Malta debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 430,19 Kb.
səhifə7/8
tarix03.01.2019
ölçüsü430,19 Kb.
#88944
1   2   3   4   5   6   7   8

Safi 4

Salina 4

San Gwann 64

Selmun 2

Siggiewi 20

Sliema 33

St. Andrews 165

St. Georġe's Bay 1

St. Julians 89

St. Thomas 1

Santa Venera 8

Swieqi 23

Ta' Xbiex 16

Tal-Balal 3

Tarxien 7

Wardija 24

Xghajra 1

Xemxija 3

Zabbar 15

Zebbug 34

Zejtun 16

Zurrieq 9

TOTAL 2161


UNIVERSITA' - STUDENTI

13143. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' studenti minn kull lokalita' tal-11 u 12-il distrett elettorali individwalment li bħalissa qed jattendu xi kors universitarju?
ONOR. EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant jinsab fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12443 mogħtija f'seduta 191.

VETERINARJI

13144. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar in-numru ta' veterinarji li huma mpjegati mal-Ministeru tal-Biedja u Sajd?
Kemm hu n-numru ta' vacancies ta' veterinarji fil-ministeru?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' veterinarji li bħalissa qegħdin jaħdmu mas-Servizz Veterinarju huma 9 Maltin u 2 barranin.
Il-proċedura preżenti ma tidentifikax jekk f'xi grad ikunx hemm postijiet vakanti. Jekk ikun hemm ħtieġa ta' aktar veterinarji ssir talba lill-Cabinet Committee for Recruitment fejn it-talba tiġi kkonsidrata.


TAĊ-ĊUMNIJA - IMPJANT GĦAT-TISFIJA TAD-DRENAĠĠ

13145. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-istudji dwar l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ fl-inħawi taċ-Ċumnija l/o Mellieħa?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 13062.

SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ SAN PAWL

13146. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-istudji dwar l-istat ta' Triq San Pawl, f'San Pawl il-Baħar?
Meta hu mistenni li jitwettaq dak propost f'dan l-istudju?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ir-rapport ġeoloġiku tlesta u r-rakomandazzjonijiet tiegħu qed jiġu evalwati biex it-triq terġa' tiġi restawrata.

PA - UNION CLUB - APPLIKAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP

13166. L-ONOR. KARL CHIRCOP staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'deċiżjoni beħsiebha tieħu l-Planning Authority rigward il-listing tal-Union Club issa li saret applikazzjoni għall-iżvilupp tal-lokal?
ONOR. GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tingħata l-informazzjoni.


SKIPS - KUNTRATTURI

13167. L-ONOR. JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi ta' skips li jħallsu Lm500 deposit bħala garanzija? Jista' jgħid kemm hemm li ma ħallsux? Jaqbel il-Ministru li l-ftit li ħallsu għandhom jiġu meħlusa mill-garanzija peress li jidher li qed issir diskriminazzjoni? Jaf il-Ministru li allavolja ż-żibel suppost li jitbattal il-Magħtab, hemm numru ta' kuntratturi li għadhom qed jitfgħu iż-żibel f'Wied Fulija, fiż-Żurrieq?

ONOR. CHARLES BUHAGIAR: In-numru ta' sidien ta' skip loaders huwa ta' 31. Minn dawn tlieta (3) ħallsu l-garanzija u se joħroġilhom il-permess skond l-Att Legali 128 ta' l-1997. Min ma ħallasx il-garanzija mhux se jitħalla jbattal fil-Miżbla tal-Magħtab qabel ma jkollu l-permess meħtieġ, li joħroġ biss meta jsir id-depositu tal-garanzija.
Minn kemm ilha magħluqa l-Miżbla ta' Wied Fulija l-ebda kuntrattur ma tħalla jarmi skart f'dan is-sit.


QORMI - TAL-ĦLAS ROAD - TISWIJA

13168. L-ONOR. JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se titwettaq it-triq quddiem Hompesch Farm, f'Tal-Ħlas Road, Qormi?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Din it-triq hija waħda asfaltata u l-manutenzjoni tagħha hija responsabbilta' tal-kunsill lokali.


PULIZIJA - KUMMISSARJU

13169. L-ONOR. JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Kummissarju tal-Pulizija, fil-konfront ta' l-Ispettur, li ismu qed jintbagħat separatament, liema investigazzjonijiet kienu ġew suġġeriti mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni fir-rapport tagħha numru 103 datata 23 ta' Lulju, 1987? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll x'kien ir-riżultat ta' din l-investigazzjoni jekk darba din ġiet konkluża?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi wara li saru l-investigazzjonijiet u ġie kkonsultat l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali ma rriżultax li hemm lok għall-proċeduri ulterjuri kontra l-Uffiċjal tal-Pulizija li rrifera għalih l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija.


ŻEJTUN - FORTI SAN LEONARDU

13170. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi numri 12729 u 12876, jista' l-Ministru jgħid fuq liema parti ta' Forti San Leonardu saret it-talba mill-Maltacom bħala waħda mill-azzjonisti Datatrak Sec. (Malta) Ltd: a) fuq il-parti li hemm ċens; b) jew fuq il-parti li hemm b'kera; u ċ) kemm hija s-somma li se tintalab lill-Maltacom jew Datatrak Security (Malta) Ltd?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: L-art mitluba mill-Maltacom bħala waħda mill-azzjonisti Datarak Sec. (Malta) Limited la hi suġġetta għal ċens u lanqas għall-kera.
Id-dipartiment għadu mhux fi stadju li jgħid kemm se tkun is-somma li se tintalab.


DINGLI - TRIQ DON BOSCO

13171. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jaf il-Ministru li x-xogħol li qed isir fi Triq Don Bosco, f'Ħad Dingli se jfisser li l-ilma tax-xita ta' parti sostanzjali tar-raħal jista' jkun devjat lejn l-għelieqi b'dannu potenzjali għall-uċuħ tar-raba', peress li nbidlet ir-rotta tant naturali ta' l-ilma?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


DINGLI - TRIQ DON BOSCO

13172. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jaf il-Ministru li x-xogħol tal-livellar fi Triq Don Bosco, f'Ħad Dingli jista' jwassal għal devjazzjoni ta' l-ilma tax-xita b'dannu għal uċuħ tar-raba' viċin Savio College?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Jiena nformat li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura nvestiga l-każ kemm mas-Sindku ta' Ħad-Dingli kif ukoll mad-Dipartiment tat-Toroq u huwa nformat li l-ilma tax-xita minn din it-trejqa se jiġi devjat għal ġo Triq il-Buskett, u għalhekk mhux se jkun ta' dannu għall-uċuħ tar-raba' viċin Savio College.


DINGLI - TRIQ DON BOSCO

13173. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet tniżżel il-livell ta' Triq Don Bosco, f'Ħad Dingli, tant li r-residenti sabu inkonvenjent kbir fil-bieb tad-dar u anke tal-garaxxijiet tagħhom? Jaħseb il-Ministru li se jsiru spejjeż żejda billi anke s-servizzi bħal drenaġġ u ilma se jkollhom jiġu mibdula?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


KUNSILLI LOKALI - SINDKU

13174. L-ONOR. JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar is-Sindku konċernat wara rapport li sar mill-kunsillier konċernat fit-12 ta' Novembru, 1997? Kopja tan-nies konċernati u tar-rapport qed jintbagħtu separatament. Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'irriżulta wara tali rapport?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li r-rapport tal-Kunsillier konċernat ġie eżaminat mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, instab li mit-8 allegazzjonijiet li saru fil-konfront tas-Sindku ta' Ħal-Kirkop kien hemm irregolaritajiet f'għoti ta' donazzjonijiet lil organizazzjonijiet mhux elenkati fit-8 skeda ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali.
Fejn dawn l-allegazzjonijiet jidhru li huma sostanzjati, ir-responsabbilta' ta' dan l-aġir kien wieħed kollettiv, u mhux tas-Sindku waħdu, peress li mill-minuti ta' l-istess kunsill jirriżulta li l-qbil dwar tali donazzjonijiet kien unanimu.
Id-dipartiment talab il-parir ta' l-Avukat Ġenerali dwar x'passi jistgħu jittieħdu kemm f'dan il-każ kif ukoll f'każijiet oħra simili.


EUROPEAN ECONOMIC AREA - MEMBRI

13175. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: In vista tal-fatt li l-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, Ċipru u l-pajjiżi ta' l-EFTA li huma membri tal-European Economic Area addottaw il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tal-Ministri ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-4 ta' Marzu, dwar il-konklużjoni tal-protokoll vinkolanti li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rispett għall-Konvenzjoni dwar Armi bijoloġiċi u tossiċi, u saħansitra iddikjaraw li se jieħdu ħsieb li l-politika nazzjonali tagħhom f'dan ir-rigward tkun konformi ma' din il-pożizzjoni komuni, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb li Malta tagħmel l-istess?
ONOR. GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern Malti diġa' ħa pożizzjoni favur li din il-konvenzjoni, permezz ta' protokoll, tissaħħaħ f'dak li jirrigwarda r-reġim ġdid mibni fil-protokoll dwar verifikazzjoni u osservazzjoni ta' l-obbligi.
F'dan il-kuntest, Malta rriaffermat f'Novembru 1996 l-appoġġ tagħha għall-pożizzjoni meħuda f'Mejju 1996 u Awwissu 1996 mill-Unjoni Ewropea, fejn awgurat suċċess fin-negozjati dwar il-protokoll u wkoll it-tisħiħ tal-konvenzjoni b'sistema ta' verifikazzjoni legali u effettiva.
Tajjeb li jingħad ukoll li matul dawn l-aħħar sena u nofs, il-Gvern Malti ddikjara mingħajr tlaqliq, f'diversi fora internazzjonali, l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-inizjattivi u miżuri kontra l-użu u l-proliferazzjoni ta' armi nukleari, kimiċi u bioloġiċi. Ta' min iżid li fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, Malta vvotat favur riżoluzzjonijiet fuq l-istess suġġett.
Nixtieq fl-aħħar nett nassigura lill-Onor. Interpellant li Malta se tkompli timxi fuq din il-politika u għaldaqstant il-Gvern se jieħu l-miżuri meħtieġa biex jaderixxi għall-mekkaniżmu fejn il-ħajja tal-bniedem tkun protetta u għall-ġid ta' l-umanita' kollha.


SKEJJEL - ŻEJTUN - TUCK SHOP

13176. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min hu jew min huma nkarigati mit-tuck shop fil-Junior Lyceum taż-Żejtun?
Huwa veru li dan l-aħħar hemm żewġ għalliema jew aktar li jieħdu ħsieb huma dan it-tuck shop f'kull ħin tal-ġurnata u dan b'detriment għall-istudenti li jitilfu mil-lezzjonijiet?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-Kunsill tal-Iskola huwa nkarigat mit-tmexxija tat-tuck shop tal-Junior Lyceum, Carlo Diacono taż-Żejtun. Jien favur li jkunu dawn il-kunsilli skolastiċi li jmexxu t-tuck shops.
Jien informat li mhux veru li żewġ għalliema jkunu fit-tuck shop f'kull ħin tal-ġurnata u dan b'detriment għall-istudenti li jitilfu mil-lezzjonijiet. Jista' jkun li jmorru fit-tuck shop flok fl-istaffroom, meta jkollhom Free Lesson. Il-load tagħhom hi normali bħal ta' ħaddieħor, u jekk l-Onor. Carmelo Abela jaf b'xi każ fejn intilfet xi lezzjoni, nitolbu jagħtini aktar dettalji ħalli nkun nista' nindaga u niċċara l-affarijiet.

staffroom


VETTURI

13177. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid u jara x'possibbilta' hemm li vetturi li jinġiebu Malta speċifikament u unikament għall-użu ta' exhibition, ma jkunux suġġetti għall-ETI?
ONOR. LEO BRINCAT: Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-policy eżistenti hi li, taħt il-liġi tad-Dwana u tas-Sisa, jingħataw biss eżenzjonijiet li tipprovdi għalihom il-liġi. Bħalissa l-liġi tipprovdi li, jekk vettura tinġieb Malta għal żmien definit bil-għan li tiġi esportata wara li tintemm l-exhibition, tkun tista' ssir importazzjoni temporanja. F'dan il-każ ikunu jridu jsiru l-arranġamenti meħtieġa mal-Kontrollur tad-Dwana.


MANOEL ISLAND - PROĠETT

13178. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Fir-rigward tal-proġett ta' Manoel Island, jista' l-Ministru jgħid: kemm hija l-area totali ta' din il-proprjeta'; kemm hija l-area diġa' mibnija ta' l-istess proprjeta'; u kemm huwa stmat li se jirċievi l-Gvern għal bejgħ ta' din il-proprjeta' jew id-dħul fis-sena minn din il-proprjeta' mill-Gvern kull sena?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.


MARSAXLOKK - "MAGĦLUQ"

13179. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'area fil-Magħluq ta' Marsaxlokk se tiġi riservata bħala post fejn is-sajjieda Xlukkajra jkunu jistgħu jonxru x-xbieki u jagħmlu xogħol ieħor relatat mat-tiswija tax-xbieki dejjem kif propost fil-proġett ta' irranġar tax-Xatt ta' Marsaxlokk?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-proposti fil-proġett ta' l-irranġar tax-Xatt ta' Marsaxlokk, jaħseb biex is-sajjieda Xlukkajri jkollhom żona adegwata, u fejn jistgħu jagħmlu xogħol relatat mall-ħidma tagħhom.


FISH FARMS - ESPORTAZZJONI

13180. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13011 dwar esportazzjoni tal-ħut mill-fish farms fil-perijodu 01.09.95 sa 28.02.96, fil-perijodu 01.09.96 sa 28.02.97 u fil-perijodu 01.09.97 sa 28.02.98 li mill-ewwel perijodu msemmi hawn fuq sa l-aħħar perijodu msemmi il-prezz tal-ħut kull kilogram esportat naqas b'iżjed minn 5% kull sena?
ONOR. NOEL FARRUGIA: L-Onor. Interpellant huwa mitlub jiċċara l-mistoqsija tiegħu li kif inhi worded ma tantx tagħmel sens.


ĦUT - IMPORTAZZJONI

13181. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Fir-rigward ta' importazzjoni ta' ħut f'pajjiżna fil-perijodu bejn 01.10.97 u t-28.02.98, jista' l-Ministru jgħid jekk tħallsitx levy fuq l-istess importazzjoni u jekk fl-affermattiv: kemm kien l-ammont; u kemm kien l-istess ammont fl-istess perijodu fis-sentejn preċedenti?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Membru li ma kienx hemm levy fuq l-importazzjoni tal-ħut fil-perijodi msemmija, jiġifieri mill-1 ta' Ottubru, 1997 sat-28 ta' Frar, 1998. Lanqas ma kien hemm levy fuq il-ħut fl-istess perijodu tas-sentejn ta' qabel.


UE - APPLIKAZZJONI GĦAL SĦUBIJA

13182. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12808, jista' l-Ministru jikkonferma li d-dazju mħallas fuq patata importata minn Malta fl-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Mejju se jibqa' zero rated?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Nikkonferma u nerġa' nappella lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar konformi mar-realta' tal-fatti ħalli jevita li jagħmel mistoqsijiet bħal dawn li ma jagħmlu xejn ħlief li joħolqu konfużjoni.


PRODOTTI AGRIKOLI - ESPORTAZZJONI

13183. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għall-perijodu minn 01.11.96 sal-lum, kemm kien l-ammont ta' prodott agrikolu (barra patata) li ġie esportat kif ukoll il-valur ta' l-istess prodott?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

LOGĦOB TAN-NAR - REGOLAMENTI

13190. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Prim Ministru: Peress li fl-abbozz ta' regolamenti dwar il-logħob tan-nar hemm li ma jistax jinħaraq nar fil-viċinanzi ta' bini storiku, jista' l-Prim Ministru jgħidilna x'jinkludu fihom il-kliem "bini storiku"?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi kull meta ssir applikazzjoni għall-sit ta' sparar ta' logħob tan-nar kemm id-Dipartiment tal-Mużewijiet kif ukoll l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jiġu kkonsultati dwar jekk is-sit hux fil-viċinanzi ta' bini storiku.


PERSUNI B'DIŻABILITA' - MEZZI TA' TRASPORT

13191. L-ONOR. GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Prim Ministru: Peress li l-van bit-tail lift li kienet tintuża għat-trasport ta' persuni b'diżabilita' li jattendu l-Adult Training Centre f'Għajnsielem, Għawdex, ilha ħafna ma tintuża minħabba ħsarat estensivi tant li kellha tiġi skrapjata, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra: x'mezzi qegħdin jintużaw għat-trasport ta' persuni b'diżabilita' li jużaw il-wheelchair biex jittieħdu minn u lejn dan iċ-ċentru; ħarġitx offerta għal fornitura ta' van bit-tail lift, u jekk fl-affermattiv, min kien ħa l-offerta u b'kemm ġiet meħuda; u jekk ma ħarġitx offerta, ta' min hu l-van bit-tail lift li qiegħed jintuża u kemm qed jitħallas kuljum għas-servizz ta' l-istess van?
ONOR. ALFRED SANT: L-informazzjoni ghall-mistoqsijiet mitluba mill-Onor. Interpallant huma kif gej:
Vann bit-tail lift;
Le, ma ħarget l-ebda offerta;
Fil-preżent qed tintuza l-vann bit-tail lift tal-Għaqda Għawdxija Persuni b'Diżabilita' mingħajr ebda ħlas.
WSC - DĦUL

13192. L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex meta l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet il-kalkoli oriġinali tad-dħul tagħha kif għandu jkun rivedut a bażi tat-tariffi l-ġodda ta' l-ilma minn sale of water jkun ta' Lm15,859,972 u sussegwentement għamlet kalkoli li dan l-istess dħul minn sale of water se jkun Lm14,500,000 u ċioe' differenza ta' kważi miljun u nofs lira?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-kalkoli oriġinali tad-dħul tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma minn sale of water kienu bbażati fuq dħul mit-tariffi għal-sena sħiħa. Peress illi l-eżerċizzju strordinarju ta' qari ta' arloġġi domestiċi, il-bulk meter reading dam aktar minn xahrejn sabiex jitlesta kollu, il-korporazzjoni kellha tirrevedi l-estimi oriġinali tagħha biex tieħu konsiderazzjoni ta' dan u għalhekk iż-żieda fid-dħul mit-tariffi l-ġodda riveduti saru fuq kalkolu ta' għaxar xhur.


DJAR - ALLOKAZZJONIJIET

13193. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' maisonettes; flats; u terraced houses li ġew mibnija mill-Awtorita' tad-Djar qabel is-26 ta' Ottubru, 1996 u li kienu għadhom mhux kompluti?
Kemm kienu n-numru ta' maisonettes, flats u terraced houses li ġew awarded iżda ma sarx il-konvenju/kuntratt tagħhom?
Kemm kienu n-numru ta' maisonettes, flats u terraced houses li ma laħqux tlestew mill-kostruzzjoni u lanqas awarded?
F'liema lokalitajiet kienu rispettivament?
ONOR. ALFRED PORTELLI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Intepellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


UE - PARLIAMENTS REPRESENTING THE YOUTHS OF EUROPE

13195. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk pajjiżna jistax u hux se jipparteċipa fil-programm ta' l-Unjoni Ewropea Parliaments representing the Youth of Europe permezz ta' pilot projects mill-iskejjel?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-programm Parliaments Representing the Youth of Europe imniedi mid-DG XXII, Action in the Area of Education, and Implementation of Socrates, Unit 3 huwa miftuħ għall-15-il membru ta' l-Istat tal-Unjoni Ewropea u għall-pajjiżi membri tal-European Economic Area.
Malta hija pijuniera f'dan il-qasam u ilha sa minn 1989 attiva kemm lokalment kif ukoll fil-livell Ewropew permezz tal-Mini European Assembly organizzata b'impenn kbir mill-NSTF u bis-support tal-Ministeru u dan fil-livell post sekondarju kif ukoll universitarju.
Fil-każ ta' Malta ikun għaqli li nsegwu kif se jiżviluppaw l-ewwewl pilot projects fil-livell sekondarju fil-pajjiżi l-oħra qabel ma tittieħed deċiżjoni jekk pajjiżna għandux jipparteċipa.


HAMRUN - KAXXA TA' L-ITTRI

13196. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li terġa' ssir kaxxa ta' l-ittri fi Triq Anton Buttigieg kantuniera ma' Triq San Gaetano jew Triq San Franġisk, il-Ħamrun?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-kaxxa ta' l-ittri li kien hemm fi Triq Anton Buttiġieg kantuniera ma' Triq San Franġisk, il-Ħamrun kienet tneħħiet minħabba li kien qed isir xogħol ta' bini, u kienet tmexxiet 60 metru 'l fuq u tqiegħdet fi Triq Ġdida fi Triq Barbara, kantuniera ma' Triq Barbara. Fl-istess waqt, kien ġie deċiż li kaxxa ta' l-ittri oħra li kienet madwar 100 metru 'il bogħod setgħet faċilment titneħħa. Ta' min jgħid li n-numru ta' ittri li kienu jinġabru minn din il-kaxxa kien tassew żgħir.
Jiena nformat ukoll li dan iċ-ċaqlieq kien sar fi żmien Posta Ltd wara li ttieħdet konsiderazzjoni serja taċ-ċirkostanzi kollha, u wara li ġie żgurat li ma kien se jinħoloq ebda inkonvenjent serju għar-residenti tal-lokal minħabba d-distanzi qosra nvoluti.


SPTAR SAN LUQA - SENIOR HEALTH INSPECTOR

13197. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn is-Senior Health Inspector li kien imexxi l-kċina ta' l-isptar għadu jidħol overtime is-Sibt u l-Ħadd sabiex jieħu samples li faċilment u liberalment jistgħu isiru mill ATO's fil-ġurnata tax-xogħol tagħhom li tinkludi is-Sibt u l-Ħadd u festi?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: L-Onor. Interpellant għandu jippreċiża għal-liema sptar qiegħed jirriferi biex ikun jista' jingħata t-tweġiba mitluba minnu. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li għandu jispeċifika n-natura tas-samples li qiegħed jirriferi għalihom f'din id-domanda.
SPTAR SAN LUQA - SENIOR HEALTH INSPECTOR

13198. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12652, jista' l-Ministru jgħid kemm effettivament ħa flus is-Senior Health Inspector għal 478 siegħa overtime li għamel fl-1997? Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn is-sigħat kollha ta' overtime kenux ġustifikati?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Is-somma li tħallset lis-Sur Paul Pace ta' Lm1803.41. Fil-kariga li kellu dak iż-żmien bħala l-Catering Manager tal-kċina ta' l-Isptar San Luqa, is-Sur Pace kien jidħol nhar ta' Sibt u nhar ta' Ħadd biex jissorvelja l-proċess ta' preparazzjoni ta' l-ikel. Dak ix-xogħol issa qed isir miċ-charge hand/supervisor inkarigat mix-shift li jinzerta xogħol fil-kċina.


SPTAR SAN LUQA - KOKIJIET


Yüklə 430,19 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2022
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə