Debates tal-kamra tad-deputati


MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



Yüklə 326,35 Kb.
səhifə6/6
tarix23.01.2018
ölçüsü326,35 Kb.
#40417
1   2   3   4   5   6

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



TOROQ - TISWIJIET

13347. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet mitluba mill-kunsilli lokali tal-11 u 12-il Distrett Elettorali fuq xogħlijiet ta' toroq hu mistenni li jitlestew matul is-sena 1998?
Liema huma x-xogħlijiet li ntalbu minn kull kunsill individwalment u li għadhom mhux lesti?
Meta se jinbeda x-xogħol fuq dawn ix-xogħlijiet?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


BAĦRIJA - ASFALTAR TA' TOROQ

13348. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi numru ta' toroq ġodda fil-Baħrija huma llum kważi mibnija kollha, u billi b'mod partikolari fl-inħawi tal-Knisja l-ġdida hemm ħafna residenti li qed joqogħdu f'dawn it-toroq, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn it-toroq jiġu asfaltati?
Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dawn it-toroq?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet sabiex tiġi evalwata is-sitwazzjoni rigward asfaltar ta' toroq ġodda fil-lokalita' sabiex ikun jista' jitħejja programm ta' xogħlijiet skond iċ-ċirkostanzi.


DIPARTIMENT TAT-TRASFUŻJONI TAD-DEMM - ORGANIGRAMMA

13370. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jipprovdi organigramma ta' l-istaff ġewwa l-Blood Transfusion Department? Kemm hemm preżentement postijiet vakanti u ta' liema grad?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.


DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - FLUS DOVUTI

13371. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus id-dipartiment lill-Water Services Corporation, Maltacom, Enemalta u Posta Ltd? Jista' jagħti breakdown skond is-sena u l-oriġni?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


SAĦĦA - LINJI TAT-TELEPHONES

13372. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx maqtugħa din is-sena l-linji tat-telephones ta' uffiċjali tad-dipartiment minħabba li ma tħallsux il-kontijiet tat- mid-dipartiment? Min kienu dawn l-uffiċjali?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Id-dipartiment m'għandu ebda record li ġew maqtugħa xi linji tat-telephone ta' uffiċjali tad-dipartiment din is-sena.


MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - TENDERS

13452. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Għall-perijodu mill-01.11.96 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender ta' valur akbar minn Lm10,000 ġiet approvata mill-Ministeru tiegħek; il-valur ta' kull tender; lil min ġiet awarded; u n-natura (provvista/xogħol/servizz eċċ) ta' kull tender?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Mill-01.11.96 sal-lum ġew mogħtija erba' tenders ta' valur akbar minn Lm10,000 milli l-ministeru tiegħi.
Dawn huma:

Natura tat-Tender Kuntrattur Valur
1.Rinovar tas-Security Room

u toilets fil-Pitkalija, Ta'Qali A.J.& F.Attard Ltd. Lm10,192
2.Provvista, konsenja, stallazzjoni

u kummissjonar ta' pig polishing

tunnel lid- Dipartiment tas-Servizzi

Veterinarji. Mancini s.p.a. Lm16,492
3.Provvista, konsenja, stallazzjoni

u kummissjonar ta' refrigerated

centrifuge lid-Dipartiment tas-Servizzi

Veterinarji. Technoline Ltd. Lm11,293
4.Provvista, konsenja, stallazzjoni

u kummissjonar ta' pig dehairing

machine lid-Dipartiment tas-Servizzi

Veterinarji. Mancini s.p.a. Lm16,900


UNIVERSITA' - GWADAN MILL-MUS LTD

13461. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Universita' tiggwadanjax profitti tal-Malta University Services? Jekk fl-affermattiv, kemm daħlet l-Universita' minn dan is-sors fl-aħħar tliet snin rispettivament?
ONOR. EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub f'din il-mistoqsija jinstab fir-rapport annwali ta' l-Universita' ta' Malta 31 ta' Diċembru, 1996. L-awdituri Price Waterhouse fil-paġna 6 ta' dan ir-rapport kitbu hekk:
"L-Universita' ta' Malta kkreditat taħt il-kolonna dħul ieħor Lm148,269 bħala dħul iġġenerat mill-Malta University Services Limited li hu attribut għall-Universita' ta' Malta u d-dipartimenti tagħha li kienu involuti fit-tmexxija ta' korsijiet u attivitajiet oħra. Ġaladarba li dawn il-fondi ma tħallsux mill-Malta University Services Limited lill-Universita' ta' Malta matul is-snin, id-dħul ma kienx ġie rrekordjat fil-kotba tal-Universita' minħabba l-fatt li l-Universita' ta' Malta kienet tipprepara l-kontijiet fuq bażi ta' dħul u ħruġ ta' flus. L-Universita' ta' Malta kienet iddaħħal fil-kotba tagħha il-Management Fee imħallsa mill-Malta University Services Limited.
Matul is-snin l-Universita' ta' Malta utilizzat dawn il-fondi biex takkwista numru ta' investimenti li qed jidher fit-tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija.
Matul dawn l- aħħar tliet snin, jiġifieri l-1994, 1995, 1996, l-Universita' ta' Malta daħħlet dawn l-ammonti mill-Malta University Services Limited:





LM

1994

23,927

1995

36,946

1996

28,325

(L-accounts ta' l-1997 għadhom m'humiex awditjati)


Mid-dħul l-Universita' xtrat, fl-1995, is-sehem tal-MGI Ltd fil-kumpannija għas-somma ta' Lm100,500 u fl-1996 xtrat 39,999 ishma ta' Lm1-il waħda fil-kumpannija Malta University Share Management Co. Ltd.

KUNSILLI LOKALI - KUNSILLIERI

13462. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kkontestaw l-elezzjoni għall-kunsilli lokali dan ix-xahar? Kemm ikkontestaw qabel, kemm kien in-numru ta' persuni li kkontestaw din id-darba u tliet snin ilu wkoll? Kemm kien in-numru ta' kunsillieri eletti fl-elezzjoni ta' qabel illi ma kkontestawx din is-sena u mil-liema lokalitajiet kienu?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Nirriferi lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.


REĠISTRU PUBBLIKU - NISA LI ŻAMMEW KUNJOM XBUBITHOM

13463. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' nisa illi għażlu li jżommu kunjom xbubithom wara li żżewwġu is-sena l-oħra?
ONOR. GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-1997, 128 mara għażlu li jżommu kunjom xbubithom wara li żżewġu.


REĠISTRU ELETTORALI - VOTANTI

13464. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni residenti f'Malta li m'għandhomx vot jew ma jistgħux jivvotaw kieku kellha ssir elezzjoni illum għax jew huma interdettjati jew għax skontaw sentenza ta' numru ta' xhur il-ħabs?
ONOR. ALFRED SANT: In-numru ta' persuni residenti f'Malta li m'għandhomx vot jew ma jistgħux jivvotaw kieku kellha ssir elezzjoni llum għax jew huma interdettjati jew għax qed jiskontaw sentenza l-ħabs huwa ta' 460.


TAXXI INTERNI - TAXPAYERS LI ĠEW REFUNDED

13465. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew refunded flus lill-taxpayers li ħallsu income tax aktar milli dovut din is-sena u s-sena l-oħra? Kemm baqa' jitħallas?
ONOR. LEO BRINCAT: L-ammont ta' taxxa mħallsa żejda, u li ġie refunded lit-taxpayer matul is-sena l-oħra, 1997, kien ta' Lm2.9 miljuni. Din is-sena s'issa tħallset Lm0.2 miljuni. Dawn ir-refunds, għalkemm tħallsu fis-snin imsemmija, ma kenux relatati ma' taxxi dovuti għall-istess snin iżda għal snin ta' qabel.


TAXXI INTERNI - OBJECTIONS GĦAL ĦLASIJIET

13466. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm baqa' objections għal ħlasijiet dovuti quddiem id-Dipartiment tal-Income Tax illum? X'inhu l-ammont ta' flus under objection?
ONOR. LEO BRINCAT: In-numru ta' oġġezzjonijiet pendenti sa l-aħħar ta' Frar kien 55,742. Dan in-numru ma jfissirx li hemm daqstant taxpayers li għandhom objection, għax taxpayer jista' jkollu bosta objections.
M'hemmx statistika ta' l-ammont ta' flus relatati ma' dawn l-oġġezzjonijiet.


KUMMISSJONI SPEĊJALI GĦAT-TAXXA FUQ DOKUMENTI - BORD

13515. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, saru appelli quddiem il-Bord tal-Kummissjoni Speċjali għat-Taxxa fuq Dokumenti?
ONOR. LEO BRINCAT: In-numru ta' appelli li saru f'dawn l-aħħar ħames snin quddiem il-Bord ta' Kummissarji Speċjali dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti kien ta' 27 matul l-1996 u ta' 33 matul l-1997. Ma sar l-ebda appell matul l-1993, l-1994 u l-1995.


SAĦĦA - MEDIĊINI B'XEJN

13543. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għad-domanda numru 13045, jista' l-Ministru jgħid għaliex din il-pazjenta ilha tistenna l-approvazzjoni tal-konsulent minn dak iż-żmien u sal-lum ma tistax tieħu l-Becloforte inhaler?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: It-tender li minnu kellha tiġi mixtrija il-mediċina Beclomethasone 250mcg inhaler kellu jiġi kkanċellat minħabba fi problemi waqt l-ipproċessar ta' l-offerti. Biss id-dipartiment ipproċessa ordni oħra għal 6250 inhalers (bejn wieħed u ieħor dawn għandhom iservu għal sitt xhur bil-konsum ġdid) li minnha għandu jasal l-istokk fi żmien xahar ieħor. Meta jasal dan l-istokk jkunu jistgħu jiġu mibdija l-biċċa l-kbira tal-pazjenti ġodda fuq din il-mediċina.


RAĦAL ĠDID - GĦAJN DWIELI - GARAXXIJIET

13592. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-garaxxijiet li hemm fi plot 9, Għajn Dwieli, Raħal Ġdid humiex se joħorġu għall-bejgħ jew kiri? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema prezz?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Il-garaxxijiet indikati se joħorġu għall-bejgħ fi ftit taż-żmien ieħor. Il-prezz tagħhom jiġi stabilit hekk kif ikun lest il-proġett.


DJAR - FILE NO. LSS REF NO. 951/92

13593. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,162 u ċioe' jista' jgħid meta persuna minn Gwardamangia, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, se jkun jista' jagħmel il-kuntratt biex ibigħ il-post li għandu fil-Mosta u jerġa' jingħata s-sussidju lura?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajtek.


DJAR - TISWIJIET

13594. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,165 u ċioe' jista' ġentilment jara li min hu responsabbli fit-Taqsima tal-Manutenzjoni u Tiswijiet tal-Bini tal-Gvern jara li jsiru l-arranġamenti fil-gallarija ta' flat 9, Blokk B, Housing Estate, Pieta'?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajtek.

DJAR - TISWIJIET

13595. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,164 u ċioe' issa li ġie s-surveyor mid-Dipartiment tat-Taqsima tal-Manutenzjoni u Tiswijiet tal-Bini tal-Gvern bi spezzjoni fi Blokk B/7, St. Joseph Street, Valletta, jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet kollha rikjesti biex jiġi, fost affarijiet oħra, imneħħi l-periklu li hemm fuq il-bejt?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajtek.


DJAR - KAŻ TA' HOUSING

13596. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,169 u ċioe' jista' jgħid għaliex il-każ tal-housing tal-persuna, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, ġie solvut b'sentenza favuriha wara li din ħarġet il-każ fil-beraħ quddiem il-Prim Ministru, li minn naħa tiegħu għen fejn ħaddieħor fid-dipartiment vestit il-poter ma wasalx biex jgħid lil dan iċ-ċittadin?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajtek.


DJAR - BDIL TA' POSTIJIET

13597. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,170 u ċioe' jista' jgħid għal xiex kien dovut id-dewmien fl-ipproċessar tal-bdil ta' flats/postijiet fuq talba tal-persuna, li isimha diġa' intbagħat separatament, meta skond nies fid-dipartiment stess minn fuq it-telephone dan id-Direttur kien iffirmahom xhur qabel?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajtek.


ETC - GRANT THORNTON

13605. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol għamlet il-Grant Thornton għall-Korporazzjoni ta' l-Impjiegi u Taħriġ matul is-sena li għaddiet u kemm tħallset ta' dan ix -xogħol? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ħarġux tenders għal dan ix-xogħol?
ONOR. EDWIN GRECH: Id-ditta ta' l-awdituri Grant Thornton (mhux Grant Thompson) ġiet inkarigata b'xogħol ta' awditjar operazzjonali tal-korporazzjoni f'Novembru tas-sena li għaddiet, liema xogħol beda fil-bidu ta' Diċembru ta' l-istess sena. Sal-lum id-ditta għadha ma tħallsitx għal dan ix-xogħol. Ir-rata miftehma għal dan ix-xogħol kienet għal Lm13.33c fis-siegħa, iżda l-ispiża m'għandhiex teċċedi Lm4000 għal ta' l-anqas 300 siegħa xogħol professjonali.
Ma nħarġux tenders speċifikament għal dan ix-xogħol iżda minn tender maħruġ mill-korporazzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' verifika (ETC Tender 2/97), irriżulta li d-ditta Grant Thornton kellha l-aktar rati vantaġġjużi. Għalhekk, id-ditta Grant Thornton ġiet appuntata bħala d-ditta ta' l-awdituri tal-korporazzjoni għas-sena finanzjarja 1997 - 1998.


SPTAR ZAMMIT CLAPP - CHAIRMAN

13648. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra tar-riżenja tas-Sur Michael Mallia minn Chairman ta' l-Isptar Zammit Clapp?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


SAĦĦA - AĠENTI TAL-MEDIĊINI

13649. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-aġenti tal-mediċini li ġew awarded tenders għall-mediċini matul is-snin 1996 u 1997 kif ukoll il-valur tat-tender li ġie awarded lil kull aġent tul dawn is-sentejn individwalment? Kemm minn dan l-ammont kien għal direct order lil kull aġent individwalment?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Peress li r-risposta tinvolvi ħafna xogħol u ħin utili tad-dipartiment, jista' l-Membru jkun iktar speċifiku jekk għandux xi ħaġa f'moħħu?
Dwar id-direct orders li ngħataw fl-1997 diġa' ingħatat risposta permezz ta' mistoqsija parlamentari numru 12702.


BIEDJA - PRODOTTI

13818. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Għall-perijodu mill-1.7.97 sal-lum, jista' l-Ministru: 1) jagħti listi dettaljati u separati tal-prodotti kollha (makkinarju, żrieragħ, apparat, eċċ) użati fl-industrija tal-biedja u sajd li fuqhom kien hemm eżenzjoni minn ħlas ta' ETI; 2) jgħid lil min ingħataw l-exemptions; 3) jgħid x'inhu l-valur ta' kull importazzjoni li fuqha kien hemm exemption; u 4) jgħid x'inhu l-valur ta' kull exemption indikata f'(3)?
ONOR. NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
UFFIĊINI TA' L-EXTENSION SERVICES - IMPJEGATI

13819. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati/uffiċjali f'kull uffċċju ta' l-extension service kif ukoll il-grad ta' kull ħaddiem?
ONOR. NOEL FARRUGIA: In-numru ta' mpjegati fl-uffiċċju ta' l-Extension Service tar-Rabat, Mosta, Siġġiewi u Żabbar huma 16. Dawn huma mqassma hekk:
Rabat

Senior Agricultural Officer 1

Fisheries Officer 1

Technician III 1

Messenger 1
Mosta

Senior Agricultural Officer 1

Assistant Principal 1

Technician 1

Clerk 1

General Hand 1
Siggiewi

Agricultural Officer 1

Assistant Principal 1

Assistant Agricultural Foreman 1
Zabbar

Senior Agricultural Officer 1

Post Person 1

General Hand 1
Impressed Car Driver 1


BIEDJA - NUTRITIONIST

13820. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment impjegax xi nutritionist matul l-1997/1998 u jekk fl-affermattiv jekk dan ġiex impjegat wara call for application pubblika; jgħid kemm kien in-numru ta' applikanti; jgħid x'kienu l-kwalifiki u l-esperjenza mitluba; jgħid min ġie magħżul; u jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt ta' impjieg ta' l-istess nutritionist fuq il-Mejda tal-Kamra?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura akkwista s-servizzi ta' nutrionist tal-bhejjem fl-1997. Dan huwa espert barrani residenti f'Malta, Dr. Peter Jackson, li ħadem ħafna f'dan il-qasam u li għandu l-ogħla kwalifiki possibbli.
Is-servizzi ta' dan l-espert ġew akkwistati bi ftehim bejn id-Direttur tal-Agrikoltura u l-individwu.
M'hemm l-ebda kuntratt formali.


TA' QALI - UFFIĊĊJU TA' L-EXTENSION SERVICE

13821. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid min se jimmaniġja l-Uffiċċju ta' l-Extension Service f'Ta' Qali; jekk huwiex xi ħadd fid-Dipartiment tal-Biedja u jekk fin-negattiv ħarġitx xi call for application għall-għażla ta' din il-persuna; meta nħarġet il-call for application; xi kwalifiki u x'esperjenza ntalbu?
ONOR. NOEL FARRUGIA: L-uffiċċju ta' l-Extension Service f'Ta' Qali se jiġi mmexxi mill-uffiċjal inkarigat mill-Extension Service tad-Dipartiment tal-Agrikoltura.


GOZO CHANNEL - VAPURI

13826. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-maltempata li ħakmet il-gżejjer Maltin nhar l-Erbgħa u nhar il-Ħamis, 25 u 26 ta' Marzu u l-vapuri tal-Gozo Channel kellhom jikkanċellaw bosta trips, l-MAC (Malta Air Charter) operat helicopter wieħed bejn gżira u oħra? Kemm għandha helicopters għad-dispożizzjoni tagħha l-kumpannija? Jista' l-Ministru jagħti l-għadd ta' passiġġieri li nġarru bis-servizz ta' l-ajru fil-jumejn indikati hawn fuq?
ONOR. KARMENU VELLA: Fl-24 siegħa bejn il-25 u s-26 ta' Marzu li għadda il-Malta Air Charter operat 52 titjira u ġarret il-passiġġieri kollha (1400) li riedu jaqsmu bejn Malta u Għawdex.
Għalkemm il-kumpannija bħalissa għandha żewġ helicopters għad-dispożizzjoni tagħha, din l-okkażjoni l-aktar operazzjoni loġika li jitħaddem helicopter wieħed minħabba, bħalma forsi hu magħruf, li r-regoli ta' l-avjazzjoni ċivili jinponu restrizzjonijiet rigward il-landing ta' aktar minn helicopter wieħed fil-Heliport ta' Għawdex, kif ukoll it-titjiriet ta' aktar minn helicopter wieħed matul il-lejl.


GĦAWDEX - UFFIĊĊJU TAL-KUNSILL LOKALI

13827. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13415 , jista' l-Prim Ministru jgħid meta kienet ġiet sottomessa applikazzjoni għall-permess tal-bini f'Kerċem li kellu jilqa' fih l-uffiċċju tal-kunsill lokali kif ukoll l-għassa tal-pulizija u l-berġa tal-lokal, billi dawn jinsabu jiffunzjonaw minn ġewwa l- iskola primarja tal-gvern u fejn qegħdin jokkupaw spazju bżonnjuż għall-amministrazzjoni ta' l-istess skola?
ONOR. ALFRED SANT: Ir-risposta għal din il-mistoqsija tinghata f'xi seduta oħra.

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB




DJAR - XIRI

W1,177. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11254, u ċioe' jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment l-ewwel informa lill-persuna li setgħet tixtri l-post u wara oġġezzjonawlha peress li fit-tweġiba tiegħu afferma biss l-oġġezzjoni iżda mhux ir-raġuni għaliha?
ONOR. ALFRED PORTELLI: L-oġġezzjoni saret mill-Valletta Rehabilitation Project.
Id-dokument relattiv tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


PA - APPLIKAZZJONI NRU. PA 2706/97

W1,285. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall-permess maħruġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq l-applikazzjoni numru PA 2706/97, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk qabel dan il-permess kienx jeżisti xi permess ieħor fuq l-istess bini u jekk fl-affermattiv, meta u b'liema numru nħareġ dan il-permess l-ieħor, kif ukoll jekk huwiex lill-istess sid?
ONOR. GEORGE VELLA: Mir-records ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma nstabet l-ebda applikazzjoni oħra fuq is-sit indikat fl-applikazzjoni numru PA 2706/97.
Dan ma jfissirx li fuq is-sit m'hemmx permess għar-raġuni li r-records antiki mhux dejjem huma preċiżi.

---------------------
Yüklə 326,35 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin