Malta kamra tad-deputati kumitati permanenti għall-kunsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi rapport Uffiċjali



Yüklə 0,73 Mb.
səhifə1/8
tarix12.08.2018
ölçüsü0,73 Mb.
#69737
  1   2   3   4   5   6   7   8

MALTA
KAMRA TAD-DEPUTATI


KUMITATI PERMANENTI

GĦALL-KUNSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI
(Rapport Uffiċjali u Rivedut)
IT-TNAX-IL PARLAMENT
LAQGĦA NRU 61

It-Tlieta, 7 ta' Lulju, 2015
Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan

Kamra tad-Deputati

Malta


Prezz €2.50




IT-TNAX-IL PARLAMENT


KUMITAT PERMANENTI

GĦALL- KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI

LAQGĦA NRU 61

It-Tlieta, 7 ta’ Lulju, 2015






Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-4.10 p.m.






Talb

THE CHAIRPERSON (Onor. Deborah Schembri): Nagħti merħba lil kull min hawn preżenti għal din il-laqgħa tal-lum.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.


ONOR. OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Kumitat li għall-ewwel parti ta’ din il-laqgħa kien hawn qbil li tippresjedi l-Onor. Deborah Schembri minflok l-Onor. Silvio Parnis.
MINUTI
Il-Minuti tal-laqgħa Nru. 60, li saret it-Tnejn 6 ta’ Lulju 2015, ġew ikkonfermati.

ABBOZZ TA’ LIĠI DWAR IL-FINANZJAMENT TA’ PARTITI POLITIĊI
FINANCING OF POLITICAL PARTIES BILL
Skont riżoluzzjoni fis-Seduta Nru 199 tal-Erbgħa, 12 ta’ Novembru 2014, il-Kumitat iltaqa’ biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta’ Liġi.
(Ikompli minn Laqgħa Nru 59 tal-Ħamis, 2 ta’ Lulju 2015)
THE CHAIRPERSON: Ninforma lill-Kumitat li rċevejt talba mingħand mezzi tal-media biex jingħataw permess jiffilmjaw u jieħdu ritratti tal-ewwel parti tal-laqgħa tal-Kumitat. Hawn permess? (Onor. Membri: Iva)
Il-permess ingħata.

Klawsola 35 – Donazzjonijiet mhux permessi (Kontinwazzjoni)
Clause 35Non-permissible donations (Continuation)
THE CHAIRPERSON: Fl-aħħar laqgħa konna wasalna fi klawsola 35. Il-Ministru Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Konna wasalna f’paragrafu (ċ) ta’ klawsola 35 fejn kont spjegajt x’inhi l-kwestjoni tad-donazzjonijiet anonimi. Fil-fatt, aħna qbilna li nagħmlu emenda li m’għandhomx jiġu permessi donazzjonijiet anonimi. Imbagħad, fi stadju ulterjuri se jkun hemm emenda li qed tipprovdi l-eċċezzjoni li jista’ jkun hemm donazzjoni anonima ta’ €50, basta ssir waqt manifestazzjoni jew attività organizzata mill-partit politiku. Aħna dehrilna li s-soċjetà Maltija hija tali li għandu jkun hawn dritt li persuna tagħti €20 lill-“Partit tal-Friefet” mingħajr ħadd ma jkun jaf. Naħseb dak id-dritt liċ-ċittadin għandu jibqagħlu, speċjalment f’pajjiż żgħir bħalma hu tagħna. Allura, qed ngħidu li bħala regola m’għandux ikun hemm donazzjonijiet anonimi; imma, l-eċċezzjoni se nipprovdu għaliha permezz ta’ emenda għal klawsola 38.
Fil-paragrafu (d) qed ngħidu li jista’ jkun hemm donazzjonijiet li jkunu kunfidenzjali, basta ma jkunx ammont ta’ iktar minn €500 mill-istess sors f’kull sena. Mela issa se naraw li m’għandux ikun hemm donazzjonijiet anonimi, però sa €50 se jkun hemm eċċezzjoni li semmejt aktar qabel. Bejn €50 u €500 jistgħu jingħataw donazzjonijiet b’mod kunfidenzjali, jiġifieri li s-sors ma jiġix żvelat lil partijiet terzi, basta ma jeċċedux l-ammont ta’ €500 mill-istess sors f’kull sena. Hawnhekk qed nipprovaw noħolqu bilanċ bejn il-prattiċità u bejn li jkun hemm is-serjetà f’dan ir-rigward.
THE CHAIRPERSON: Il-Perit Carmel Cacopardo.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO (Deputy Chairman tal-Alternattiva Demokratika): Xtaqt nagħmel punt wieħed. Aħna naqblu li m’għandux ikun hemm donazzjonijiet anonimi għax huwa punt li insistejna fuqu anke fis-submissions li għamilnielek. Rigward donazzjonijiet li jingħataw b’mod kunfidenzjali, fir-realtà meta d-donazzjonijiet ta’ €7,000 jew iktar huma reġistrati, allura taħt is-€7,000 huma kollha kunfidenzjali. Jiġifieri, naħseb li l-kunċett ta’ donazzjoni kunfidenzjali huwa superfluwu fil-kuntest li r-reġistrazzjoni tad-donazzjoni tibda mas-€7,000, għax allura taħt is-€7,000 huma kollha kunfidenzjali. Huma known għall-partit, għax huwa importanti li jkollok metodu kif tistabbilixxi audit trail biex tassigura li ħadd ma jaqbeż l-ammonti preskritti mil-liġi. Allura, jien naħseb li l-issue tad-donazzjonijiet kunfidenzjali diġà qiegħda hemmhekk ladarba r-reġistrazzjoni tad-donazzjoni tibda mal-ammont ta’ €7,000.

ONOR. OWEN BONNICI: Qed nifhem x’qed tgħid, u naħseb li huwa argument li jagħmel ħafna sens; però, issa nibdew naraw id-differenza fl-istaggering bejn €500 u €7,000. Jiġifieri, issa kif niġu għal emendi oħrajn, toħroġ iktar fiċ-ċar id-differenza. At this stage, nistiednek tagħmel nota mentali biex meta niddiskutu l-capping ta’ €7,000 naraw jekk huwiex sodisfaċenti għalik, u jekk hemm bżonn nirfinaw, nirfinaw. Però, qed ngħidu li għandu jkun hemm 0 to €50, €50 to €500, €500 to €7,000 u €7,000 to €40,000. Allura, niġi għal paragrafu (e) li jgħid li donazzjonijiet ta’ iktar minn €40,000 ma jistgħux jiġu aċċettati minn sors wieħed matul sena kalendarja.
THE CHAIRPERSON: L-Onor. Claudio Grech.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jien xtaqt kjarifika dwar x’qed nifhmu b’partijiet terzi. Il-Kummissjoni Elettorali nqisuha bħala third party hawnhekk?
ONOR. OWEN BONNICI: Jien informat – issa se jkun hawn l-Attorney General li kien inkarigat mid-diskussjonijiet mal-GRECO – li l-bilanċ bejn il-flessibbiltà u s-serjetà mal-GRECO intlaħaq li dawn ma jiġux żvelati lanqas lill-Kummissjoni. Però, jekk il-Kummissjoni jkollha suspett li dawn ġejjin mill-istess sors, allura jkollha dritt titlob għall-informazzjoni.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Jekk l-informazzjoni se tkun soġġetta għall-auditing, minnha nnifisha diġà hemm forma ta’ kontroll.
ONOR. OWEN BONNICI: Li m’hemmx kontroll assolutament huma between 0 and €50 f’każ li jinġabru waqt attività.
Nirringrazzja lill-Avukat Ġenerali u l-assistenti tiegħu li ġew biex jagħtu kontribut f’dan il-Kumitat. Qegħdin nitkellmu fuq paragrafu (d) ta’ klawsola 35 li jgħid li d-donazzjonijiet jistgħu jkunu kunfidenzjali u soġġetti għall-kondizzjoni li s-sors ma jiġix żvelat lil partijiet terzi jekk ikunu f’ammont ta’ mhux iżjed minn €500.
THE CHAIRPERSON: Dr Peter Grech.
DR PETER GRECH (Avukat Ġenerali): Fl-emenda għal subklawsola 38(1) jingħad: “Kull donazzjoni li taqbeż l-ammont ta' ħames mitt euro (€500) u li tiġi ...” X’inhi d-diffikultà?
ONOR. OWEN BONNICI: Klawsola 38 qed titkellem fuq ammonti ta’ iktar minn €500. Meta qed nitkellmu fuq ammonti ta’ bejn €50 u €500, aħna qed naqblu li dawn se jingħataw b’mod kunfidenzjali u soġġetti għall-kondizzjoni li s-sors ma jiġix żvelat lil partijiet terzi.
ONOR. CHRIS SAID: Hawnhekk jidher li għandna erba’ thresholds: ta’ €50, ta’ €500, ta’ €7,000 u ta’ €40,000. L-ewwel u l-aħħar thresholds huma ċari: taħt €50 jistgħu jsiru donazzjonijiet anonimi jekk isiru f’ċerti ċirkostanzi, pereżempju waqt maratona televiżiva bit-telephone, waqt mass meeting, waqt attività fejn tiġbor donazzjonijiet tal-għaġġla, ngħidilhom jien. Dak huwa l-ewwel threshold. L-aħħar threshold, minn €40,000 ’il fuq ma jistgħu jingħataw l-ebda tip ta’ donazzjonijiet f’sena waħda mill-istess sors. Jidher li mhuwiex daqshekk ċar fejn qed nitkellmu fuq il-€500 u s-€7,000. Jiġifieri, sa €500 jistgħu jsiru donazzjonijiet f’sena waħda minn sors wieħed li l-partit għandu obbligu li jirreġistrahom internament fil-kotba tiegħu, imma mhux obbligat li jgħaddihom lill-Awtorità Regolatorja, lill-Kummissjoni Elettorali. Bejn €500 u €7,000 għandu jgħaddihom jew m’għandux jgħaddihom? Għalhekk xi mkien hawn xi ħaġa ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jien naħseb li, għall-finijiet ta’ registration, threshold waħda biss hemm, dik ta’ €50. Jiġifieri, anything above €50 il-partit irid jirreġistraha.
ONOR. CHRIS SAID: Internament fil-kotba tiegħu.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Registration qed ngħidu, mhux disclosure. Disclosure hija xi ħaġa oħra.
ONOR. OWEN BONNICI: Dr Grech, rigward it-thresholds ta’ €50 u €40,000, m’hemmx problemi. It-thresholds ta’ €500 u €7,000 tista’ tiddiskrivihomlna ftit, jekk jogħġbok? Jekk hemm bżonn tieħu l-ħin, ngħaddu għal xi ħaġa oħra, imbagħad nerġgħu niġu għalihom aktar tard. Jien nissuġġerixxi li mmorru fuq il-paragrafu (f), għaliex minn (a) sa (ċ) diġà qbilna fuqhom.
THE CHAIRPERSON: Paragrafi (d) u (e) se ngħaddu għalihom aktar tard?
ONOR. CHRIS SAID: Jekk għandek l-eċċezzjoni tal-paragrafu (ċ) lesta, tajjeb taqrahielna ftit.
ONOR. OWEN BONNICI: Paragrafu (ċ) diġà qbilna dwarha. L-eċċezzjoni se nagħmluha fi klawsola 38.
ONOR. CHRIS SAID: Kollox sew, imma biex inkunu nafu kif se tiġi.
ONOR. OWEN BONNICI: Din għaddejtlek kopja tagħha, Onor. Said. Subklawsola 38(1) se tiġi emendata b’dan il-mod:
“38. (1) Kull donazzjoni li taqbeż l-ammont ta’ ħames mitt ewro (€500) li tiġi mill-istess sors għandha tiġi rreġistrata flimkien mal-ammont tad-donazzjoni, l-isem u l-indirizz tad-donatur, jew id-dettalji tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, fil-każ meta d-donatur ikun kumpanija reġistrata, id-data li fiha d-donazzjoni ngħatat u d-data li fiha d-donazzjoni ġiet aċċettata, u kull dettalji oħra rilevanti:”
– jiġifieri, bejn €500 u €7,000 qed jgħidu x’wieħed għandu jniżżel.
“Iżda, meta donazzjoni tinġabar waqt manifestazzjoni jew xi attività organizzata mill-partit politiku jew mill-kandidat indipendenti, u fejn din id-donazzjoni ma taqbiżx l-ammont ta’ ħamsin ewro (€ 50), ma hemmx il-ħtieġa li tali donazzjoni tkun reġistrata.”
ONOR. CHRIS SAID: Imma hawnhekk xorta għadu mhux ċar x’qed jiġri bejn il-€50 u l-€500.
ONOR. OWEN BONNICI: Onor. Said, naqbel miegħek, imma se jkollna kjarifika mingħand Dr Grech dalwaqt.
Sakemm l-Avukat Ġenerali jagħmel l-aċċertamenti meħtieġa, ejja mmorru fuq paragrafu (f) fejn qed ngħidu li partit politiku ma jistax jirċievi donazzjonijiet f’forma ta’ self fuq termini aktar favorevoli minn dawk il-kondizzjonijiet ordinarji kummerċjali li jkunu fis-seħħ dak iż-żmien meta jingħata s-self, fejn l-imgħax fir-rigward ta’ perijodu ta’ sena li jkun pagabbli mill-partit politiku li kieku s-self ittieħed fuq termini kummerċjali ordinarji kien jaqbeż l-imgħax attwalment dovuti għall-istess perijodu mill-partit politiku lill-persuna tagħmel is-self b’ammont ta’ iktar minn €40,000. Jiġifieri, hawnhekk qed nipprovaw naqtgħu mil-loopholes li jista’ ikun hemm, għax wieħed jista’ jkun intelliġenti u jgħid li loan u mhux donation tah lill-partit, imma jiffrankalu mgħax li hu iktar minn €40,000. Hawn qed nagħlqu t-toqob.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Dak qed niddefinixxuh ukoll bħala donation. Però, naħseb hemm xi ħaġa oħra li hija nieqsa minn dan l-artiklu. Partit jista’ jirċievi wirt ta’ proprjetà? Taħseb li hi koperta iktar tard? Għax il-probabbiltà hi li dak se jaqbiżhom l-€40,000.
ONOR. OWEN BONNICI: Agħmel nota mentali għax dik se niġu għaliha iktar tard.

Sadattant, Dr Grech se jagħti spjega fuq paragrafi (ċ) sa (e).


DR PETER GRECH: Donazzjoni ta’ inqas minn €50, jekk tinġabar waqt attività – bħal tombla, hi x’inhi – m’hemmx għalfejn tkun taf min tahielek; però, jekk taqbeż il-€500, trid tirreġistraha u tirreġistra min tahielek, imma mhux qed nara li hemm obbligu li lil min tahielek tiddikjarah, jiġifieri dawn tista’ tirrapportahom globalment. Jiġifieri, inti jrid ikollok min tahomlok, imma m’hemmx għalfejn tibgħat rapport ta’ kull wieħed li tak donazzjoni ta’ €500 lill-Kummissjoni Elettorali – tista’ tgħid li daħħalt €100,000 f’donazzjonijiet ta’ inqas minn €500, pereżempju.
ONOR. OWEN BONNICI: Anke dawk bejn €500 u €7,000?
DR PETER GRECH: Le, bejn €500 u €7,000 trid tirrekordja min tahielek. M’hawnx obbligu li tirrapporta b’referenza għas-sors tagħha.
ONOR. OWEN BONNICI: X’inhi d-differenza bejn iż-żewġ thresholds? (Interruzzjonijiet)
DR PETER GRECH: Le, le, le! €7,000 irrid ngħid lill-Kummissjoni Elettorali min tahomli.
ONOR. CHRIS SAID: ’Il fuq minn €7,000 ...

ONOR. OWEN BONNICI: Ħalli nartikola d-domanda: X’inhi d-differenza bejn it-thresholds ta’ €50 sa €500 u €500 sa €7,000?
ONOR. CHRIS SAID: Jidher li m’hemmx differenza bejn il-€500 u €7,000, jiġifieri kull donazzjoni taħt €7,000 trid tiġi reġistrata fil-partit, imma m’għandekx l-obbligu ...
THE CHAIRPERSON: Ippermettuli ftit. Jekk qed nifhem sew, Dr Grech, inti kont qed tgħid li tal-€500 tirrapportahom globalment u ma ssemmix l-ismijiet meta tirrapportahom, mentri minn €500 sa €7,000 trid tirrapporta u tirrapporta l-ismijiet.
ONOR. OWEN BONNICI: Ejja nkunu preċiżi fiha għax din kruċjali minħabba l-GRECO.
ONOR. CHRIS SAID: Fi Klawsola 39 (3)(a) jingħad li:
“(3) Donazzjoni għandha tiġi rrapportata b’referenza speċifika għas-sors tagħha:
(a) jekk tkun donazzjoni ta' aktar minn sebat elef euro (€7,000); ...”
Jiġifieri, taħt €7,000 m’għandekx għalfejn tirrapporta s-sors tagħha.
THE CHAIRPERSON: Nitlob lil Dr Grech jgħidilna d-differenza, imma għandu jagħmel referenza għal liema parti tal-liġi tkun qed tirreferi, ħalli aħna nkunu nistgħu nsegwuk.
ONOR. OWEN BONNICI: Għall-benefiċċju ta’ min qed jismagħna, dan huwa frott ta’ ħafna negozjati dwar x’inhu aċċettabbli u mhuwiex biex nassiguraw flessibbiltà; imma fl-istess waqt ikun hemm is-serjetà meħtieġa. Id-domanda hi: X’inhi d-differenza bejn €50 sa €500 u €500 sa €7,000?
DR PETER GRECH: L-emenda kif proposta għal klawsola 38(1) tgħid:
“38. (1) Kull donazzjoni li taqbeż l-ammont ta’ ħames mitt euro (€500) li tiġi mill-istess sors għandha tiġi rreġistrata, flimkien mal-ammont tad-donazzjoni, l-isem u l-indirizz tad-donatur, jew id-dettalji tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, ... “
Jiġifieri, jekk id-donazzjoni tkun over €500, ikun hemm dettalji sew ta’ min taha; però, jekk taqbeż is-€7,000, trid tirrapportaha lill-Kummissjoni wkoll, mhux tirreġistraha biss.
THE CHAIRPERSON: L-Onor. Claudio Grech.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Hemm tliet elementi. L-ewwel element huwa r-registration, jiġifieri xi jrid jirreġistra l-partit internament fir-records tiegħu. Jien qed nifhem li above €50 irid jirreġistra kollox. It-tieni element huwa d-disclosure lill-Kummissjoni, li anything above 7,000 irid jiġi disclosed. It-tielet element huwa what is permissible, li mill-istess sors b’mod anonimu sa €50, hux hekk qed ngħidu? Le, mhux mill-istess sors, għax jekk ammonti sa €50 huma anonimi ma tistax inti tgħid li maximum ta’ €500 kien anonimu. (Interruzzjonijiet) Jiġifieri, anything between €50 and €40,000. Qed naqblu? Għax issa rridu nitkellmu daqsxejn fuq l-€40,000.
ONOR. OWEN BONNICI: Jekk jien nirċievi donazzjoni ta’ €7,500, għandi obbligu ngħid lill-Kummissjoni Elettorali li rċevejt donazzjoni ta’ €7,500 mingħand Owen Bonnici. Mela dik m’hemmx kontroversja fuqha. Li fadal dubju huwa dwar x’inhi d-differenza bejn €50 sa €500 u €500 sa €7,000.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Il-punt li għamilt qabel kien dan: fuq tal-€50 sibna soluzzjoni li naħseb hija soluzzjoni prattika. Id-diffikultajiet huma dawn: bejn il-€50 u l-€500 u bejn il-€500 u s-€7,000 fil-prattika m’hemmx differenza, għax l-informazzjoni hija withheld mill-partit, u din qiegħda hemmhekk for the purpose of internal control biex tassigura ruħek li kumulattivament ħadd ma jaqbeż l-ammont li għandek l-obbligu li tirreġistrah.
DR PETER GRECH: Tiġi audited mill-Kummissjoni wkoll.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Iva, tista’ tiġi audited mill-Kummissjoni, no problem. L-argument tiegħi hu li billi m’hemmx distinzjoni fil-prattika f’donazzjoni ta’ bejn il-€50 u l-€500 u bejn il-€500 u s-€7,000, għalfejn noqogħdu noħolqu ħafna distinzjonijiet bla bżonn?
ONOR. OWEN BONNICI: Ir-risposta li għandi hi – almenu jien hekk nafha: issa, jekk wara t-taħdidiet mal-GRECO inbidlet, ma nafx – li bejn €50 u €500 m’hemmx obbligu li tiżvelaha lil terzi persuni, filwaqt li bejn €500 u €7,000, partit għandu obbligu li jekk mistoqsi mill-Commission jiżvelaha. Però, naħseb dik inbidlet ukoll, allura ma nafx jagħmilx sens dak li qed jgħid il-Perit.
THE CHAIRPERSON: Dr Peter Grech.
DR PETER GRECH: Kif qed naraha, donazzjoni taħt il-€50 taħt ċerti ċirkostanzi lanqas biss tirreġistraha. Malli taqbeż il-€50, trid tirreġistraha b’xi mod. Malli taqbeż il-€500 trid tirreġistraha b’dawn id-dettalji kollha li hawn fi klawsola 38(1). Malli taqbeż is-€7,000 trid anke tirrapportaha lill-Kummissjoni b’referenza għas-sors. Iktar minn €40,000 ma tistax.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Id-differenza, Dr Grech, hija l-cut-off point fil-€500 ...
DR PETER GRECH: Skont il-livell ta’ notamenti li se tieħu. Jiġifieri, xorta rrid ngħid li ġie Mr “X” u tani tant, imma dawn l-obbligi kollha li hawn fi klawsola 38(1) jibdew minn €500 ’il fuq.
ONOR. OWEN BONNICI: Dr Grech, ħalli nistaqsik domanda sempliċi. Jekk jiġi Ġanni Borg jagħti €51, u jiġi Peppi jagħti €501, x’irrid nagħmel ma’ Ġanni u ma’ Peppi?
DR PETER GRECH: Dak li tak €51 trid tirreġistra li rċevejt dik id-donazzjoni.
DR KEVIN VALLETTA: Bħala donation biss, without a name.
DR PETER GRECH: Le le, naħseb trid tagħmel ... (Interruzzjonijiet) ...
THE CHAIRPERSON: Min jitkellem juża l-microphone ħalli kollox ikun irreġistrat, jekk jogħġobkom.
ONOR. CHRIS SAID: Ma tistax tkun anonima.
DR PETER GRECH: Irid ikollok record li Ġanni Borg tak dawn il-€51; però, jekk dan Ġanni Borg tak €501, għandek dawn id-dettalji hawnhekk: ismu, l-indirizz ... (Interruzzjonijiet) Hekk qed naraha.
THE CHAIRPERSON: Jiġifieri, l-ammont ta’ informazzjoni li trid iżżomm fuqu tagħmel differenza bejn l-ammont ta’ ’l fuq minn €50 u ’l fuq minn €500.
DR PETER GRECH: Għax waħda għandek biss obbligu li tirreġistraha, waqt li l-oħra għandek dawn id-dettalji speċifiċi li tasal għall-persuna.
ONOR. CHRIS SAID: Imma x’differenza tagħmel? It-tnejn trid tirreġistrahom.
ONOR. OWEN BONNICI: Fil-prattika, hemm li għandek tieħu iktar dettalji dwaru. X’inhi r-raġuni għalfejn għandha tkun hekk?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Allura bejn €50 u €500, x’differenza hemm?
ONOR. CHRIS SAID: From 0 up to €7,000 trid tirreġistrahom, u r-reġistru huwa subject to an inspection kif tispeċifika l-liġi. Però, minn 0 sa €7,000 m’għandekx l-obbligu li tgħaddihom lill-Kummissjoni kif għandek bejn €7,000 u €40,000, mhux hekk? Allura t-threshold ta’ €500 għaliex qiegħed hemmhekk? M’għandniex bżonnu.
ONOR. OWEN BONNICI: Donnu li bejn €50 u €500 huma confidential donations.
ONOR. CHRIS SAID: Confidential donation hija anonymous donation.
ONOR. OWEN BONNICI: Le, le, ippermettuli ftit! Paragrafu (d) ta’ klawsola 35 jgħid li partiti politiċi m'għandhomx jirċievu donazzjonijiet:
“... (d) li jingħataw b'mod kunfidenzjali, u soġġetti għall-kundizzjoni li s-sors ma jiġix żvelat lil partijiet terzi, għalkemm is-sors tad-donazzjoni jkun magħruf mill-partit politiku, f'ammont ta’ iżjed minn ħames mitt euro (€500) mill-istess sors f’kull sena.”

Dan ifisser li inti tista’ taċċetta donazzjonijiet bejn €500 u €7,000 li jkunu magħrufa mill-partit politiku, jiġifieri naf li Ġanni Borg tani €501. Skont klawsola 38(1), kif jaqbeż it-threshold ta’ €501 irid ikolli d-dettalji dwaru, mentri jekk ma jaqbiżx il-€500, jiena kulma rrid inkun naf hu li Ġanni Borg tani dawk il-flus. X’inhi d-differenza? Jekk għandi l-ID number, naħseb li fil-prattika qegħdin ngħidu l-istess ħaġa.


ONOR. CHRIS SAID: Għalfejn qed nikkumplikaw b’numru ta’ thresholds differenti meta m’hemmx differenza? (Interruzzjonijiet) Le, m’hemm imkien kunfidenzjalità. Le, m’hemmx anonimi.
ONOR. OWEN BONNICI: Irridu naraw kif tibda klawsola 35: “Partiti politiċi m’għandhomx jirċievu donazzjonijiet ...” – jiġifieri x’m’għandekx tagħmel, mhux x’għandek tagħmel – “... li jingħataw b’mod kunfidenzjali, u soġġetti għall-kondizzjoni li s-sors ma jiġix żvelat lil partijiet terzi, għalkemm is-sors ...” (Interruzzjonijiet)
DR PETER GRECH: Jiġifieri, inqas minn €500 tista’ tagħti b’mod kunfidenzjali.
ONOR. OWEN BONNICI: Hekk qegħdin ngħidu.
DR PETER GRECH: Iktar minn €500 trid ... Le, il-partit ikollu jniżżel id-dettalji.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Xi tfisser b’mod kunfidenzjali?
ONOR. CHRIS SAID: Jiġifieri jidher anonimu.
DR PETER GRECH: Le, le: qiegħda li jingħataw b’mod kunfidenzjali ...

ONOR. OWEN BONNICI: Le, le: hemm differenza bejn kunfidenzjali u anonimu.
DR PETER GRECH: Bil-patt u l-kondizzjoni li s-sors ma jiġix żvelat lil partijiet terzi.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: U jekk tagħti €6,999?
ONOR. OWEN BONNICI: Imma dik ħaġa oħra.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Mhix l-istess ħaġa?
DR KEVIN VALLETTA: Ma rridux ninsew li l-GRECO ma jkunux iridu anonymity, u allura pprovajna ...
ONOR. OWEN BONNICI: Ippermettuli ftit, jekk jogħġobkom. L-istorja bdiet hekk: aħna xtaqna li l-anonymous donations jiġu capped sa €500 biex, jekk ikun hemm xi ħadd li jrid jagħti €100 mingħajr ma juri, ikun jista’ jagħtiha. Imma l-GRECO ma aċċettawx, u qalulna li l-iktar raġunevoli hija €50 u biss jekk tinġabar waqt attività. Allura, ħloqna distinzjoni bejn anonymous u confidential, li mhumiex l-istess ħaġa. Anonymous hija meta bniedem ġie għall-mass meeting u tefagħli €20 fil-kopp bħalma jsir fil-Knisja. Mentri confidential ifisser li naf min hu, però m’għandix obbligu niżvela l-isem. Dik kienet l-istorja kollha, jiġifieri qed nagħti l-kuntest kollu. B’hekk qed nagħtu flessibbiltà ...
ONOR. CHRIS SAID: Imma l-confidential titla’ sa €7,000.
ONOR. OWEN BONNICI: Le, le ...
ONOR. CHRIS SAID: Hekk hu, sa €6,999! Għax inti sa €6,999 m’għandekx l-obbligu li tagħtihom lill-Kummissjoni.
DR PETER GRECH: Il-kunfidenzjalità sa €500. Mhux se taqbad u xxandru, imma ma tistax tiggarantilu kunfidenzjalità. Over €7,000 ...
ONOR. CHRIS SAID: Dik alright, m’għandniex problema. Qed naqblu li bejn €7,000 u €40,000 mhux biss trid tieħu d-dettalji tagħhom, imma kull sena jew kull meta tippreskrivi l-liġi trid tgħaddi l-ismijiet bid-dettalji lill-Kummissjoni Elettorali ... u wara ġimgħa jkunu għand il-partit l-ieħor! Imma x’differenza hemm bejn donations minn 0 sa €500, u minn €500 sa €7,000? Għax iż-żewġ thresholds iridu jiġu rreġistrati mal-partit ...
ONOR. OWEN BONNICI: Le, m’hemmx obbligu. Bejn €50 u €500, il-partit jista’ jiggarantilu kunfidenzjalità.
ONOR. CHRIS SAID: Le, ma jistax!
ONOR. OWEN BONNICI: Iva, hekk qiegħda bil-liġi! Bejn €500 u €7,000 ma jistax jiggarantihielu. Il-partit jista’ jgħid li rċieva għaxar €400 f’sena waħda, imma ma jgħidx li jista’ jiggarantilu ...
ONOR. CHRIS SAID: Mela allura huma donazzjonijiet anonimi ta’ €500.

Yüklə 0,73 Mb.

Dostları ilə paylaş:
  1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2022
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə