Malta kamra tad-deputati kumitati permanenti għall-kunsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi rapport Uffiċjali



Yüklə 0,73 Mb.
səhifə2/8
tarix12.08.2018
ölçüsü0,73 Mb.
#69737
1   2   3   4   5   6   7   8

ONOR. OWEN BONNICI: Le, le, kunfidenzjali!
ONOR. CHRIS SAID: U ejja! Mela qed nilagħbu bil-kliem.
ONOR. OWEN BONNICI: Le, le ... (Interruzzjonijiet) Ippermettuli ftit. Dawn huma provvedimenti li jivvantaġġjaw lill-partiti fl-oppożizzjoni fid-demokraziji, għaliex normalment il-partiti fl-oppożizzjoni l-iktar li jiġu aġevolati jekk ikun hemm provvedimenti hekk.
ONOR. CHRIS SAID: Mela hawnhekk qed nitkellmu fuq partit fl-oppożizzjoni jew le?!
ONOR. OWEN BONNICI: Iva, għax inti fil-kultura demokratika jista’ jkollok bniedem li, għal raġunijiet tiegħu, ma jkunx komdu li jagħti €100 donazzjoni lill-partit fl-oppożizzjoni – illum hemm intom, u għada jista’ jkun hemm aħna – jekk ikun jaf li hemm il-possibbiltà li ismu joħroġ. Issa, għandu raġun jew m’għandux mhux rilevanti. Aħna qed ngħidu li bejn €50 u €500 partit jista’ jaċċetta d-donazzjoni, ikun jaf li tahielu Owen Bonnici, però ma jkollux obbligu jiżvela l-identità tiegħu ma’ ħadd. Minn €500 sa €7,000, jekk jiġi mistoqsi mill-Kummissjoni se jkollu obbligu, iva, jrid jiżvela. Jiġifieri, jekk Owen Bonnici ta €501, għandu obbligu jiżvelaha mal-Kummissjoni. Dik hija l-pożizzjoni.
THE CHAIRPERSON: Jiena naħseb li l-importanza li jinżamm record minn €50 sa €500 huwa proprju biex jekk imbagħad, at a later date fl-istess sena, dak li jkun reġa’ ta lill-partit, il-partit se jkun jaf, se jżidhom flimkien u, jekk jaqbżu l-€500, irid jgħid lill-Kummissjoni. Jekk minn €50 sa €500, ma żżommx rekord tagħhom, mhu se jkollok l-ebda metodu kif inti tkun taf.
ONOR. OWEN BONNICI: Jiġifieri l-partit, għalkemm m’hawnx obbligu legali li jżomm record, fil-verità l-partit għandu obbligu li fil-kontijiet finali jagħti rendikont lill-awditur tiegħu, u dawn l-affarijiet kollha. Jiġifieri, qed nagħtu flessibbiltà waqt li nkunu ċerti li d-differenza bejn anonimità u l-kunfidenzjalità tkun qiegħda hemmhekk. Mela, to recapitulate, anonymous minn 0 sa €50 lanqas naf min hu d-donatur; minn €50 sa €500 nista’ naċċetta u niggarantilu kunfidenzjalità; minn €500 sa €7,000 naċċetta, però ma nistax niggarantilu kunfidenzjalità, anzi l-Kummissjoni tista’ tistaqsini; minn €7,000 sa €40,000 għandi obbligu li niżvelah, minn €40,000 ’il fuq ma nistax naċċetta.
THE CHAIRPERSON: L-Onor. Claudio Grech.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Din il-klawsola mhux qed titkellem fuq registration f’dan l-istadju – nitkellmu daqsxejn iktar tard fuq ir-registration – hawnhekk qed nitkellmu fuq x’inhu permissibbli, għax qed inħalltuhom it-tnejn flimkien. Jekk aħna li qed ngħidu huwa li bejn €50 u €500 huwa permissibbli li tagħtihom, però se tagħtihom b’mod kunfidenzjali, effettivament li qed ngħidu hu li it is a circumvention biex induru mal-obbligu li inti ma tirċevix donations ta’ iktar minn €50 li huma anonimi, u ngħid għaliex. U għalhekk il-mistoqsija tiegħi fil-bidu – u baqa’ ħadd ma rrispondihieli – kienet x’qed nifhmu bid-definizzjoni ta’ ‘persuni terzi’? Dik kienet il-mistoqsija tiegħi. X’inhuma persuni terzi? Dr Grech, qed ngħidu li l-Kummissjoni Elettorali tista’ tmur fuq il-partit politiku u titolbu l-lista tad-donations kollha bejn €50 u €500. Imma, ejja nagħtu każ li partit politiku jdaħħal b’€1 miljun donations u, Alla jbierek, kollha jkunu ta’ €400. Hawnhekk qed nużaw il-kliem li l-partit politiku jista’ jiggarantixxi kunfidenzjalità, li fl-opinjoni tiegħi rridu noqogħdu attenti ħafna minnu. Naħseb li partit politiku ma jista’ jiggarantixxi xejn kif inhi l-liġi, aħseb u ara kemm jista’ jiggarantixxi kunfidenzjalità! (Interruzzjonijiet) Le le, mhux għax użajtha inti; jien qed ngħidha bejnietna biex nipprovaw nifhmu!
Effettivament, jekk partijiet terzi tinkludi ‘l-Kummissjoni Elettorali, allura de facto din hija anonymity għax ir-regulator – safejn naf jien – ifisser anonymity. Però mhu differenti xejn, jiġifieri, it is extremely transparent, fl-opinjoni tiegħi. Jiġifieri, l-argument li għamel il-Ministru tal-persuna li jrid jagħtik xi ħaġa biex jgħin, però forsi ma jridx jidher li tahielek u ismu ma jkun reġistrat x’imkien, f’dak il-każ qed ngħidu li sa €50 huwa aċċettabbli fil-kultura tagħna. Però, oltre il-€50, ġaladarba qed nagħmlu threshold, jew se nagħmluha biex verament ikollna traceability, jew inkella qed ngħidu li sa €500 huwa anonimu. Aħna ma naqblux li jkun hemm l-anonimità għalkemm, kif qal tajjeb l-Onor. Bonnici, aħna qegħdin fl-oppożizzjoni llum. Ma naħsibx li huwa argument ta’ min hu fl-oppożizzjoni; iktar huwa argument li jekk se ndaħħlu din il-liġi – u aħna għandna l-obbligu li ndaħħlu din il-liġi, u qed naraw id-dettall tagħha – trid tkun verament qed tagħmel sens u hija ġusta ma’ dak li rridu nagħmlu.
Jien inħoss li jekk se nħalluha kif inhi, se jkun qed ifisser li qed intellgħu d-donations anonimi/kunfidenzjali sa €500. Jekk aħna bejnietna konxjament naqblu li l-€50 irridu ntellgħuha għal €500, mela niddiskutu dik. Però, ma noqogħdux nilagħbu mal-kliem li inti trid tirreġistrahom u ma tirreġistrahomx għax, jekk tara x’inhi l-informazzjoni li għandek bżonn dwar donation ta’ bejn €500 u €7,000 fi klawsola 38, tara li għandek bżonn the basic information, l-isem u l-indirizz tad-donatur, flimkien mal-ammont, lanqas l-ID card. Jekk bejn €500 u €7,000, that is the basic information I need to collate, allura hawnhekk mhu se niġbor xejn informazzjoni.
THE CHAIRPERSON: Il-Ministru Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Nifhem x’qed jgħid il-ħabib tiegħi. L-ammont ta’ €500 huwa ammont li dehrilna li huwa żgħir, imma jirrifletti donazzjoni li mhix irrelevanti. Jiġifieri, li wieħed jagħti Lm 200 għall-partit naħseb hija xi ħaġa li ssir ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Dik qed ngħidu xahar pensjoni minima!
ONOR. OWEN BONNICI: Min jagħmel life membership – hawn minnhom dawn l-iskemi – mhijiex xi ħaġa rari ħafna. Naħseb l-ammont ta’ €500 ma waqax mis-sema. Ipprovajna nsibu ammont li huwa baxx, imma fl-istess waqt jirrifletti r-realtà hemm barra – jiġifieri m’għamilniex €2,000. U qed ngħidu li hemm differenza bejn anonimità u kunfidenzjalità. Fil-każ ta’ bniedem anonimu lanqas naf min hu, mentri kunfidenzjali naf min hu; però, biex nagħtih il-libertà, the right of association fil-verità, u the right li dan jagħti donation mingħajr ħadd ma jkun jaf – mhux niggarantilu, għax forsi kelma kbira – ma niżvelax l-informazzjoni dwaru. Però, jekk il-Kummissjoni Elettorali jkollha suspett li dan mhux €500 ta, imma għaxar pakketti ta’ €500, għandha dritt tinvestiga. (Interruzzjonijiet)
ONOR. CHRIS SAID: Kif se jsibu?
ONOR. OWEN BONNICI: Kwestjoni ta’ prova, jiġifieri jiġi persuna ... (Interruzzjonijiet) Ippermettili, Onor. Said. Din hija kwestjoni ta’ prova bħalma jiġri fil-każijiet l-oħrajn kollha. Persuna li ssir taf tmur għand l-awtoritajiet u tiżvela; persuna li għal xi raġuni jkollha interess tgħid li din il-ħaġa li qed tara għaddejja m’għandhiex interess li tibqa’ għaddejja. Illum hemm il-Whistleblower Act u dawn l-affarijiet kollha. Nifhem li mhux daqshekk faċli, però hija kwestjoni ta’ prova. Jiena qed ngħid – u hawn l-Onor. Fenech Adami, li naħseb jista’ jagħti wkoll kontribut fuq dan is-suġġett – li l-aħjar bilanċ ikun li nagħmlu skali ta’ donazzjonijiet permissibbli. Bejn 0 u €50 partit jista’ lanqas biss ikun jaf mingħand min ġew jekk waqt attività; bejn €50 u €500 irid ikun jaf mingħand min ġew, però jistgħu jinżammu kunfidenzjali – għax jista’ jkun ikollok policy tal-partit li jgħid li se jħabbarhom xorta – minn €500 sa €7,000 trid tagħmel record; minn €7,000 sa €40,000 trid tiddikjarahom, u minn €40,000 ’il fuq ma tistax. Jien naħseb li dan huwa bilanċ feliċi: però, jekk hawn xi proposti li l-€500 inġibuha €400, jew ħaġa jew oħra, nisimgħuhom. Assolutament mhijiex l-intenzjoni ta’ circumvent the legislation, lanqas xejn; anzi, ridna li din tkun workable, għax l-agħar ħaġa hi jekk nagħmlu leġiżlazzjoni tal-ħadid, taċ-ċomb, imbagħad insibu li din mhijiex qed taħdem.
THE CHAIRPERSON: Se nistaqsi lil Dr Grech – biex nirrispondu lill-Onor. Claudio Grech – jekk terzi persuni tinkludix il-Kummissjoni jew le.
DR PETER GRECH: Iva, naħseb terzi persuni tinkludi kwalunkwe terz għal dik it-tranżazzjoni. Jiġifieri, l-partit jista’ jiggarantilu kunfidenzjalità sa €500.

ONOR. CHRIS SAID: Kunfidenzjalità u anonimità mhux l-istess ħaġa?
DR PETER GRECH: Le, għax anonimu tfisser li dan no questions asked, tak il-flus u lanqas taf min hu, m’għandek l-ebda reġistrazzjoni.
ONOR. CHRIS SAID: Ejja nkunu ċari. Ma ndurux mal-kliem. Qed ngħidu li l-persuna tista’ tagħti donazzjoni anonima sa €500, għax int tiġi għandi u tgħidli li ma tridx tidher li tajt donation, imma jien naf min int, Ġanni Buttigieg, u fuq ir-records tiegħi niżżiltek bħala Ġanni Buttigieg.
ONOR. OWEN BONNICI: Mela ma tibqax anonima. Anonima tfisser li jien lanqas naf min hu dan, bħalma jsir fil-Knisja, jgħaddu l-kopp u kulħadd jitfa’ l-flus. Dak huwa anonimu.
ONOR. CHRIS SAID: Anonimu jfisser li hemm barra ħadd ma jsir jaf li ta donation lill-partit.
ONOR. OWEN BONNICI: Le, ma jfissirx hekk, dak kunfidenzjali jfisser. Ejja niddiskutu, ħalli mbagħad ma naqbilx li kunfidenzjali għandu jkun sa €500, imma ejja naqblu fit-termini. Anonimu hu bħalma jsir fil-Knisja, jgħaddu l-kopp u jitfgħu l-flus: dak anonimu, lanqas naf min hu.
ONOR. CHRIS SAID: Ministru, qed induru u nilagħbu bil-kliem. Hawnhekk x’irridu? Jien mhux se noqgħod niddiskuti jekk hux €500, €400, €600 jew €1,000. (Interruzzjonijiet) Le le, m’iniex qed nistaqsi fuq l-ammonti; jien qed nistaqsi dwar il-prinċipju. Ejja ngħidu li persuna se jkollha l-garanzija li ħadd mhu se jkun jaf li tat sa €500 fis-sena lill-partit.
ONOR. OWEN BONNICI: Sakemm ma jiġix ippruvat li din kienet qed tagħmel hekk biex tevadi t-threshold, jiġifieri jekk għamlet għaxar donazzjonijiet ta’ €400.
ONOR. CHRIS SAID: Kif se jiġi ppruvat?
ONOR. OWEN BONNICI: Dażgur li jiġi ppruvat. Hija kwestjoni ta’ prova biss.
ONOR. CHRIS SAID: Jekk fir-records tiegħu l-partit niżżel €400 fuq Ċetta Borg, €400 oħra fuq Ġanni, €500 fuq xi ħadd ieħor, int kif tista’ tipprova ...?
ONOR. OWEN BONNICI: Illum, bil-liġijiet li hawn – Whistleblower Act, eċċ. ... Qed nitkellem very objectively.
DR PETER GRECH: Jieħu riskju l-partit jekk jagħmel ismijiet ma jeżistux u jitfagħhom fuq ...
ONOR. OWEN BONNICI: Imma dik froġa li jkun qed jagħmel il-partit.
DR PETER GRECH: Dak taħwid. Jiġifieri, il-partit għandu obbligu li jirreġistraha, però under €500 jista’ jiggarantilek il-kunfidenzjalità jekk inti ġenwinament ...
ONOR. OWEN BONNICI: Jiġifieri aħna rridu nagħtu opportunità lil min hu ġenwin ...
ONOR. CHRIS SAID: Mela jista’ jirreġistraha, imma f’ċerti ċirkostanzi se jkun hemm min isir jaf min tahom dawk il-flus, allura l-kunfidenzjalità mhijiex iggarantita.
THE CHAIRPERSON: Dr Grech, tista’ tgħidilna liema parti tal-liġi li għandna quddiemna tgħidlek li jekk ikun hemm suspett li xi ħadd ta pereżempju batches ta’ €500, eċċ. ... (Interruzzjonijiet) Allura, nistgħu fil-paragrafu (d) ta’ klawsola 35 ngħidu li sakemm ma jkunx taħt dik il-klawsola biex inkopruha?
ONOR. OWEN BONNICI: Wara se jkun hemm klawsola li tgħid li, fejn ikun hemm suspett raġunevoli li dan mhux veru ta €500 jew €499, imma ta għaxar pakketti ta’ €400, hemmhekk m’hemmx kwestjoni ta’ kunfidenzjalità. Qabel ma jintbagħat xi messaġġ li din qed nagħmluha biex inħallu l-loopholes – għax assolutament mhuwiex il-każ – irrid ngħid li din qiegħda ssir għal min hu ġenwin u jixtieq jagħti donazzjoni ta’ Lm100 lill-partit tiegħu u ma jridx joqgħod jixxandar. Dik hi l-istorja kollha. Issa, jekk €500 irriduha €400 ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Però – correct me if I’m wrong – persuna li ma tridx li jixxandar isimha fil-fatt, skont din il-liġi, mhux se jixxandar jekk id-donazzjoni ma tkunx qabżet is-€7,000. Jiġifieri, bejn il-€500 sa €7,000, l-obbligu hu li l-partit iżomm fir-records tal-accounting tiegħu mingħand min ġabar id-donation: però, m’għandux obbligu ta’ disclosure għax id-disclosure kicks in mis-€7,000 ’il quddiem. Għalhekk qed ngħid li jekk, fil-każ ta’ donazzjoni bejn il-€50 u l-€500, se nneħħu wkoll l-obbligu li int qed tirreġistra l-identità tal-individwu – għax dik hija d-differenza effettivament – ...
ONOR. OWEN BONNICI: Onor. Grech, hawnhekk qed nitkellmu fuq dik il-persuna li tixtieq tagħti donation lill-partit tagħha, imma tixtieq ikollha serħan il-moħħ li isimha mhu se jkun imniżżel imkien. Għandna nilleġiżlaw ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Ma jistax, Ministru. Accounting-wise ma jistax.
ONOR. OWEN BONNICI: Le, jista’.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Le le, accounting-wise ma nafx liema awditur se jkollu quddiemu sett ta’ accounts li jinkludu madwar €100,000 f’donations li jkunu materjali, u l-partit jgħidlu li dawn kienu donazzjonijiet ta’ €200, ta’ €300 u ta’ €400, u m’għandux ismijiet imniżżlin. Inti hekk qed tgħidli, ma jkollu ismu mniżżel imkien ... ma jistax!
THE CHAIRPERSON: Le, l-isem irid ikun imniżżel hawnhekk.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Għalhekk qed ngħidlek, l-isem irid ikun imniżżel, l-isem irid ikun għand il-partit.
THE CHAIRPERSON: Hekk qiegħda, Onor. Grech.
ONOR. OWEN BONNICI: Kollox sew, irid ikun għand il-partit. Ma jiġix irreġistrat ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Fl-opinjoni tiegħi, paragrafu (d) huwa superfluwu għax hawnhekk qed nitkellmu fuq x’inhu permissibbli. Aħna qed ngħidu li an anonymous donation mhijiex permissibbli.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: L-argument li qed jagħmel il-Ministru li jrid jipproteġi lil min qed jagħti donazzjoni ta’ Lm100, xorta hija koperta bid-definizzjonijiet kollha assoċjati mat-threshold ta’ €7,000, għaliex id-disclosure issir biss jekk taqbeż is-€7,000, jew jekk ikun hemm suspett ta’ donazzjoni kumulattiva. Jiġifieri, l-argument li tippreżerva l-identità għax ma tagħtix rapport fuqu u ma jixxandarx diġà qiegħda hemmhekk. Jiena naħseb li paragrafu (d) jista’ jagħti lok għal abbuż. Il-protezzjoni li l-Ministru spjega li jixtieq jagħti – u naqbel li tingħata – hija diġà koperta meta għandek l-issue ta’ below is-€7,000.
ONOR. OWEN BONNICI: Jien qed nitkellem fuq the genuine donor li jixtieq jagħti donazzjoni u ma jikxifx għajnu.
DR PETER GRECH: Il-GRECO taċċettaha sakemm ma taqbiżx €400 jew €500, għax huwa aċċettat li li jista’ jkollok persuni, speċjalment f’soċjetà żgħira, li jiddejqu li isimhom ...
ONOR. OWEN BONNICI: Allura bejn €500 u €7,000 se jkun hemm obbligu li jien inniżżel aktar dettalji, mentri bejn €500 u ...
DR PETER GRECH: Tista’ tiggarantilu li ma tikxfux; però, il-Kummissjoni tista’ tagħmel awditjar tagħhom, jekk ikun hemm suspett raġonevoli, jiġifieri mhux kapriċċożament.
ONOR. OWEN BONNICI: Bejn €500 u €7,000 tista’ tawditjahom, anke jekk ma jkunx hemm suspett?
DR PETER GRECH: Iva.
ONOR. CLAUDIO GRECH: L-awditjar bilfors trid tagħmlu. Jien li qed ngħid hu ...
ONOR. OWEN BONNICI: Id-domanda hi: irridu nħallu l-flessibbiltà biex donatur jagħti donation żgħira ... Veru li €200 mhux żgħira ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Imma se jirreġistraha. Il-partit m’għandux għalfejn jagħmel ...
ONOR. OWEN BONNICI: Imma, the minimum ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Sa €7,000 il-partit m’għandux għalfejn jagħmel disclosure lill-Kummissjoni. Hekk qed ngħidu.
ONOR. OWEN BONNICI: Però, bejn €500 u €7,000 il-Kummissjoni tista’ titlob li tarahom. (Interruzzjonijiet) Le, jekk ikollha suspett.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Però, jekk m’iniex sejjer żball, il-Kummissjoni titolbok biex tara kull min tak donation bejn €500 u €7,000 mhux as its normal course of business ...

THE CHAIRPERSON: Dr Peter Grech.
DR PETER GRECH: Subklawsola 38(4) tgħid:
“Il-Kummissjoni għandha, fejn jidhrilha li hu meħtieġ għall-infurzar xieraq tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att, u bla ħsara għall-obbligu tagħha li taġixxi b’mod proporzjonat, ...”
– jiġifieri mhux jiġi filgħodu u, bla raġuni ta’ xejn, jgħidlek li jrid jarahom –
“... is-setgħa li tinvestiga u titlob sabiex tiġi pprovduta bl-informazzjoni kollha li tista’ teħtieġ minn xi partit politiku, individwu ...”
ONOR. OWEN BONNICI: Imbagħad hemm proviso.
DR PETER GRECH: Il-proviso jgħid:
“Iżda l-partiti politiċi ma għandhomx ikunu obbligati li jiżvelaw lill-Kummissjoni s-sors ta’ kull donazzjoni ta’ mhux iktar minn ħames mit ewro (€500) mogħtija lilhom b’mod kunfidenzjali sakemm il-Kummissjoni ma tipprovdix prova ...”
– jiġifieri hawnhekk żidna t-threshold
“ ... li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-ammont attwalment mogħti ...”
Il-kliem “raġunijiet raġonevoli” forsi mhumiex feliċi ...
ONOR. OWEN BONNICI: Ħalliha d-diċitura, imma biex nifhmu l-kunċett.
DR PETER GRECH: “... li l-ammont attwalment mogħti b’mod kunfidenzjali fil-perijodu ta’ sena mill-istess sors jaqbeż is-somma ta’ ħames mitt ewro (€500).”
ONOR. OWEN BONNICI: Jiġifieri hawnhekk qed inbiddlu ...

DR PETER GRECH: Hemm xi reasonable suspicion ... (Interruzzjonijiet)
ONOR. OWEN BONNICI: Mhux hekk għandu jkun?
DR PETER GRECH: Imma trid tipproduċi prova.
ONOR. CHRIS SAID: Xi prova jġib?
ONOR. OWEN BONNICI: Jgħidlek li għandu affidavit mingħand Ġanni Borg li qed jgħid li hekk. Dik hi l-prova. Daħal whistleblowing report ...
ONOR. CHRIS SAID: Irid ikollu affidavit mingħand xi ħadd li talab li ...
ONOR. OWEN BONNICI: Le, anzi jrid ikollu prova, u inti, bħala partit, tgħid li dik mhux prova raġonevoli u tagħmel kawża. Irid ikollok prova. Din mhux qed nagħmluha biex il-partiti jagħmlu li jridu, għax kieku ma konna nagħmlu xejn, imma qed nagħmluha biex inħallu flessibbiltà lil dak il-ġenwin li jixtieq jagħti donation ta’ mitt lira.
ONOR. CHRIS SAID: Naqbel mal-Perit Carmel Cacopardo li qed noħolqu loophole bla bżonn.
ONOR. OWEN BONNICI: Għaliex qegħdin tgħidu li qed noħolqu loophole?
ONOR. CHRIS SAID: Għax naf x’se jiġri.
ONOR. OWEN BONNICI: Hemm xi proposta?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Il-proposta hija sempliċi, €50.
ONOR. CHRIS SAID: Il-proposta hija sempliċi, li t-threshold ta’ €500 qiegħda hemmhekk għalxejn.
THE CHAIRPERSON: Ippermettuli daqsxejn. Għandna tliet ideat differenti: nistgħu at one point nisimgħuhom it-tlieta li huma, ħalli nkunu nafu mhux x’hawn, imma xi tridu?
ONOR. OWEN BONNICI: Ippermettuli. Li qiegħda hemmhekk għalxejn ma naqbilx. Li wieħed jgħidli li ma jaqbilx magħha, dik ħaġa oħra, imma mhijiex qiegħda hemmhekk għalxejn. Bejn €50 u €500 jiġri ħaġa, u bejn €500 u €7,000 se jiġri xi ħaġa oħra. Mhix qiegħda hemm għalxejn. L-argument irid ikun: għandu jkun hemm din id-distinzjoni jew le? Dak id-dibattitu.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Ministru, il-protezzjoni li inti tixtieq tagħti lil min qed jagħti donazzjoni ta’ bejn €50.01c u €499.99c hija diġà koperta b’tas-€7,000. Għalhekk, hija żejda ta’ below €7,000 għax m’intix se tiżvela informazzjoni sakemm m’hemmx is-suspett li hemm l-ammont kumulattiv ukoll. Anke hemmhekk hemm dik ir-raġuni, għalhekk hija żejda u fil-mument li se toħloqha, se toħloq ħafna argumenti u naħseb li se jagħti lok għal ħafna abbuż.
ONOR. OWEN BONNICI: Ħalli nibdew minn hawnhekk. L-Oppożizzjoni taqbel li għandu jkun hemm xi limit għal min ġenwinament irid jagħti donation u ma jurix ismu? Ħalli nibdew hekk.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Bħalma għamilt l-istess argumentazzjoni fi klawsoli oħrajn, il-punt ewlieni hawnhekk, Ministru, hu l-messaġġ li qed nibagħtu. Jekk aħna qed nibagħtu messaġġ li bit-threshold ta’ €500, b’mod jew ieħor, partit politiku se jkollu l-lussu li jżomm financial information kunfidenzjali, jien naħseb li se nkunu qed nibagħtu messaġġ ħażin għal darb’oħra, which defeats ukoll l-għan li għalih qed nagħmlu din il-liġi. Dan għaliex, jekk €500 timmultiplikahom għal 1,000 persuna, li jiġu inqas minn 1% tal-voting population ta’ partit politiku, ifissru €0.5 miljun. Meta tqis li l-partiti l-kbar jgħidu li ma tantx ikunu nefqu iktar minn €1.5 miljun jew €2 miljun f’kampanja elettorali, in terms of proportion €0.5 miljun is a significant amount of money.
ONOR. OWEN BONNICI: X’inhu s-suġġeriment?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Is-suġġeriment tiegħi hu li d-donations anonimi/kunfidenzjali beyond the €50 ma jkunux permissibbli: però, meta tiġi għal klawsola 38, irridu niddefinixxu b’mod aħjar x’inhuma l-istanzi fejn il-Kummissjoni tista’ titlob id-disclosure tad-donations ad valorem. (Interruzzjonijiet) Ikunu kemm ikunu, bejn €50 u €7,000 qed ngħidu. Ħalli ngħidlek għaliex. (Interruzzjonijiet) Qed nagħmlu ħafna differenti. Any donation above €50 trid tiġi reġistrata għall-finijiet ta’ klawsola 38 ... (Interruzzjonijiet)
DR KEVIN VALLETTA: Bejn €50 u €7,000 se tagħmilhom skala waħda?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Hekk hu. (Interruzzjonijiet) Le, mhux l-ammonti għax, jekk il-Kummissjoni għandha prova, jew għandha indikazzjoni, li inti qed tuża s-sistema to circumvent, pereżempju, it-threshold l-għoli, allura hemmhekk il-Kummissjoni għandha dritt. Però, mhux li b’mod frivolu tqum filgħodu u tgħid li trid tara d-donations kollha bejn €50 u €7,000 ta’ partit politiku.
ONOR. OWEN BONNICI: Jekk qed ngħidu li l-prova għandha turiha dejjem ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jien naħseb kważi hekk qiegħda diġà.
ONOR. OWEN BONNICI: Jekk qed tgħid li nneħħu t-threshold ta’ €500, però l-prova trid iġġibha dejjem il-Commission, hemmhekk qed nibagħtu messaġġ kuntrarju.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Ejja nitkellmu fuq il-prova meta naslu ...
ONOR. OWEN BONNICI: Għalhekk ħloqna din id-distinzjoni, jiġifieri m’għamilnihiex għalxejn.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Fuq il-prova I’m not hard and fast on it. Ejja nitkellmu fuq il-prova meta naslu fi klawsola 38. Jien li qed ngħidlek hu li, ġaladarba aħna għandna l-€50 li hija threshold ta’ dawn iż-żgħar li jagħtuk donazzjoni fl-attivitajiet, inħallu dik it-threshold tal-€50, anything above €50 il-partit irid jirreġistrahom in a formal book-keeping system. Nerġa’ ngħid li ġaladarba issa qed indaħħlu l-auditing requirements, dawk bilfors irid jirreġistrahom.
THE CHAIRPERSON: Naħseb li hawnhekk hekk qiegħda, bil-formal book-keeping system; imma, id-distinzjoni li qed tagħmel hi lil min se jurihom jew lil min jista’ jurihom, għax hawnhekk qiegħda li l-partit se jżomm id-dettalji.
ONOR. OWEN BONNICI: Ħalli nibdew minn hawn. Aħna naqblu li l-Kummissjoni m’għandhiex għalfejn tkun taf minn fejn ġew ammonti żgħar ġenwini? Qed nitkellem għad-dritt ta’ dak li jagħti donazzjoni. (Interruzzjonijiet) Sa €50 qed tgħid? Jiġifieri, jekk jien irrid nagħti €100?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Ma nafx għalfejn €500 qed tarawhom baxxi.
DR PETER GRECH: Fil-fatt, l-ammont ta’ €500 kien issemma f’diskussjonijiet mal-GRECO, li kienu tal-idea ... Għax qabel kien hemm threshold tal-anonimu wkoll li assolutament ...
ONOR. OWEN BONNICI: Le, qabel it-threshold kienet sa €300 anonymous, u qalulna no way. Allura ħloqna dik id-distinzjoni bejn ...
DR PETER GRECH: Kienet issemmiet li anything over €400 or €500, as a general standard, għandu jkun reġistrabbli.

Yüklə 0,73 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2022
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə