Malta debates tal-kamra tad-deputati



Yüklə 319,16 Kb.
səhifə1/5
tarix15.01.2019
ölçüsü319,16 Kb.
#96562
  1   2   3   4   5
    Bu səhifədəki naviqasiya:
  • MINUTI

MALTA

DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
(Rapport Ufficjali u Rivedut)


IT-TMIEN PARLAMENT

Seduta Nru. 19


L-Erbgħa, 29 ta'Jannar, 1997

Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan

Kamra tad-Deputati

MALTA

Prezz Lm1


IT-TMIEN PARLAMENT


Seduta Nru. 19


L-Erbgħa, 29 ta' Jannar, 1997

Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament,

il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.08 p.m.

Talba

SEDUTA NRU. 19
L-Erbgħa, 29 ta' Jannar, 1997

WERREJ

MINUTI 32

MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 32

STQARRIJA MINISTERJALI 40

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 43

KUMITAT TA' PROVVISTA - ESTIMI ĠENERALI 1997 43

IT-TIELET JUM STABBILIT 43

MINISTERU TAT-TURIŻMU 43

AĠĠORNAMENT 74





MINUTI



Il-Minuti tas-Seduta Nru. 18 li saret fis-29 ta' Jannar, 1997 ġew konfermati.

MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI




AKKOMODAZZJONI - ALTERNATTIVA

260. L-ONOR. CARMELO ABELA (f'isem l-Onor. Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li persuna minn Raħal Ġdid (li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu taħt separate cover) jingħata akkomodazzjoni alternattiva u possibbilment jingħata l-post ta' Block 15/3, Triq il-Begonja, Santa Luċija li reċentement safa battal?
ONOR. ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Jien informat illi l-persuna ndikata lanqas biss kienet għadha applikat fil-ġurnata li ġiet intavolata l-mistoqsija għax l-applikazzjoni saret jumejn wara jiġifieri, fit-12 ta' Diċembru, 1996. Barra minn hekk l-applikant għadu ma pproduċiex iċ-ċertifikati meħtieġa.


VALLETTA - BUS SHELTERS

272. L-ONOR. CARMELO ABELA (f'isem l-Onor. Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi naf li diġa' ġew approvati li jsiru bus shelters fil-Belt Valletta kif ukoll li anke tlesta d-disinn tagħhom, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dan id-dewmien kollu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
ONOR. GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): Nixtieq ninforma lill-Onor. Schembri Adami li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma jirriżultalix li rċeviet xi applikazzjoni għal bus shelters fil-Belt Valletta.


VALLETTA - DJAR

273. L-ONOR. CARMELO ABELA (f'isem l-Onor. Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' konsiderazzjoni waslet l-applikazzjoni ta' l-inkwilina mill-Belt (li d-dettalji tagħha qed nibgħathom taħt separate cover)? X'assigurazzjoni jista' jagħti l-Gvern lill-applikanta li tinqeda fl-iqsar żmien possibbli, meta wieħed jikkonsidra li l-każ tagħha manifestament ġenwin u l-fatt li din ilha tapplika sa mill-1977?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi din l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata fid-dawl ta' x'tip ta' postijiet ikunu tbattlu kif ukoll it-82 applikazzjoni oħra mill-Belt Valletta li għandna pendenti, liema applikazzjonijiet jitrattaw ukoll każijiet ta' saħħa. Nixtieq ngħid ukoll li l-applikazzjoni in kwestjoni fil-fatt daħlet fl-1988 u mhux fl-1977.


TOROQ - TISWIJA

274. L-ONOR. CARMELO ABELA (f'isem l-Onor. Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Gvern jara li Triq San Kristofru, kantuniera ma' West Str u ma' Bull Str, fil-Belt Valletta tiġi rranġata, speċjalment issa wara li crane li kien hemm fl-istess triq ħalla warajh diversi ħsarat?
ONOR. JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem l-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Għalkemm it-tiswijiet ta' bankini taqa' taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali, it-Taqsima tax-Xogħlijiet, permezz tal-proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, se tara x'jista' jsir biex tissewwa din it-triq.


FURJANA - APPARTAMENTI

275. L-ONOR. CARMELO ABELA (f'isem l-Onor. Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jistudja l-każ li jittratta djar residenzjali fil-blokk ta' appartamenti numru 46 fi Triq is-Suq, il-Furjana, li wara maltempata fis-6 ta' Novembru, 1994 erba' soqfa sfrundaw fuq xulxin? Peress li wara dan l-inċident, familja anzjan - b'file No. RO 52153 - ġiet mogħtija post alternattiv fi Triq V. Dimech, Floriana, li fih 75 tarġa, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex il-blokk ta' appartamenti fi Triq is-Suq, il-Furjana, jiġi rranġat kemm jista' jkun malajr?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-blokk ta' appartamenti li l-Onor. Interpellantfi qed jirreferi għalih u li jinsab fi Triq is-Suq, il-Furjana, huwa proprjeta' privata u li dwaru għaddejjin proċeduri fil-qrati.


ĦAMRUN - PARKING AREA

276. L-ONOR. CARMELO ABELA (f'isem l-Onor. Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li s-suq tal-Ħamrun, li bħalissa mhu qed jintuża għal xejn, jinbidel f'parking area biex tittaffa' l-problema ta' parking li hemm f'dawn l-inħawi?
ONOR. GEORGE VELLA: Nissuggerixxi li l-Onor. Membru jirriferi għall-mistoqsija parlamentari numru 48 u r-risposta mogħtija f`Seduta Nru 9.
MADAM SPEAKER (L-Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor. Jean Pierre Farrugia, mistoqsija supplimentari.

ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA: Fil-fatt, jiena kont innotajt it-tweġiba għall-mistoqsija li rrifera għaliha l-Onor. Viċi Prim Ministru u din it-tweġiba kienet fis-sens li se jsir underground car park. Jidhirlux il-Viċi Prim Ministru, li ladarba fil-Ħamrun huwa żona mibnija ħafna hemm bżonn li nissalvagwardaw il-ftit open spaces li għad fadal, u din hija proprju waħda mill-ftit open spaces li hemm?
MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.
ONOR. GEORGE VELLA: Madam Speaker, jiena m'iniex dak li jiddeċiedi jekk għandux isir underground car park f'din l-area jew inkella għandhiex tinżamm bħala open space. Jekk hemm xi applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jiena fiduċjuż li l-Bord ta' l-lppjanar jittrattaw din l-applikazzjoni skond il-policies li għandha - fejn jieħu in konsiderazzjon dawn l-affarijiet kollha - u mbagħad aħna jkollna naċċettaw id-deċiżjonijiet tagħhom għax wara kollox dawn huma nies magħżulin biex jieħdu deċiżjonijiet bħal dawn f'isem il-poplu Malti.
MADAM SPEAKER: Mistoqsija supplimentari l-Onor. Jean Pierre Farrugia.
ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA: Bħala Ministru responsabbli mill-Ambjent, jidhirlek li hija prijorita' li f'bliet mibnija, bħalma hu l-Ħamrun, il-ftit wesgħat li għad fadal ma jinbnewx?
MADAM SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.
ONOR. GEORGE VELLA: Jiena naqbel ma' l-Onor. Interpellant li wieħed għandu jagħmel minn kollox biex jipprova jżomm daqsxejn pulmuni miftuħin f'postijiet li huma mibnija, pero' nerġa' ntenni, Madam Speaker, li l-Gvern jista' jindika ċertu direzzjoni ta' policy, pero' mbagħad il-policies joħorġu mill-istructure plan. Għandek ukoll il-local plans li jkunu aktar dettaljati biex ikunu jistgħu jiggwidaw aħjar lil min ikun se jiddeċiedi fuq permessi għal proġetti li jkunu preżentati quddiem il-Planning Authority. Jiġifieri jiena nikkondividi mija fil-mija dak li qed jgħid il-kollega tiegħi illi kemm jista' jkun ikun għandu jitħalla l-ispazju ħalli jagħti l-arja lil ċerti bliet. Bla dubbju ta' xejn, dan huwa wieħed mill-aspetti li l-Bord tal-Planning Authority jikkonsidra meta jkun qed jittratta applikazzjonijiet bħal dawn.


KUNSILLI LOKALI

1071. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali talbu biex jiltaqgħu miegħu mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-15 ta' Jannar, 1997? Meta talbuh u ma' min minnhom iltaqa' hu personalment?
ONOR. CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-kunsilli lokali li talbu biex jiltaqgħu miegħi bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-15 ta' Jannar, 1997 kienu dawn:-


Valletta

14-Nov'96

Safi

4-Nov'96

Ta'Xbiex

11-Nov'96

Iklin

22-Nov'96

Qormi

11-Dic'96

Żejtun

21-Nov'96

Marsa

12-Nov'96

B'Buġia

1-Nov'96

Ħamrun

5-Nov'96

Kalkara

18-Nov'96

Gżira

4-Nov'96

Dingli

7-Nov'96

Għaxaq

5-Nov'96

Kirkop

12-Nov'96

Mellieħa

1-Nov'96

Mġarr

7-Nov'96

Għarb

19-Nov'96

Fontana

13-Nov'96

Kerċem

14-Nov'96

San Lawrenz

6-Nov'96

Rabat Malta

18-Nov'96

Jiena ltqajt mal-Kunsilli Lokali ta' Marsascala, Santa.Venera, Paola, Luqa u Qormi, filwaqt li ġie mfassal programm ta' laqgħat mal-kunsilli lokali l-oħra kollha.




VAT - KONSULENT/I BARRANIN

1072. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Gvern inkariga konsulent jew konsulenti barranin biex jaħdmu fuq is-sistema u/jew il-liġi l-ġdida li għandha tissostitwixxi l-liġi tal-VAT? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid min huma, kemm se jitħallsu, tqabdux wara sejħa pubblika jew direttament, x'inhuma t-terms of reference tagħhom u sa meta huma mistennija li jispiċċaw ix-xogħol tagħhom?
ONOR. JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi): Mhux il-każ. Li sar kien li espert tat-tassazzjoni barrani intalab jagħti kontribut fit-tħejjijiet li qed jagħmel il-Gvern. Dan kien Prof. D.W. Williams. Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li f'każ bħal dan ma jsirux sejħiet.
MADAM SPEAKER: Mistoqsija supplimentari. L-Onor. Joseph Cassar.
ONOR. JOSEPH CASSAR: Jista' l-Ministru jgħidli l-Gvern kemm se jħallsu lil dan l-espert?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Membru biex jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli jingħata tweġiba f'aktar dettall.

MADAM SPEAKER: Grazzi.

MLP - PROPRJETA' TAL-GVERN

1073. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi proprjeta' tal-Gvern hi mogħtija lill-Malta Labour Party, taħt liema titolu hi mogħtija, għal kemm kera/ċens fis-sena, meta sar l-aħħar ħlas tal-kera/ċens, jekk hemmx arretrati x'jitħallsu u jekk iva, kemm hemm u jekk s'issa tteħditx xi azzjoni legali f'dan ir-rigward?
ONOR. JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.


AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - PUNTI LILL-APPLIKANTI

1074. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għar-risposta li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 723, peress li d-deċiżjoni ta' l-Amministrazzjoni preċedenti kienet li jiġu ppubblikati l-punti li jingħataw lill-applikanti malli tidħol l-applikazzjoni tagħhom u tiġi reġistrata fuq il-"computer system" tad-dipartiment u dan indipendentement minn kull spezzjoni li tista' ssir wara - ovvjament bis-salvagwarda li jekk issir spezzjoni u l-punti jiġu aġġustati dan l-aġġustament jirrifletti ruħu fil-pubblikazzjoni ta' wara - liema deċiżjoni kienet politikament kuraġġuża u għaqlija billi kull applikant seta' b'dan il-mod ikun jaf mhux biss il-pożizzjoni tiegħu iżda anke dik ta' applikanti oħra ħalli b'dan il-mod tikber it-trasparenza, ma jidhirlux il-Ministru li jkun għaqli ħafna li din id-deċiżjoni tibda tiġi mplimentata mmedjatament?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-dipartiment ma jaqbilx, anzi jirreżisti, li l-punti jiġu ppubblikati qabel tkun saret l-ispezzjoni, għaliex dan jista' joħloq diżgwid serju meta jkun hemm bżonn li jinbidlu l-punti . Informat ukoll illi l-Amministrazzjoni preċedenti kienet konxja ta' dan u kienet taqbel, anzi, qabel il-pubblikazzjoni, barra mill-ispezzjoni kellu jintbagħat ukoll kwestjonarju lill-applikanti kollha biex jaraw min minnhom kien għadu interessat fl-applikazzjoni.
MADAM SPEAKER: Mistoqsija supplimentari. L-Onor. Jean Pierre Farrugia.

ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA: Jista' l-Ministru jikkonferma li wara li ssir l-ispezzjoni l-punti se jibdew isiru pubbliċi?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar.
ONOR. ALFRED PORTELLI: Le.
MADAM SPEAKER: Mistoqsija supplimentari l-Onor. Austin Gatt.

ONOR. AUSTIN GATT: Nifhem allura li l-politika hi li m'hemmx ħsieb li dawn il-punti qatt xi darba jiġu ppubblikati taħt l-ebda ċirkostanza.
MADAM SPEAKER: Il-Ministru tad-Djar.
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jiena diġa' weġibt li s'issa l-affarijiet għadhom kif kienu qabel.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Jean Pierre Farrugia.
ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA: GĦaliex le?
ONOR. ALFRED PORTELLI: GĦamilli l-mistoqsija bil-miktub u nerġa' nwieġbek.


KIRI - TELECELLS/KAROZZI

1075. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellhom telecells u karozzi mikrija l-ministeri, dipartimenti tal-gvern, korporazzjonijiet pubbliċi u enti statutorji pubbliċi oħra kontrollati mill-gvern (b'esklużjoni ta' kumpanniji reġistrati mar-Registrar of Partnership) fl-1 ta' Settembru, 1996 u kemm kellhom fil-15 ta' Jannar, 1997?
ONOR. ALFRED SANT (Prim Ministru): It-tagħrif mitlub jingħata f'xi seduta oħra.


MINISTERU TAL-FINANZI - TELECELLS/KAROZZI

1076. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: B'riferenza għall-kumpanniji elenkati f'paġni 351 u 352 ta' l-Estimi ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom telecells u karozzi mikrija fl-1 ta' Settembru, 1996 u kemm kellhom fil-15 ta' Jannar 1997?
ONOR. JOE MIZZI (f'isem l-Onor. Lino Spiteri): L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata tweġiba f`xi seduta oħra.


IMWIET - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU

2163. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien, sena b'sena, in-numru ta' imwiet li ġraw f'inċidenti tat-traffiku? Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema lokalitajiet seħħew dawn l-imwiet, sena b'sena, mill-1976 sal-lum? Ta' liema age groups kienu l-vittmi?
ONOR. ALFRED SANT: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Tabella li tagħti l-għadd ta' mwiet kawża ta' inċidenti tat-traffiku mill-1986 sat-23/1/97
Dawn ir-records imorru lura sa l-1986 jiġifieri minn meta r-records tal-Pulizija ġew komputerizzati.
L-Onor. Membru qed jistaqsini wkoll jekk għandix it-total. Effettivament m'għandix it-total pero' dawn wieħed jista' jgħoddhom u jasal għat-total. L-informazzjoni li għandhi hija abbażi ta' reġjun reġjun, post b'post u s-snin ta' l-imwiet.
MADAM SPEAKER: Mistoqsija supplimentari. L-Onor. Michael Bonnici.
ONOR. MICHAEL BONNICI: Fuq din l-istess mistoqsija, Madam Speaker, nixtieq ngħid lill-Prim Ministru li dan l-aħħar kont għamilt aġġornament fuq dan is-suġġett u kont issuġġerejt li jsiru xi TV cameras f'ċerti toroq. Jien naħseb li dan huwa mezz effettiv għal kontra s-sewqan eċċessiv u li probabbli qed ikun il-kaġun ta' diversi diżgrazzji u mwiet li qed ikollna. Nixtieq nistaqsi jekk il-Pulizija hijiex qegħda tagħmel sorveljanza biżżejjed, anke matul il-lejl jew kmieni fil-għodu, b'mod speċjali fil-weekends, minħabba dan is-sewqan esaġerat? Il-Pulizija għandha tara wkoll li tuża l-aktar mezzi effikaċi, bħal per eżempji, il-breathilizer li jistgħu jindikaw jekk dak li jkun ikunx taħt l-influwenza ta' xorb jew sustanzi oħra. Jista' l-Prim Ministru jordna lill-Pulizija biex dawn il-każijiet inkunu mistħarrġa f'iktar dettalji?
MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.
ONOR. ALFRED SANT: Jiena Sinjura President, nirringrazzja lill-Onor. Membru tas-suġġerimenti li qed jagħmel u naħseb illi huwa importanti li jkonna dejjem aktar suġġerimenti kif nistgħu nilqgħu għal din il-pjaga ta' mwiet kaġun ta' inċidenti tat-traffiku li qegħdin jiżdiedu b'rata allarmanti. Naħseb li r-risposta għal din il-problema ma tridx tkun parzjali, fis-sens li nipprovaw nagħmlu xi ħaġa biċċa biċċa, imma trid tkun xi ħaġa sistematika u sistemika, jiġifieri, trid tħares lejn il-fatturi kollha li qegħdin jikkontribwixxu għal din il-problema.
Waħda mill-fatturi li nitkellmu dwarha hija r-riorganizzazzjoni tal-Pulizija biex ikunu aktar iggerjati ħalli jaqdu ċerti dmirijiet. GĦal dan il-għan qed nagħmlu r-rapport dwar il-Pulizija, biex minnu naslu għal riforma strutturali ħalli mbagħad affarijiet li huma aktar relatati max-xogħol ta' sigurta' pubblika jkunu jistgħu jiġu handled b'aktar effiċjenza.
Fattur ieħor huwa l-użu tat-teknika ġdida li semma' l-Onor. Interpallant bħal cameras tat-television, biex ikunu jistgħu jissorveljaw l-abbużi tas-sewqan.
It-tielet punt ukoll li rridu nferrxu l-kultura fost il-pubbliku dwar kif inġibu ruħna fis-sewqan fit-toroq. Għandna toroq li wieħed jista' jikkritikahom ukoll għal mod kif inhuma mfassla jew għal mod ta' kif iridu jiġu rranġati biex ilaħħqu mal-problemi ta' konġestjoni tat-traffiku. Għandna problemi ta' karozzi li mhux dejjem huma addattati u f'kondizzjoni tajba għal esiġenzi tal-lum. Għandna wkoll il-problema ta kemm il-pubbliku qed juri dixxiplina u ħila waqt is-sewqan. Dawn huma kollha fatturi li jidħlu f'pakkett wieħed u wħud minnhom huma l-elementi li għadu kif semma' l-Onor. Interpellant.


TARZNA - ĦADDIEMA
2164. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema li fil-preżent qed jaħdmu fit-Tarzna? Kemm hu n-numru ta' apprendisti fit-Tarzna fil-preżent ? Jista' jagħti tagħrif dwar minn liema bliet u rħula ġejjin dawn il-ħaddiema u apprendisti?
ONOR. ALFRED SANT: It-tweġiba hi kif ġej:-
1.. In-numru ta' ħaddiema fit-Tarzna huwa ta' tlett elef, tlett mija u sitta u erbgħin (3,346) li jinkludu seba u tletin (37) casual employees.
2. In-numru ta' apprendisti fit-Tarzna huma erba' imqassmin hekk:
1 - 1993 Entry

3 - 1996 Entry



3.Il-ħaddiema u l-apprendisti tat-Tarzna ġejjin mill-ibliet u l-irħula kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.


KAXXI TA' L-ITTRI

2165. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' letter boxes għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, raħal b'raħal? X'inhi l-proċedura wżata biex titwaħħal letter box ġdida? Kemm hemm talbiet pendenti bħalissa biex jitwaħħlu letter boxes ġodda? GĦal-liema lokalitajiet saru dawn it-talbiet? Meta hu mistenni li jiġu moqdija t-talbiet li hemm pendenti, jekk hemm?
ONOR. JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Jiena nformat li n-numru ta' letter-boxes għad-disposizzjoni tal-pubbliku huwa ta' 540 u dawn huma mqassma f'dawn iż-żewġ tabelli li nitlob lill-Kamra teżentani milli naqrahom.
MALTA


Balzan (Lija, Attard, Iklin)

22

B'Bugia (Benghajsa, Qasam Industrijali ta' Hal-Far)

8

B'Kara (Fleur-de-Lys, Tal-Balal, Ta' Paris)

16

Bormla (Isla, Birgu, Kalkara, Rikazli, Bighi, Rinella, Fortini)

21

Gzira (Manoel Island)

9

Hamrun (Sta. Venera, Marsa)

23

Hal-Luqa

9

Malta International Airport

1

Mosta (Mgarr, Bidnija, Zebbiegh, Taz-Zokrija, Tarġa Gap)

18

Msida (Ta' Xbiex, Pieta, G'Mangia)

21

Naxxar (Gharghur, San Pawl tat-Targa Baħar ic-Caghaq, Maghtab




Madliena, Ta' Stronka, Birguma)

11

Raħal Gdid (Fgura, Tarxien, Sta. Lucija, Kordin)

28

Hal-Qormi (Siggiewi)

25

Rabat (Mdina, Dingli, Mtahleb, Kuncizzjoni, Bahrija, Bingemma, Mtarfa)

30

San Gwann (Ta' Giorni, Kappara, Taz-Zwejt, The Village, Qasam Industrijali ta' San Gwann, Parti minn Tal-Balal)

15

Sliema (Tigne' Area)

26

San Giljan (Qasam tad-djar Ta' Giorni, St. Andrews, Pembroke, St. Patricks, L-Ibragg, Paceville, Swieqi)

22

San Pawl il-Bahar (Mellieha, Manikata, Wardija, Bugibba, Armier, Qawra, Salina, Selmun, Burmarrad, Marfa, Pwales, Xemxija, Cirkewwa, Ghajn Tuffieha)

55

Valletta (Furjana)

27

Zabbar (Xghajra, Wied il-Ghajn, Ta' Monita, il-Bajja ta' San Tumas)

22

Zebbuġ

12

Zejtun (Gudja, Ghaxaq, Marsaxlokk, Qasam Industrijali ta' Bulebel)

24

Zurrieq (Mqabba, Kirkop, Qrendi, Safi)

15


Ghawdex


Gharb (Ta' Pinu, Ghasri, San Lawrenz, Zebbug)

3

Ghajnsielem (Qala)

4

Mgarr

1

Nadur

6

Xaghra

7

Victoria (Xlendi, Fontana, Munxar, Marsalforn)

59

Jiena ninsab infurmat ukoll, li meta Posta Ltd. tirċievi talba biex titwaħħal kaxxa ta' l-ittri ġdida f'xi lokalita, il-kumpannija s'issa qegħda timxi fuq ir-rakkomandazzjoni ta' l-Unjoni Postali Universali li tiwaħħal kaxxa ta' l-ittri għal mill-inqas 3,000 resident.


Meta l-lokalita' msemmija tkun moqdija b'numru adekwat ta' kaxxi ta' l-ittri, Posta Limited toffri li jsir ċaqlieq ta' waħda mill-kaxxi eżistenti b'mod li l-pubbliku jkun moqdi aħjar. Dan ġeneralment jiġri f'każi fejn il-kaxxi eżistenti jkunu ġew stallati fiċ-Ċentri qabel ma jkun infirex il-bini.
Il-Kunsilli Lokali ġeneralment jagħmlu rakkomandazzjoniijiet dwar l-iktar post addattat ta' fejn għandha ssir xi rilokazzjoni.
Minn hawn u ftit ieħor se jitwaħħlu żewġ kaxxi ta' l-ittri ġodda f'Ħal Għaxaq filwaqt li se ssir rilokazzjoni ta' waħda mill-kaxxi li hemm f'San Ġwann. Dawn il-lokalitajiet mistennija jkunu moqdija fil-ġimgħat li ġejjin.


AMBJENT - INDAFA PUBBLIKU

2166. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm hu n-numru ta' persuni nkarigati mit-tindif pubbliku (kenniesa) lokal b'lokal? Dan in-numru hu meqjus bħala sodisfaċenti jew f'xi lokal partikolari fejn hemm bżonn li dan jiżdied f'xi lokal partikolari? Hemm xi persuni li għalkemm huma mpjegati f'dan il-grad jistgħu jiġu spared biex jagħmlu xogħol li mhux dak normalment marbut max-xogħol fid-dipartiment tagħhom?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR (Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Id-dettalji dwar kenniesa f'kull lokal mitluba mill-Onor. Membru ġew mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1021 magħmula mill-istess Onor. Membru.
F'ċerti lokalitajiet in-numru ta' kenniesa mhux sodisfaċenti, l-aktar meta wieħed iqis li din is-sezzjoni se tiġi mqabbda tagħti servizzi li kienu jingħataw minn dipartimenti oħra.
Hemm kenniesa li jagħmlu xogħol ieħor skond l-esiġenzi tas-servizz.
MADAM SPEAKER: Mistoqsija supplimentari. L-Onor. Jean Pierre Farrugia.
ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-kunsilli lokali għandhom dritt jitolbu għal numru akbar ta' kenniesa? In-numru ta' kenniesa għal kull belt jew raħal għadu l-istess kif kien ġie stabbilit mill-MSU?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Sal-lum, in-numru ta' kenniesa ta' kull belt u raħal, huwa l-istess bħal dak li kien stabbilixxa mill-MSU. Jien naf li l-kollega tiegħi, il-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, qed jikkonsidra din il-figura.
MADAM SPEAKER: Mistoqsija supplimentari. L-Onor. Michael Bonnici.
ONOR. MICHAEL BONNICI: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru huwiex il-każ li tiġi riveduta l-policy li kienet ittieħdet żmien ilu mill-MSU - jekk m'inix sejjer żball - li t-toroq jinkinsu biss darba fil-ġimgħa? Per eżempju, fil-kunsill lokali tal-kostitwenza tagħna it-toroq jinkinsu darba fil-ġimgħa, pero' hawn qed inħallu barra t-toroq prinċipali għax il-kunsilli lokali qed igħidu li dawn m'humiex taħt ir-responsabblita' tagħhom. Jiena wieħed minn dawk li noqgħod fi triq prinċipali u huwa li jiġi kennies għaliex jgħidlek li m'għandux x'jaqsam ma' toroq prinċipali u allura -triq tagħna kulħadd jispiċċa jiġbor l-iskart tal-parti ta' quddiemu. Jista' l-Ministru jirrimedja dwar, per eżempju, materjal li jaqa' minn fuq trakkijiet u jispiċċa mar-roundabouts u f'postijiet frekwentati l-iktar mit-turisti u li suppost l-iktar li għandhom jinżammu ndaf? Jista' l-Ministru għalhekk jgħid x'beħsiebu jagħmel biex jiġu rimedjati dawn l-affarijiet?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, jien ma nistax nitkellem f'isem il-kunsilli lokali u x-xogħol li jqabbdu jagħmlu lill-kenniesa tagħhom, pero' milli nista' nifhem l-Onor. Bonnici qed jirriferi għall-arterial roads. L-arterial roads jitnaddfu - fil-fehma tiegħi mhux b'mod sodisfaċenti - mhux mill-kenniesa. Imma billi kultant jitqabbdu nies mid-Dipartiment tat-Toroq biex jikinsu u jduru t-toroq prinċipali. Jiena naħseb li wasalna fi stadju li wieħed għandu jistudja l-possibbilta' li dawn it-tip ta' toroq jiġu miknusa b'mezz mekkanizzat.
MADAM SPEAKER: Mistoqsija supplimentari. L-Onor. Jean Pierre Farrugia.
ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA: Fejn it-tindif ta' ċerti toroq diġa' qed isir b'mod mekkanizzat allura hemm il-ħsieb li minn dawn il-postijiet jitnaqqas in-numru ta' kenniesa?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Le. Safejn naf jien fejn hemm mezz mekkanizzat dawn tista' tgħid li kollha huma mqabbda mill-kunsilli lokali u mhux mill-Gvern. Kif qal tajjeb l-Onor. Bonnici, il-Gvern inaddaf l-arterial roads u s'issa dawn mhumiex qegħdin jitnaddfu isiru b'mezzi mekkanizzati u jiena għal dawn kont qed nirriferi.


KAROZZINI - LIĊENZJI

2167. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' karozzini liċenzjati għall-ġarr ta' passiġġieri f'Malta u Għawdex? Il-liċenzja hi marbuta ma' servizzi li jingħataw f'lokalita' partikolari jew le? Mil-liema lokalitajiet huma l-persuni liċenzjati biex iġorru l-passiġġieri permezz tal-karozzini?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-liċenzji għall-karozzini jinħarġu mid-Dipartiment tal-Pulizija u għalhekk l-Onor. Interpellant huwa mitlub jirriferi din id-domanda lill-Ministru konċernat.


MĠARR - MAIN TAD-DRENAĠĠ

2168. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministeru jieħu l-passi neċessarji biex fl-Imġarr, Malta u ċioe' fi:- 1) Triq il-Fuħħar l-Aħmar; 2) Triq San Pawl; 3) Triq San Pietru; u 4) Triq ġdida fi Triq Vitale jitwassal is-servizz tal-main tad-drenaġġ?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ninforma lill-Onor. Membru li Triq il-Fuħħar u Triq Vitale huma mdaħħlin f'tender WD 340/96, li għadha qed tiġi pproċessata.
Rigward Triq San Pawl u Triq San Pietru jidher li mhumiex imdaħħla f'ebda tender u allura tlabt lid-Dipartiment tad-Drenaġġ biex jara x'inhi il-pożizzjoni u x'hemm bżonn isir.
MADAM SPEAKER: Mistoqsija supplimentari. L-Onor. Ċensu Galea.
ONOR. ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru qed jikkonferma li effettivament il-proċedura ta' area tender - li mingħalija kienu jinqasmu fi tlett distretti differenti jiġifieri, n-North, is-South u ċ-Ċentru ta' Malta - se tibqa' tiġi wżata għal dawn ix-xogħlijiet żgħar kif kien isir fil-passat?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Iva, s'issa għadha qed tintuża din is-sistema, pero' fl-istess ħin qed jiġi studjat kif nistgħu ntejjbu l-effiċjenza tad-Dipartiment tad-Drenaġġ fl-oqsma kollha tiegħu.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda. Tqegħid ta' Karti. Stqarrijiet Ministerjali. Il-Viċi Prim Ministru.

Yüklə 319,16 Kb.

Dostları ilə paylaş:
  1   2   3   4   5




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin