Il-marda tal-vajrus tal-Ebola – Informazzjoni għall-vjaġġaturi X’inhi l-marda tal-vajrus tal-Ebola?



Yüklə 26,84 Kb.
tarix08.01.2019
ölçüsü26,84 Kb.
#92973

Il-marda tal-vajrus tal-Ebola – Informazzjoni għall-vjaġġaturi

X’inhi l-marda tal-vajrus tal-Ebola?
L-Ebola hija marda kiefra u rari, ta’ spiss fatali, ikkawżata mill-vajrus tal-Ebola.
Din tigi trasmessa permezz ta’ kuntatt dirett mad-demm jew fluwidi oħra tal-ġisem (pereżempju: il-bżieq u l-urina) minn persuni infettati, mejtin jew ħajjin. Dan jinkludi l-kuntatt sesswali bla protezzjoni ma’ pazjenti sa seba’ ġimgħat wara li jkunu fiequ minnha.
Il-marda tista teħoda wkoll minn kuntatt dirett mad-demm u fluwidi oħra tal-ġisem ta’ annimali slavaġġ infettati, mejtin u ħajjin, bħalma huma x-xadini, l-antilopi tal-foresta u l-friefet il-lejl.
Il-vajrus tal-Ebola ma jiġix trasmess fl-arja kif jiġri fil-każ tal-influwenza.
Il-marda tista’ tibda f’salt wieħed bejn jumejn u 21 jum wara li tiġi f’kuntatt mal-vajrus: jitlagħlek id-deni, jaqbdek uġigħ fil-muskoli, taħmek l-għeja, ikollok uġigħ ta’ ras u jibdew juġawk griżmejk.
Wara dan l-istadju, il-marda tibda tikkawża remettar, dijarea u raxx, u l-fwied u l-kliewi ma jibqgħux jiffunzjonaw tajjeb. Xi pazjenti jkollhom xi ħruġ ta’ demm intern u estern u ħafna organi jiefqu jaħdmu.
M’hemm l-ebda tilqima jew trattament speċifiku għal din il-marda.

Ir-Riskju ta’ infezzjoni mill-Ebola u kif tevitaha
Anke jekk tkun qed tgħix f’żoni affetwati jew ivvjaġġajt fihom, ir-riskju tal-infezzjoni tal-vajrus tal-Ebola hu żgħir ħafna, sakemm ma tkunx ġejt espost b’mod dirett għal fluwidi tal-ġisem ta’ bniedem jew annimal ħaj jew mejjet infettat. Il-kuntatt ma’ fluwidi tal-ġisem jinkludi l-kuntatt sesswali ma’ pazjent sa seba’ ġimgħat wara li jkunu fiequ.
Kuntatt każwali f’postijiet pubbliċi ma’ nies li ma jidhrux li huma morda ma jittrasmettix l-Ebola. Ma tistax taqbad il-vajrus tal-Ebola billi tmiss flus, prodotti tal-merċa jew tgħum f’pixxina. In-nemus ma jitrasmettix il-vajrus tal-Ebola.
Il-vajrus tal-Ebola jista’ jinqatel faċilment bis-sapun, bil-bliċ, bid-dawl tax-xemx jew bit-tnixxif. Il-ħasil fil-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ li jkunu ġew ikkontaminat mill-fluwidi joqtol il-vajrus tal-Ebola. Fuq uċuħ li jkunu esposti għax-xemx jew li jkunu nixfu, il-vajrus tal-Ebola jgħix biss għal żmien qasir.
Tifqigħa fl-2014
Bħala miżura ta' prekawzjoni biex jillimitaw espożizzjoni fiż-żoni milquta bl-Ebola, l-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika jirrakkomandaw l-pubbliku ġenerali biex jevita l-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn in-nazzjonijiet Afrikani tal-Punent affettwati tal-Ginea, Liberja, Sierra Leone, n-Niġerja u l-Provinċja Ekwatorjali tar-Reppublika tal-Kongo.

Jekk il-vjaġġ ma jistax jiġi evitat, dan li ġej huwa rakkomandat :


Avża lil dawk li ġejjin lura mill-Ginea, Liberja, Sierra Leone, n-Niġerja u u l-Provinċja Ekwatorjali tar-Reppublika tal-Kongo:


  • Jikkuntatjaw l-Awtorita tas-Saħħa Pubblika fuq +356 21324086 mal-wasla tagħhom f’Malta għal aktar informazzjoni u tagħrif;

  • Jekk jiżviluppa deni, bi / mingħajr l-ebda sintomi assoċjati mal-uġigħ fil-muskoli, dgħjufija, uġigħ ta' ras, uġigħ fil-griżmejn, rimettar, dijarea, raxx, tbenġil u telf ta’ demm fi żmien 21 jum wara l-wasla tiegħek :

o Ibqa’ il-dar u tmurx għand it-tabib tiegħek jew f’xi ċentru tas-saħħa tiegħek


o Ikkuntattja l-Awtorità tas-Saħħa Pubblika IMMEDJATAMENT
Parir lil kull min jkun sejjer lejn il-Ginea, Liberja, Sierra Leone, n-Niġerja u u l-Provinċja Ekwatorjali tar-Reppublika tal-Kongo:
Ir-riskju li tkun espost għall-vajrus tal-Ebola hu baxx ħafna. Dawn il-miżuri preventivi li ġejjin għandhom jeliminawlek ir-riskju li tiġi infettat :


  • Evita kuntatt dirett mad-demm jew il-fluwidi tal-ġisem ta’ pazjent jew kadavru u ma’ oġġetti possibilment kontaminati;

  • Evita kuntatt mill-qrib ma’ annimali selvaġġi ħajjin jew mejtin u tikolx laħam tal-annimali selvaġġi;

  • Evita rapporti sesswali bla protezzjoni

  • Żomm iġene personali

Jekk tiżviluppa xi sintomi filwaqt li tkun f’pajjiż infettat :




  • Fittex attenzjoni medika minnufih

  • Għamel kuntatt ta’ professjonista mediku bit-telefon qabel ma’ tmur għandu/ha, biex b’hekk jkun hemm ħin biżżejjed biex it-tim mediku jkollu protezzjoni xierqa fil-ħin tal-ammissjoni

  • Tivjaġġax

F’każ li waqt illi tkun f’pajjiż infettat u tkun espost direttament għal xi fluwidi tal-ġisem minn persuna jew annimal infettat, ħaj jew mejjet, inkluż kuntatt sesswali mhux protett ma’ pażjent li jkun qed jirkupra, għandek :




  • Tfittex attenzjoni medika

  • M’għandekx tivjaġġa sakemm ikunu għaddew 21 jum mill-aħħar espożizzjoni ma’ persuni jew annimali infettati

  • Informa l-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika f’Malta malli tirritorna lura, billi ċċempel fuq 21 324086.


Għal aktar informazzjoni ċempel fuq in-numru tal-għajnuna tas-Saħħa Pubblika, (+356) 21324086.
Yüklə 26,84 Kb.

Dostları ilə paylaş:




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin