VAT - RIĊEVUTA FISKALI 34120. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'raġunijiet wasslu lill-gvern biex jgħid lit-tobba li m'hemmx għalfejn joħorġu iżjed irċevuti fiskali tal-VAT?
ONOR. JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari 31657 u 34170.
KULLEĠĠ STELLA MARIS - GĦALLIEM 34122. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandha l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament biex jgħallem l-edukazzjoni fiżika fil-kulleġġ Stella Maris? Jista' jgħid meta nkisbu l-kwalifiki li jintitolawh biex jgħallem f'dan il-kulleġġ?
ONOR. LOUIS GALEA: Informat li l-persuna msemmija m'għandhiex il-kwalifiki meħtieġa biex tkun għalliema regolari u qed taħdem fuq bażi temporanju (casual). Kien ġie impjegat għax l-iskola ma sabitx persuna kkwalifikata.
Din il-persuna trid terġa' tapplika biex tkun approvata mill-ġdid hekk kif tibda s-sena skolastika, u jekk ma jkunx hemm persuni kkwalifikati aktar minnha li japplikaw għall-post, tista' tingħata estensjoni ta' sena skolastika oħra.
Din il-persuna titħallas mill-iskola u mhux mill-fondi ta' l-istat.
MIA - IMPJEGATI 34128. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu fl-MIA matul is-sena 2001 u din is-sena? Jista' jgħid x'inhu x-xogħol tagħhom u jekk ħarġux sejħiet jew ġewx imqabbda direttament? Jista' jgħid ukoll jekk humiex