssir fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 14 tas-27 ta' Ottubru 1998. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Il-mozzjoni għaddiet nem. con.


Yüklə 218,99 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   12   13   14   15   16   17   18   19   ...   25




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin