REĠISTRU PUBBLIKU - NISA LI ŻAMMEW KUNJOM XBUBITHOM
13463. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' nisa illi għażlu li jżommu kunjom xbubithom wara li żżewwġu is-sena l-oħra?
ONOR. GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-1997, 128 mara għażlu li jżommu kunjom xbubithom wara li żżewġu.
REĠISTRU ELETTORALI - VOTANTI
13464. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni residenti f'Malta li m'għandhomx vot jew ma jistgħux jivvotaw kieku kellha ssir elezzjoni illum għax jew huma interdettjati jew għax skontaw sentenza ta' numru ta' xhur il-ħabs?