Malta debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)


MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB



Yüklə 0,68 Mb.
səhifə9/11
tarix03.01.2019
ölçüsü0,68 Mb.
#88945
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10   11

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB




SIGURTA' SOĊJALI - KONTRIBUZZJONIJIET

W48. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jemenda l-Liġi tas-Sigurta' Soċjali biex self-employed, li bħalissa qed jieħu pensjoni mnaqqsa għax meta kien marid ma kienx ħallas il-bolol kollha, jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu?
ONOR. EDWIN GRECH: Ninforma lill-Interpellant li huwa prinċipju bażiku ta' kull skema kontributorja li l-kontribuzzjonijiet dovuti jitħallsu qabel l-okkorenza tal-kontinġenza assigurta, jiġifieri, f'dan il-każ, qabel ma wieħed jilħaq l-eta' tal-pensjoni. Effettivament, l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) jesiġu li l-kontribuzzjonijiet, sew imħallsa u sew dawk akkreditati, jitqiesu sa l-eta' tal-pensjoni.
Jidher li l-Onor. Interpellant qed jirriferi għal każ meta persuna li taħdem għaliha nnifisha setgħet ma kenitx intitolata għal benefiċċju tal-mard u għaldaqstant lanqas għall-kontribuzzjonijiet akkreditati. Sussegwentement il-liġi ġiet ammendata, b'danakollu l-persuna li dwar il-każ tagħha qed jirriferi l-Onor. Interpellant, ġaladarba ma kenitx intitolata għall-kontribuzzjonijiet akkredidati, kienet obbligata tħallas il-kontribuzzjonijiet nieqsa qabel laħqet għalqet l-eta' tal-pensjoni. Fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkostanzi mhux indikat li ssir xi emenda fuq il-linja ndikata.


AMBAXXATURI MALTIN

W49. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar min huma d-diversi ambaxxaturi Maltin li bħalissa qed jaqdu d-doveri tagħhom bħala ambaxxaturi Maltin pajjiż, pajjiż? Liema huma dawk il-pajjiżi li kellhom l-ambaxxatur Malti għalihom mibdul wara l-elezzjoni li għaddiet? Liema ambaxxaturi oħra hu mistenni li jinbidlu matul iż-żmien li ġej? Kemm mill-ambaxxaturi preżenti qed iservu lil Malta għall-ewwel darba?
ONOR. GEORGE VELLA: L-Ambaxxaturi Maltin li fil-preżent għandhom il-ħatra biex jaġixxu ta' Rappreżentanti Prinċipali skond il-klawsola 111 tal-Kostituzzjoni ta' Malta huma:



Is-Sur Charles AQUILINA

Residenti f'Bonn, il-

Ġermanja


Is-Sur George BUSUTTIL

Residenti f'Canberra,

l-Awstralja



Is-Sur Victor CAMILLERI

Residenti fi Brussell,

il-Belġju



Is-Sur Yves DEBARRO

Residenti fil-Kajr,

l-Eġittu


Is-Sur George DOUBLESIN

Residenti fi Triplu,

il-Libja


Is-Sur Emmanuel FARRUGIA

Se jkun residenti

f'Riyadh,

l-Arabja Sawdita


Is-Sur George SALIBA

Residenti f'Mosca, ir-

Russja (li fi żmien qasir,

imur bħala Rappreżentant

Permanenti għall-Ġnus

Magħquda fi New

York)


Is-Sur Maurice ABELA

Residenti fi Vjenna,

l-Awstrija



Dr. Michael BARTOLO

Rappreżentant Permanenti

għall-Uffiċċju tal-Ġnus

Magħquda f'Ginevra,

l-Isvizzera u residenti

hemmhekk


Dr. Albert BORG OLIVIER

de PUGET


Residenti f'Washington,

l-Amerka


Is-Sur Vincent CAMILLERI

Residenti f'Parigi, Franza

Is-Sur Henry DEGABRIELE

Residenti f'Ruma, l-Italja

Is-Sur Richard MATRENZA

Residenti f'Londra,

l-Ingilterra



Is-Sur Francis MONTANARO

MIFSUD


Ambaxxatur għall-

Organizzazzjoni ta'

l-ikel u Agrikoltura (Residenti

f'Ruma)


Is-Sur Charles VELLA

Residenti f'Beijing, iċ-Cina

Is-Sur Alfred ZARB

Residenti f'Malta

Is-Sur Saviour BORG

Residenti f'Malta

Il-Professur David ATTARD

Residenti f'Malta

Dr Daniel MICALLEF

Residenti f'Malta

Dr John BUTTIGIEG

Residenti f'Malta

Yüklə 0,68 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10   11




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin