Malta kamra tad-deputati kumitati permanenti għall-kunsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi rapport Uffiċjali



Yüklə 0,73 Mb.
səhifə4/8
tarix12.08.2018
ölçüsü0,73 Mb.
#69737
1   2   3   4   5   6   7   8

ONOR. OWEN BONNICI: Mela nagħmluha fid-definition.
THE CHAIRPERSON: Il-Perit Carmel Cacopardo.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Jiena naħseb li dan l-argument nistgħu nissorvolawh billi ndaħħlu paragrafu ġdid fi klawsola 35 fejn ngħidu li partiti politiċi m’għandhomx jirċievu donazzjonijiet fejn l-identità tad-donatur ma tkunx magħrufa. Sempliċi daqshekk.
THE CHAIRPERSON: Il-Ministru.
ONOR. OWEN BONNICI: X’taħseb, Onor. Grech? Għax hekk tfisser anonima.
ONOR. CLAUDIO GRECH: M’aħniex qed nifhmu ...
ONOR. OWEN BONNICI: Ħalli naraw ftit, għax forsi diġà regulated din.

DR PETER GRECH: Paragrafu (b) tas-subartikolu 3(2) tal-Foreign Interference Act jgħid:
The provision at any time to or for the benefit of a political party, person, club or similar institution, whether directly or through an intermediary agent, of any money, equipment or other material by way of gift or otherwise not against equivalent valuable consideration, excluding books and other publications intended for the sale or distribution not exclusively or mainly for Malta, unless such provision is authorised by the Monitoring Committee in accordance with this Act:
Provided that nothing in this sub-article shall be deemed to include anything which, taking into account the value and any other circumstances, may be reasonably considered as a bona fide gift of no political significance.”.
Jiġifieri, barrani diġà huwa pprojbit li jagħti flus lil partit politiku.
ONOR. CLAUDIO GRECH: F’kull istanza, mhux f’kampanja elettorali biss? Jiġifieri, – biex nirreġistrawha – dak li għadek kemm għedtilna jfisser li any foreign citizen or company ma tista’ tagħti l-ebda donation. Naqblu?
DR PETER GRECH: Jekk taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “alien”, li hija pjuttost ukoll wiesgħa taħt il-Foreign Interference Act.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jiena dawn iż-żewġ elementi qed insemmilek, jiġifieri ċittadin ta’ pajjiż ieħor li mhux ċittadin ta’ Malta, jew kumpanija li mhijiex reġistrata Malta.
DR PETER GRECH: Fil-Foreign Interfererence Act, insibu din id-definition:
alien” where it refers to an individual means a person who is not a citizen of Malta; where it refers to a body of persons, in whatever manner constituted juridically, means any such body of persons directly or indirectly controlled by persons who are not citizens of Malta, and include any State or Government; and where it refers to a broadcast ...”

THE CHAIRPERSON: Naħseb li hija koperta.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Inti qed tikkonfermalna li ma jistax ikun hemm foreign donors, hux hekk?
THE CHAIRPERSON: Koperta.
ONOR. OWEN BONNICI: Il-pożizzjoni legali hija li taħt liġi oħra dak li qed titlob inti huwa ...
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Dik hawn trid tkun.
THE CHAIRPERSON: Le, m’għandhiex għalfejn tkun hawnhekk.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Ladarba qed nitkellmu fuq il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, m’għandux ikun hemm ...
ONOR. OWEN BONNICI: Jiena ma naqbilx. Hemm il-liġi l-oħra, ma rridx noqgħod inċaqlaq ħitan tas-sejjieħ.
DR PETER GRECH: L-oħra qiegħda constitutionalized.
ONOR. OWEN BONNICI: Mhux hekk! Il-Foreign Interference Act qiegħda fil-Kostituzzjoni. Issa, jekk għandhiex tkun, dik xi ħaġa oħra.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jekk l-Avukat Ġenerali qed jikkonfermalna li l-foreign donors mhumiex permissibbli, l-issue l-oħra li fadalli – apparti tal-€40,000 li nasal għaliha iktar tard – hija marbuta ma’ kumpaniji lokali li ma jkollhomx natural persons bħala shareholders tagħhom. Jiġifieri, jkollok kumpanija lokali – li f’din l-istanza tiġi kumpanija li hija permissibbli bħala donor – però jkollha shares held in trust, allura, for all intents and purposes, tkun anonima.
THE CHAIRPERSON: Dr Peter Grech.
DR PETER GRECH: Dik tista’ taqa’ taħt l-esklużjoni tad-donazzjonijiet anonimi. Jekk qed tirċievi mingħand xi ħadd li ma tafx min hu, u tirċievi mingħand kumpanija li ma tafx ta’ min hi, naħseb huma sitwazzjonijiet ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Imma nistgħu nikkjarifikawha?
ONOR. OWEN BONNICI: Trust mhijiex anonima, jiġifieri kulħadd jaf min ikun il-beneficiary.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Le, mhux kulħadd jaf min ikun.
ONOR. OWEN BONNICI: Kif le? Il-beneficiary?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Le, anzi minnha nnifisha ...
ONOR. OWEN BONNICI: Is-settlor mhux kulħadd jaf ... Insa l-beneficiary, għax forsi hemm eċċezzjonijiet li ma nafx bihom, imma s-settlor mhux kulħadd jaf min hu?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Le, mhux kulħadd ikun jaf min hu, Ministru.
ONOR. OWEN BONNICI: Is-settlor? L-iktar prinċipju bażilari dan!
DR PETER GRECH: Però, taħt il-liġijiet tal-money laundering, jekk il-Pulizija qiegħda tinvestiga, tista’ titlob li jiġi interrogat min hu wara ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Però fuq ħasil ta’ flus.
ONOR. OWEN BONNICI: Dr Grech, ippermettili nistaqsik domanda. Inti qed tgħid li jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn wieħed jista’ jagħmel trust u ħadd ma jkun jaf x’hemm fiha? Lanqas min qed jirrappreżentaha?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Le, le: mhux ħadd ma jkun jaf Ministru! Inti jkollok it-trust ... (Interruzzjonijiet)
ONOR. OWEN BONNICI: Imma, kif jista’ jkun?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jien li qed ngħid hu li aħna – partit politiku – m’għandux għalfejn jaċċetta flus mingħand kumpaniji ...
ONOR. OWEN BONNICI: Allura dawn il-ħafna trusts volontarji, pereżempju t-trusts tal-kura tas-saħħa, huma ħżiena? Pereżempju, ikun hemm trust tad-drittijiet ta’ persuni LGBT, u jidhrilha li l-Partit Nazzjonalista għandu jingħata donazzjoni, x’fiha ħażin?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Però, with all due respect, ma naħsibx li qed inħarsu lejn l-affarijiet ... Jien qed ngħidlek li l-prinċipju huwa li d-donation trid tkun marbuta to a natural person. Aħna naċċettaw li tkun kumpanija, għax hawn kumpaniji jew foundations li jkollhom a natural person li huwa l-ultimate beneficiary tagħhom. Jien naħseb irridu nevitaw li jkollok sitwazzjoni fejn ikollok trusts jew organizzazzjonijiet li the ultimate beneficiary ma jkunx magħruf u, biex issir taf min hu din il-persuna, trid tkun kisret xi liġi marbuta mal-ħasil ta’ flus, li hawnhekk mhuwiex il-każ.
ONOR. OWEN BONNICI: Il-proposta tiegħi hi li meta niġu għad-definition ta’ donation f’artiklu 2, fejn qed ngħidu li jiġu minn kumpaniji, nistgħu nagħmlu provvediment biex nilqgħu għal dawn it-trusts fantażma jekk jeżistu. Issa nieħu parir jekk jeżistux dawn. Għax, li jkun hemm trust li ħadd ma jaf xejn dwarha ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Le, mhux ħadd ma jaf xejn! Ma tkunx taf min hemm warajha! Jiġifieri, jien għandi kumpanija u rrid niffinanzja partit politiku; però, jien immur għand avukat u ngħidlu jżommli x-shares in trust bħala fiduċjarju tiegħi, u dak il-fiduċjarju qed jagħti €40,000 fis-sena lil partit “A”. Però, finalment jien qed nagħtihom; allura, l-identità tiegħi is being withheld.
ONOR. OWEN BONNICI: Nista’ nagħmel testment, pereżempju, fejn nagħmel trust u nappunta lill-Onor. Deborah Schembri biex, mit-trust tiegħi, il-Partit Laburista jieħu €10,000 fis-sena.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Però, l-identità tiegħi bħala d-donor tkun qiegħda withheld, u ħadd mhu se jkun jafha.
ONOR. OWEN BONNICI: Jekk ikun miet il-benefiċjarju, x’jiġri?
DR PETER GRECH: Pjuttost tiġġelidha bil-kwestjoni tad-donazzjonijiet anonimi milli tidħol fi kwalunkwe trust ... (Interruzzjonijiet)
ONOR. CLAUDIO GRECH: Imma nikkwalifikawha, Dr Grech.
THE CHAIRPERSON: Nikkwalifikawha fl-istadju tad-definitions clause.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Imma qed naqblu li se nagħmlu hekk?
ONOR. OWEN BONNICI: Jien qed naqbel li nistudjawha ħalli meta niġu għal klawsola 2 naraw liema huma dawn it-trusts inviżibbli u, jekk hemm minnhom, ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Dan mhux argument ta’ “inviżibbli”. Dawn ikunu trusts ta’ Claudio Grech u Owen Bonnici flimkien, però jqabbdu lil Deborah Schembri u lil Beppe Fenech Adami bħala trustees, mhux bħala settlors, u ma tkun taf qatt li Claudio Grech u Owen Bonnici qed jagħtu €40,000 lil partit politiku.
ONOR. OWEN BONNICI: Jiġifieri, irridu nagħmlu provvediment x’imkien li, jekk qed nitkellmu fuq trust, irridu nkunu nafu min hu the ultimate beneficiary.
THE CHAIRPERSON: Jew inkella, meta nitkellmu fuq l-anonimità, ngħidu li anonimità tinkludi wkoll sitwazzjonijiet fejn ma jidhirx il-benefiċjarju.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Però m’hawnx definition ta’ “anonimità”, hux hekk? Għad trid tidħol.
THE CHAIRPERSON: Jekk hemm bżonn tidħol fil-klawsola tad-definizzjonijiet.
ONOR. OWEN BONNICI: Jien se nieħu nota biex fi klawsola 2 ...
DR PETER GRECH: Jiena naħseb li se nidħlu f’ċerti kumplikazzjonijiet li s’issa forsi ma nistgħux narawhom.
THE CHAIRPERSON: Imma, in any which case, naqblu li jekk għandha tidħol, tidħol taħt “anonymity”.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Bħalxiex, Dr Grech?
DR PETER GRECH: Kumpanija fuq l-iStock Exchange li hija owned forsi minn mijiet ta’ nies mhijiex anonima, imma għandha bord ta’ diretturi.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Le, le, mhijiex anonima. Kull shareholder huwa rreġistrat, u għalhekk identifikabbli fir-reġistru tal-iStock Exchange.
DR PETER GRECH: Dawn jinbidlu l-ħin kollu, jiġifieri rridu noqogħdu attenti ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Però, nistgħu neliminaw il-kumpaniji li huma listed fuq l-iStock Exchange ta’ Malta.
THE CHAIRPERSON: Naqblu li, jekk issir at all, għandha ssir fid-definitions section?
ONOR. OWEN BONNICI: Jien naħseb li dan id-dibattitu rridu nipposponuh għad-definitions clause: imbagħad, at that stage, nipprometti li naraw kif nagħmlu diċitura li tilqa’ għall-preokkupazzjoni li qed isemmi Dr Grech. Aħna qed ngħidu ċirkostanza fejn bniedem ...
THE CHAIRPERSON: Fejn bniedem jista’ jistaħba wara xi trust.
DR PETER GRECH: ... kumpanija minn xi pajjiż fejn jista’ jkollok bearer shares.
ONOR. OWEN BONNICI: Lanqas kont naf li għadhom jeżistu dawn.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Lanqas għandek għalfejn tmur daqshekk ’il bogħod, Dr Grech. Bil-liġi dwar it-trusts, avukat Malti qed jirrappreżenta shareholder Malti li jrid jagħti l-flus, però ma jridx jidher li ta l-flus. Simple trust lokali, tmur għand l-avukat li huwa l-fiduċjarju ...
ONOR. OWEN BONNICI: L-iktar li nista’ nara huwa jekk ikollok prestanome ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Ukoll, fost oħrajn.
DR PETER GRECH: Tahomlok l-avukat, se jidher hu.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Se jidher hu.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Kuntent li jidher l-avukat?
ONOR. CHRIS SAID: Hemm barra jidher li tahomlok dak l-avukat; però, fil-verità, ma jkunx tahomlok l-avukat. Il-€35,000 jiġu rreġistrati li tahomlok dak l-avukat għan-nom ta’ dik it-trust; imma, fil-verità, ma jkunx tahomlok dak l-avukat minn tiegħu jew minn ta’ kumpanija tiegħu, imma bħala fiduċjarju ta’ ħaddieħor li ħadd ma jista’ jkun jaf min hu.
DR PETER GRECH: Imma jekk dan jagħti suspett ta’ xi reat ...
ONOR. CHRIS SAID: Xi reat ta’ money laundering ...
DR PETER GRECH: Imbagħad il-Pulizija għandha l-poter li ... (Interruzzjonijiet)
ONOR. CHRIS SAID: Imma fil-każ ta’ reat ta’ money laundering biss.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Hu ma jkunx irid jidher.
ONOR. OWEN BONNICI: Ħalli naħsbuha. Li nista’ nara l-prestanome biss, li jien ngħid se nagħtik donation ta’ €1,000 ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: You are over-simplifying.
ONOR. OWEN BONNICI: ... jew €10,000, u jien inkun ftehmt f’kuntratt mal-ieħor li nagħmel kuntratt ta’ prestanome li nagħti donation ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Le, m’għandekx bżonn kuntratt ta’ prestanome.
THE CHAIRPERSON: Se niddiskutuha iktar tard meta niġu għad-definitions section, ħalli, if anything, issir taħt id-definition ta’ “anonymous” jew taħt “donation”, u niddiskutu s-suġġett kollu dak il-ħin.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Jew taħt id-definizzjoni ta’ “kumpanija”.
THE CHAIRPERSON: Imma mad-definitions section li se niddiskutuha aktar tard. Inkomplu fuq klawsola 35.
ONOR. CLAUDIO GRECH: F’paragrafu (e) qed ngħidu li t-threshold tad-donazzjonijiet hija ta’ €40,000 kull sena mill-istess sors, jiġifieri any single source jista’ jagħti €200,000 fuq medda ta’ ħames snin. Fl-opinjoni tiegħi, meta tara x’jonfqu partiti politiċi fil-kampanja elettorali tagħhom, is-somma ta’ €200,000 li persuna waħda tista’ tagħti f’leġiżlatura hija somma fenomenali. Meta tara li fl-aħħar elezzjoni ġenerali l-Partit Laburista qal li nefaq €1.5 miljun u l-Partit Nazzjonalista qal li nefaq €2.2 miljun, jiġifieri bejniethom nefqu €3.7 miljun, ifisser li 18-il individwu jistgħu jiffinanzjaw il-kampanja elettorali taż-żewġ partiti f’daqqa. Jiena naħseb li huwa argument ta’ proporzjonalità meta wieħed jagħmel l-aggregation tal-ammonti kollha f’daqqa. Jien nemmen li f’pajjiż żgħir bħal tagħna, meta għandek dawn iċ-ċifri – jiġifieri €200,000 aggregated mingħand persuna waħda – huma kbar ħafna, u għalhekk nipproponi li, minflok nagħmlu €40,000 fis-sena, nagħmluha €40,000 over a rolling period of three calendar years biex, jekk persuna ġietu sena tajba għax l-ekonomija verament sejra tajba u tak €40,000, ma jkunx restritt milli jagħtihomlok; però, dawk l-€40,000 ikunu koprew medda ta’ tliet snin. Naħseb li that would be more than proportionate meta tqis dawn iċ-ċifri li, għalkemm dawn fittixthom u sibthom, ovvjament ma kenux audited statements taż-żewġ partiti, m’għandix għalfejn niddubita li huma tajbin. Jien ibeżżagħni l-fatt li 18-il persuna jistgħu jiffinanzjaw il-kampanja elettorali taż-żewġ partiti.
THE CHAIRPERSON: Il-Ministru.
ONOR. OWEN BONNICI: Onor. Grech, fortunatament jew sfortunatament, għandi l-mistoqsijiet parlamentari fuq quddiem illum, jiġifieri napprezza jekk nissospendu sas-6.30 p.m..
THE CHAIRPERSON: Il-Kumitat huwa sospiż.
Fis-6.00 p.m. il-Kumitat ġie sospiż, u rriżuma fis-6.40 p.m.
L-Onor. Silvio Parnis kompla jippresjedi.
THE CHAIRMAN: Nistgħu nkomplu. Il-Ministru Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Kien hawn diskussjoni fuq klawsola 35 fejn l-Onor. Grech qal li veru li l-partiti politiċi ma jistgħux jirċievu donazzjonijiet ta’ iktar minn €40,000; imma, jekk inti tieħu €40,000 kull sena għal leġiżlatura ta’ ħames snin, qed niġu mbagħad għal €200,000, li qed jgħid li huma ħafna. Allura, hu ssuġġerixxa li, pereżempju, jiġu capped għal €40,000 mhux fis-sena, imma kull tliet snin. Aħna għamilna capping ta’ kemm partiti jistgħu jaċċettaw, u fil-bidu konna għedna €50,000. Imbagħad, konna ltqajna ma’ sħabna tal-Partit Nazzjonalista, u wara mal-Alternattiva Demokratika, u konna qbilna li minn €50,000 ninżlu għal €40,000. Safejn naf jien, meta għamilna l-konsultazzjoni, il-proposti kollha kienu f’dak is-sens; ma nafx li kien hemm xi ħadd li kien issuġġerixxa ammont inqas minn €40,000. Jidhirli li l-Alternattiva kienu qalu €35,000.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Aħna għad għandna diffikultà fuq it-threshold.
ONOR. OWEN BONNICI: L-ammont ta’ €40,000 ma ġibniehx out of nowhere, imma wara konsultazzjonijiet. Il-Partit Nazzjonalista qabel mal-ammont ta’ €40,000. Ma qabilx ma’ €50,000, biex inkunu għedna kollox, u fil-fatt niżżilnieha. Jiena naħseb li għandu jkun kull sena għaliex hawnhekk qed nitkellmu fuq accounts li jkunu kull sena, u allura jagħmel sens li norbtuha ma’ an annual amount. Jekk tgħidli li l-€40,000 tiġi €35,000, non mi fa caldo nè freddo; imma, iċ-ċifra ta’ €40,000 ġiet wara diskussjoni fuq livell ta’ konsultazzjoni.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Claudio Grech.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Ministru, jien ipprovajt naħdem ir-relattività bejn il-magnitude u l-uniku benchmark li stajt nieħu. Jiena kont nixtieq li xi ħadd jispjegali għaliex €40,000 u mhux €35,000 u mhux €45,000; però, l-argument li għamilt jien ma naħsibx li kompletament, jew għallinqas matematikament, ma jreġix. As a matter of fact, 18-il individwu jistgħu jiffinanzjaw il-kampanja elettorali taż-żewġ partiti. Jekk teħodhom imbagħad fuq livell ta’ partit, seba’ persuni jistgħu jiffinanzjaw il-kampanja elettorali tal-Partit Laburista, u 11-il persuna jistgħu jiffinanzjaw il-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Onestament jien nemmen li relattivament – għax kollox relattiv fil-ħajja – dawn huma ċifri għoljin, u għalhekk jien semmejt l-€40,000 over a rolling period of three years. Dan huwa an elastic argument; inti forsi tarahom ftit mill-ottika tiegħek, waqt li jien naħseb mill-ottika tal-uniku benchmark li stajt insib – ma stajtx insib benchmark ieħor għax, kif taf, kemm il-Partit Laburista u kemm il-Partit Nazzjonalista m’għandhomx updated financial statements li wieħed jista’ jirreferi għalihom, it-tnejn li huma għandhom financial statements pubbliċi li jmorru lura ftit tas-snin mhux ħażin – u l-unika data li tista’ tgħid pubblika li kien hemm kienet din id-data li qed ngħidlek ta’ kemm qalu l-partiti li nefqu fil-kampanja elettorali, li huwa l-perijodu, kif nafu lkoll, li l-iktar fih jintensifika l-infiq tal-flus. Jien ma naħsibx li għandi għalfejn I belabour the point; però jien, personalment, I feel very strongly li dawn iċ-ċifri huma għoljin ħafna u li jesponu lill-partiti għall-potenzjal ta’ financing exposure li fl-opinjoni tiegħi huwa riskjuż.
ONOR. OWEN BONNICI: Jien nifhem x’qed tgħid inti; però, fil-proċess ta’ konsultazzjoni li sar iktar minn darba, jien iltqajt iktar minn darba mal-Onor. Said u ddaħħlu s-submissions in writing li qegħdin miegħi hawnhekk. Qatt ma kien hemm din l-oġġezzjoni li nimxu per annum jew li l-ammont ta’ €40,000 mhuwiex tajjeb. Veru kien hemm kritika mill-Alternattiva Demomkratika – lanqas mill-Partit Nazzjonalista – li €50,000 kif ipproponejna fil-bidu kienet wisq, u niżżilnieha għal €40,000. Jiġifieri, l-ispjega għalfejn wasalna għaliha hija wara l-proċess ta’ konsultazzjoni. Jien infakkar li aħna ħriġna White Paper li fiha konna pproponejna €50,000. Wara, ilqajna l-proposti, inkluż mill-Oppożizzjoni, u kelli laqgħat anke mal-Onor. Chris Said – kif jista’ jikkonfermalek hu stess – fejn qatt ma kien hemm diffikultà dwar l-ammont ta’ €40,000 fis-sena. Kien hemm diffikultà bl-ammont ta’ €50,000 minn uħud mill-istakeholders; però, kien hemm qbil fuq €40,000 fil-proċess ta’ konsultazzjoni u, fil-fatt, għalhekk ħriġna b’dan l-ammont. Jiġifieri, jiena naħseb li, based on the consultation exercise li għamilna, nistgħu nimxu bl-ammont indikat f’dan l-Abbozz.
THE CHAIRMAN: Hawn kummenti? L-Onor. Claudio Grech.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jiena nirreġistra li ma naqbilx, imbagħad agħmlu intom. Però, I want to formally register li jien assolutament ma naqbilx, u anke jekk niġu għall-vot, din ma naqbilx magħha.
ONOR. CHRIS SAID: Fil-proċess ta’ konsultazzjoni, iż-żewġ punti li ddibattejna ...
ONOR. OWEN BONNICI: Skużani, Dr Said, biex ma niżgwidakx. Jien qed nirreferi għad-dokument ta’ feedback iddettaljat immens li bgħattli bil-miktub. Naf li kien hemm kritika fuq l-ammont ta’ €50,000, u naqqasnieh għal €40,000, u f’dak id-dokument ma ġiex irreġistrat nuqqas ta’ qbil fuq l-€40,000, u jien imxejt fuqu.
ONOR. CHRIS SAID: Fis-sottomissjonijiet li għamilna bil-miktub fil-proċess ta’ konsultazzjoni, aħna ma konniex qed naqblu mal-ammont ta’ €50,000 u konna qed nagħmlu proposta ta’ ħafna inqas, jekk m’iniex sejjer żball ta’ €25,000 massimu fis-sena. Fil-laqgħat sussegwenti li kellna li – jekk m’iniex sejjer żball – kien preżenti għalihom ukoll l-Avukat Ġenerali, id-diskussjonijiet kienu qed jikkonċentraw fuq żewġ issues prinċipali.
ONOR. OWEN BONNICI: Iva veru. Però, fil-proċess ta’ konsultazzjoni, id-dokument li ntbagħat qatt ma kien hawn oġġezzjoni li nikkalkulawhom fuq kull sena u, filwaqt li veru €50,000 kien meqjus wisq – u fil-fatt niżżilnieha għal €40,000 – is-sentiment kien li €40,000 huwa raġonevoli. Jekk irridu li l-ammont ta’ €40,000 nagħmluh €35,000, jien m’iniex qiegħed hawnhekk biex niġġieled fuq €5,000. Imma, qed nibgħat dan is-sentiment biex dak li jkun ma jaħsibx li din waqgħet mis-sema, imma kienet frott ta’ konsultazzjoni, frott il-White Paper u frott il-laqgħat li kellna. Hija l-ewwel darba li qed nisma’ l-proposta li nagħmluha għal tliet snin u mhux tkun kull sena, waqt li, jekk tridu li l-€40,000 tiġi €35,000 bħala via di mezzo, jien m’għandix diffikultà. Però, jien naħseb li b’€40,000 nistgħu nimxu.
ONOR. CHRIS SAID: Il-punt li qed isir hu jekk għandniex nagħmlu capping ta’ dak l-ammont fuq perijodu ta’ snin u mhux fuq sena waħda. (Interruzzjonijiet) Qegħdin fl-istadju ta’ Kumitat ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jien qajjimt dawn il-punti anke fl-istadju tat-Tieni Qari, jiġifieri dawn mhumiex xi punti li ħarġu out of everywhere, u jien jidhirli li aħna qegħdin hawnhekk biex din il-liġi tkun aħjar. Finalment, il-Gvern huwa intom, intom għandkom il-maġġoranza fil-Kumitat; però, jien inħoss li s’issa, apparti l-argumenti legalistiċi u proċedurali, ħadd ma rribatta l-argument li għamilt li, bil-liġi kif qed tipproponu, 18-il persuna jistgħu jiffinanzjaw il-kampanji elettorali taż-żewġ partiti l-kbar f’pajjiżna. Dan li qed nagħmlu bit-thresholds li hawn fil-liġi bħalissa.
ONOR. OWEN BONNICI: Id-differenza hi li, waqt li llum kulħadd jista’ jagħti kemm irid, bil-liġi kif qed nipproponu, jekk ikun hemm xi ħadd irid jagħti aktar minn €40,000, dan ma jistax u, jekk jagħti sa €40,000, ismu se jkun imxandar ma’ kullimkien. Allura, irridu noqogħdu attenti x’qed ngħidu. Aħna mhux qed ngħidu li jekk tagħti donazzjoni lill-partit hija xi ħaġa ħażina; anzi, aħna l-ewwel ħaġa li għedna hija grazzi lid-donaturi li jagħtu d-donazzjonijiet. Imma llum għandna free-for-all, filwaqt li b’din il-liġi min jagħti sa €40,000 – donazzjoni ta’ €30,000, €20,000 jew €15,000 – il-poplu Malti hemm barra se jkun jaf li dan ta donazzjoni, imbagħad jagħmel il-ġudizzju hu. Jiġifieri, jekk il-poplu Malti jara li l-Partit tal-Friefet ħa donazzjonijiet ta’ €20,000 mingħand ħamsa min-nies u xejn iktar, imbagħad ikun f’idejn in-nies biex jaraw jekk għandhomx jivvotaw għall-Partit tal-Friefet. Imma, kif inhi, naħseb toħloq bilanċ li huwa pjuttost ġustifikat.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: It-threshold ta’ €40,000 qatt ma jidhirli li kienet hemm in relation to kemm wieħed jonfoq f’kampanja elettorali. Jiġifieri, ma tistax iġġib counter-argument għax 11 jew 18 jistgħu jiffinanzjaw kampanja elettorali.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Imma l-matematika hekk taħdem.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Chris Said.
ONOR. CHRIS SAID: Xtaqt nagħmel punt ieħor li għamilnieh ukoll fis-sottomissjonijiet tagħna fil-proċess ta’ konsultazzjoni, u kif jidher dan ma ġiex inkluż fil-liġi. Aħna qed nagħmlu capping ta’ kemm jistgħu jirċievu f’donazzjonijiet partiti politiċi; però, m’aħna qed nagħmlu l-ebda capping ta’ kemm jistgħu jonfqu partiti politiċi f’kampanji elettorali.

Yüklə 0,73 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2022
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə