F’nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.
AĠĠORNAMENT
ONOR. AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, l-Erbgħa 19 ta’ Ġunju, 2002 fis-6.00 p.m. b’din l-aġenda:
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Tieni Qari (Kont.);
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni – Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta’ Avukat Ġenerali u dik ta’ Avukat tar-Repubblika – Tielet Qari;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta’ Malta - Tielet Qari; u
Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.
------------------
Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;
Abbozz ta’ Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;
Abbozz ta’ Liġi dwar is-Sigurta’ fl-Ikel - Kumitat Permanenti;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;
Abbozz ta’ Liġi li Jirregola Fondi Speċjali - Kumitat Permanenti; u
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Kumitat Permanenti.
MR SPEAKER: Grazzi. Rimarki?L-Onor. Jason Azzopardi.