Malta kamra tad-deputati kumitati permanenti għall-kunsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġI



Yüklə 0,56 Mb.
səhifə1/11
tarix15.01.2019
ölçüsü0,56 Mb.
#96755
  1   2   3   4   5   6   7   8   9   10   11

MALTA
KAMRA TAD-DEPUTATI

KUMITATI PERMANENTI

GĦALL-KUNSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI
(Rapport Uffiċjali u Rivedut)
IT-TNAX-IL PARLAMENT
LAQGĦA NRU. 5

Il-Ħamis, 11 ta' Lulju, 2013
Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan

Kamra tad-Deputati

Malta


Prezz €2.50



IT-TNAX-IL PARLAMENT


KUMITAT PERMANENTI

GĦALL- KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI

LAQGĦA NRU. 5

Il-Ħamis, 11 ta' Lulju, 2013

Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.15 p.m.


Talba

MINUTI
Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 4 li saret fl-1 ta’ Lulju, 2013 ġew konfermati.

Abbozz ta’ liġi dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur - Abbozz Nru 12
PROTECTION OF THE WHISTLEBLOWER BILL -

BILL NO. 12
Skont riżoluzzjoni li sar fil-Kamra fis-Seduta Nru 50 tal-11 ta’ Lulju, 2013 il-Kumitat iltaqa' biex jikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.

L-Onor. Luciano Busuttil, President tal-Kumitat, jippresjedi.
THE CHAIRMAN (Onor. Luciano Busuttil): Ngħaddu għat-tieni item fuq l-aġenda. Onor Bonnici.

Klawsola 2 - Tifsir.
Clause 2 - Definitions.
ONOR. OWEN BONNICI (Segretarju Parlamentari tal-Ġustizzja): Fi klawsola 2, hemm il-lista tad-definizzjonijiet kollha prinċipali, li hemm fil-liġi.
THE CHAIRMAN: Hemm xi emenda.
ONOR. OWEN BONNICI: Issa l-emenda niġu għaliha. Għandna definizzjonijiet sħaħ li jekk hemm bżonn nidħlu fihom, nidħlu fihom. Kif tgħiduli intom.
Qed nipproponu bidla - li fil-verità kien suġġeriment tal-Onor. Francis Zammit Dimech u naħseb li għandu raġun - għaliex id-definizzjoni ta’ “employer”, li bil-Malti tiġi “prinċipal” tgħid hekk:
“ “prinċipal” prinċipal tfisser kull persuna fiżika, organizzazzjoni ġuridika jew korp mwaqqaf bil-liġi sew jekk jifforma parti mill-amministrazzjoni pubblika jew mis-settur privat illi jossodisfa l-kriterji elenkati fit-Tieni Skeda u li:


  1. jkun għamel eċċ, eċċ ...”

Allura l-Onor. Francis Zammit Dimech qed jgħid li din tista’ tiġi interpretata - u naħseb li għandu raġun - li tapplika biss għal min hu fis-settur pubbliku u teskludi kumpaniji privati li huma żgħar. Allura biex inneħħu kwalunkwe dubju se nemendaw - nirfinawha fil-verità - il-kelma “prinċipal” u se nagħmlu ċert li tinkorpora kemm jekk inti employer fiċ-ċivil u kemm jekk inti employer fis-settur privat.


Għaliex? Għax it-Tieni Skeda tipprovdi liema huma dawk il-kumpaniji li se jkollhom jagħmlu l-Internal Whistleblowing Unit, li huma l-kumpaniji l-kbar. Allura kif inhi miktuba donnha tagħti x’tifhem li l-unika employers li se jkun liable jew li jridu jobdu din il-liġi, huma dawk il-kumpaniji l-kbar biss. (Interruzzjoni) Le, dik qalha l-Onor. Francis Zammit Dimech dalgħodu jew ‘lbieraħ filgħaxija. Se nagħmlu l-emenda issa stess.
THE CHAIRMAN: Mela se tiġi ppreżentata emenda kif diġà ġiet iċċirkolata, imbagħad nerġgħu mmorru lura għall-emenda oħra għall-klawsola 2.

ONOR. OWEN BONNICI: Iva, biex nirriflettu dak li qal l-Onor. Francis Zammit Dimech. Naħseb li frankament għandu raġun, għaliex jista’ jkun li wieħed jinterpretaha li huma tat-Tieni Skeda biss li għandhom dan l-obbligu fil-privat, meta mhux dak l-iskop tal-leġislatur.
Nispjega wkoll li l-emendi li se nressaq huma ta’ natura kożmetika. Fis-sens li fejn hemm xi ittra nieqsa żidniha u affarijiet bħal dawn.
Mr Chairman, qed nipproponi din l-emenda għal klawsola 2:
“A” It-tifsira “korp statutorju” għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“ “korp imwaqqaf bil-liġi” tfisser kull korporazzjoni jew korp ieħor magħqud imwaqqaf bil-liġi;”;


It-tifsira “persuna” għandha tiġi sostiwita b’dan li ġej:
“ “persuna” tfisser persuna fiżika;”;
Fil-paragrafu (d) tat-tifsira “prattiċi mhux xierqa” il-kliem “jew x’aktarx twettqet” għandhom jiġu sostitiwiti bil-kliem “jew x’aktarx twettaq”; u l-paragrafu ċ(f) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“(f) nuqqas ta’ ġustizzja li seħħ, qiegħed iseħħ jew x’aktarx ser iseħħ; jew”;
Il-kliem “amministrazzjoni pubblika u” fit-tifsira “Unità dwar rapporti ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta” għandhom jiġu sostiwiti bil-kliem “amministrazzjoni pubblika”.
A” The definition in the Maltese version “korp statutorju” shall be substituted by the following:
“ “korp imwaqqaf bil-liġi” tfisser kull korporazzjoni jew korp ieħor magħqud imwaqqaf bil-liġi;”;
The definition in the Maltese version “persuna” shall be substituted by the following:
“ “persuna” tfisser persuna fiżika;”;
In paragraph (d) of the definition in the Maltese version “prattiċi mhux xierqa” the words “jew x’aktarx twettqet” shall be substituted by the words “jew x’aktarx twettaq”; and paragraph (f) shall be substituted by the following:
(f) nuqqas ta’ ġustizzja li seħħ, qiegħed iseħħ jew x’aktarx ser iseħħ; jew”;

The words “amministrazzjoni pubblika u” in the definition “Unità dwar rapporti ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta” of the Maltese version shall be substituted by the words “amministrazzjoni pubblika”.
Mr Chairman, imbagħad għat-Tieni Skeda se nipproponi din l-emenda:
“B” Minnufih wara l-kliem “IT-TIENI SKEDA” għandhom jidħlu l-kliem “[Artikolu 2].
B” Immediately after the words “SECOND SCHEDULE” there shall be added the words “[Article 2]”.
Fuq mozzjoni tas-Segretarju Parlamentari l-Onor Owen Bonnici, il-Kumitat qabel li Klawsola 2 tiġi posposta.

Klawsola 3 - Projbizzjoni ta’ azzjoni ta’ detriment
Clause 3 - Prohibition of detrimental action
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Chairman, għal klawsola 3, se nipproponi din l-emenda:
“C” Il-klawsola 3 għandha tiġi emendata kif ġej:
Il-kliem “proċeduri dixxiplinarji” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “azzjoni ta’ detriment”.
C” Clause 3 shall be amended as follows:
The words in the Maltese version “proċeduri dixxiplinarji” shall be substituted by the words “azzjoni ta’ detriment”.
Dan qed nagħmluh biex inġibu l-verżjoni bil-Malti simili għall-verżjoni bl-Ingliż.
THE CHAIRMAN: Ovvjament “azzjoni ta’ detriment” hija aktar wiesgħa milli ...
ONOR. OWEN BONNICI: Iva, għax hemm definition ta’ x’inhi azzjoni ta’ detriment. Hawnhekk qed nagħmlu l-prinċipju li jekk inti tiżvela informazzjoni, inti m’għandekx tkun “soġġett għal xi proċeduri dixxiplinarji” imma għal azzjoni ta’ detriment. Għaliex id-definition wiesgħa baħar.
THE CHAIRMAN: Tista’ tkun anke xi ħadd jagħmel pressjoni fuq l-individwu.
Hemm xi rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda “Ċ” kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.
Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed
L-emenda “Ċ” għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 3 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.

Klawsola 4 – Żvelar protett
Clause 4 - Protected disclosure
THE CHAIRMAN: Onor Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Klawsola 4, qed ngħidu u nirriaffermaw il-prinċipju li “l-ebda infurmatur m’għandu jkun soġġett għal proċeduri ċivili jew kriminali jew proċeduri dixxiplinarji talli jkun għamel dak l-iżvelar.”
Issa ħalli nagħmlu emenda fejn se nagħmlu subklawsola 2 biex nirriflettu l-verżjoni bl-Ingliż. Għax bl-Ingliż hemm subsection (2), filwaqt li fil-Malti subsection (2) ma ġietx inkluża għal xi raġuni. Fejn se ngħidu dak li qal l-Onor. Grech ftit qabel.
Mr Chairman, għal klawsola 4, se nipproponi din l-emenda:
“D” Il-klawsola 4 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
“Żvelar protett.
4. (1) Minkejja d-dispożiz-zjonijiet tal-Kodiċi Kriminali jew ta’ kull liġi oħra, l-ebda informatur li jagħmel żvelar protett m’għandu jkun soġġett għal xi proċeduri ċivili jew kriminali jew għal proċeduri dixxiplinari talli jkun għamel dak l-iżvelar.
(2) Il-protezzjoni li tingħata lill-informatur ma għandhiex tkun preġudikata fuq il-bażi biss li l-informatur li għamel l-iżvelar kien bona fide, żbaljat dwar dak li kienet tfisser jew li kull theddida perċepita għall-interess pubbliku li fuqha kien ibbażat l-iżvelar ma seħħietx jew li l-persuna li għamlet l-iżvelar ma osservatx kompletament il-ħtiġiet proċedurali ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti jew linji gwida magħmula taħtu.”.

D” Clause 4 of the Maltese version shall be substituted by the following:


“Żvelar protett.
4. (1) Minkejja d-dispożiz-zjonijiet tal-Kodiċi Kriminali jew ta’ kull liġi oħra, l-ebda informatur li jagħmel żvelar protett m’għandu jkun soġġett għal xi proċeduri ċivili jew kriminali jew għal proċeduri dixxiplinari talli jkun għamel dak l-iżvelar.
(2) Il-protezzjoni li tingħata lill-informatur ma għandhiex tkun preġudikata fuq il-bażi biss li l-informatur li għamel l-iżvelar kien bona fide, żbaljat dwar dak li kienet tfisser jew li kull theddida perċepita għall-interess pubbliku li fuqha kien ibbażat l-iżvelar ma seħħietx jew li l-persuna li għamlet l-iżvelar ma osservatx kompletament il-ħtiġiet proċedurali ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti jew linji gwida magħmula taħtu.”.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Jekk qed nifhem sew, qed tagħmel traduzzjoni ta’ sub-clause (2) li hemm fil-verżjoni bl-Ingliż, għax bi żball, b’xi mod tħalliet barra.
THE CHAIRMAN: Hemm xi rimarki? L-Onor. Claudio Grech.
ONOR. OWEN BONNICI: Ma nafx jekk fis-sustanza tilqax għall-inkwiet li kellu l-Onor Grech.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jien l-inkwiet li għandi huwa biss marbut ma’ jekk persuna jew impjegat li jrid jiżvela, jippreġudikax b’xi mod il-protezzjoni tiegħu, jekk ma jagħżilx l-option interna qabel dik esterna.
Għaliex meta wieħed iħares lejha - mhux mil-lat legali imma mil-lat prattiku - u inti għandek impjegat li forsi jkun qed jara li għaddejja xi ħaġa llegali fl-organizzazzjoni, jew li qed tinkwetah, il-probabbiltà hi - u dan hu l-punt li rbatt miegħu ‘lbieraħ li aħna qed nagħmlu l-liġi primarjament, mhux għal min ikun kompliċi, imma għal min mhuwiex kompliċi - minn hemm irridu nitilqu - u kull forma ta’ whistleblower, titlaq mill-prinċipju li l-persuna mhuwiex neċessarjament kompliċi - li jekk inti għandek persuna li ma jafx eżattament forsi jekk hemmx xi skema, jekk huwiex qed jiġri xi ħaġa, humiex involuti l-kap jew il-viċi kap tal-organizzazzjoni, u aħna qed ngħidulu li dan irid imur għand xi ħadd li jew hu l-kap jew il-viċi kap jew xi ħadd imqabbad minnhom, il-probabiltà hi li se nkunu qegħdin nifgaw l-opportunità li jsir il-whistleblowing.
Jien il-punt tiegħi hu, nistgħu aħna nikkonsidraw li persuna nħalluh fil-libertà li jagħżel hu imurx internament jew esternament? Partikolarment meta aħna għandna l-kultura, għandna pajjiż żgħir ....
THE CHAIRMAN: Nifhem l-argument tiegħek, imma ma naħsibx li dan l-argument għandu jsir f’din il-klawsola partikolari.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Le, il-preokkupazzjoni tal-Onor. Grech ma tissolvix b’dan il-paragrafu. Għax dan il-paragrafu li qiegħed jagħmel huwa li qiegħed jistabilixxi l-prinċipju tal-whistleblowing, jekk inti whistleblower għandek tingħata l-protezzjoni.
Issa aktar ‘l quddiem se niġu għall-klawsola fejn għandek tmur tagħmel dan l-imbierek rapport. U hemmhekk il-preokkupazzjoni tal-Onor. Grech - li naħseb hija parzjalment ġustifikata - hija li jekk aħna verament irridu li l-whistleblower jersaq ‘l quddiem, għandna nagħmluha aktar faċli? Għax min-natura stess tal-bniedem, huwa iktar faċli li jmur estern milli jmur intern. Għax intern minkejja l-provi kollha li għandu, jibqa’ f’struttura interna.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Deborah Schembri.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jien naħseb bażikament ikun covered. Però ġaladarba qegħdin fi stadju ta’ kumitat u nistgħu niċċarawha, ma tkunx ħażin li wieħed jiċċaraha.
ONOR. OWEN BONNICI: Meta niġu għall-klawsola 15, niċċarawha.
THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki fuq l-emenda għal klawsola 4? Il-mistoqsija hi l-emenda “D” kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed
L-emenda “D” għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 4 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed
Klawsola 4, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.

Klawsola 5 – L-ebda immunità fejn l-informatur kien l-awtur jew il-kompliċi.
Clause 5 - No immunity to whistleblower if he was the perpetrator or an accomplice
ONOR. OWEN BONNICI: Għall-Klawsola 5, għandi emenda ta’ natura kosmetika. U għaldaqstant Mr Chairman, għal klawsola 5, se nipproponi din l-emenda:
“E” Il-klawsola 5 għandha tiġi emendata kif ġej:

Fis-subparagrafu (i) tas-subartikolu (2) il-kliem “deċiżjoni, għandha” għandhom jiġu sostitwiti bil-kelma “deċiżjoni,”; u



Fis-subparagrafu (ii) tas-subartikolu (2) il-kliem “ta’ danni, għanda” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “ta’ danni,”.
E” Clause 5 of the Maltese version shall be amended as follows:

In subparagraph (i) of subarticle (2) the words “deċiżjoni, għandha” shall be substitued by the word “deċiżjoni,”; and

In subparagraph (ii) of subarticle (2) the words “ta’ danni, għanda” shall be substitued by the words “ta’ danni,”.
THE CHAIRMAN: Rimarki fuq klawsola 5? L-Onor. Fenech Adami.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Il-frame of mind tiegħi fuq din il-klawsola huwa li rridu nagħmlu shift billi nagħmlu “għandha” minflok “tista’”, “may” minflok “should”, “għandha” hija “should”, “tista’” hija “may”. Jiena naħseb il-messaġġ ta’ din il-liġi għandu jkun li, iva ejja naslu biex naċċettaw li b’xi mod jew ieħor qegħdin nagħtu l-fakultà ta’ protezzjoni lill-whistleblower li jkun kompliċi. Però l-premessa għandha tkun li “tista’” mhux li “għandha”, “the court may” mhux “the court should”. Għax inkella naħseb li nkunu qegħdin niddipartixxu totalment mill-għan ta’ x’għandha tkun l-Whistleblower Act.
Underlying il-liġi li għandna quddiemna, għandu jkun hemm il-prinċipju li l-whistleblower m’għandux ikun kompliċi, għandu jkun di buona fide. Dak li għandu kuxjenza, li qalbu taħarqu. U jekk inħarsu lejn x’inhu jiġri fil-Whistleblower, il-każijiet ċelebri huma ta’ nies li kienu ġenwinament preokkupati b’xi ħaġa sinistra li kienet għaddejja.
U allura naħseb li as we go along - u jien identifikajthom - li x-shift għandu jkun milli “l-Qorti għandha” tiġi “l-Qorti tista’”, which makes a whole lot of difference wara l-interpretazzjoni u l-messaġġ li rridu nwasslu.
THE CHAIRMAN: Li rrid ngħid jien what if il-persuna li hija l-whistleblower, hija whistleblower però kellha bilfors, għax ġiet imġiegħla minħabba l-pożizzjoni tagħha minn xi superjur tagħha, li tkun kompliċi jew taġixxi fir-reat in kwestjoni. Però tkun hi li mbagħad titkellem li ġiet imġiegħla u tista’ minħabba dak li għamlet, tiġi xorta waħda esposta għall-proċeduri kriminali.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Jiena l-preokkupazzjoni tiegħi hija sempliċi. Jekk ikollna l-whistleblower kompliċi - li huwa l-ħuta l-kbira mhux il-ħuta ż-żgħira - “il-Qorti għandha” jew “il-Qorti tista’”? Għax sabiħa li l-ħuta ż-żgħira tikxef lill-ħuta l-kbira, però hawn m’aħniex qed nikkejterjaw għas-sitwazzjonijiet fejn il-ħuta l-kbira qed tikxef lill-ħuta ż-żgħira, u naħseb li allura m’għandniex nimponu dan l-obbligu fuq il-qrati, li għandha tqis bilfors.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Deborah Schembri.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jien naħseb l-emenda li hawn imniżżla, fejn irridu nneħħu “għandha”, hija fil-fatt għax meta taqraha fl-abbozz, qed tgħid “mill-istess persuna għandha, meta tiġi biex tagħti s-sentenza jew tieħu d-deċiżjoni, għandha tqis”. Jiġifieri l-kelma “għandha” qiegħda darbtejn.
Huwa importanti li l-Qorti f’kull instance tqis li din hija pożizzjoni ta’ xi ħadd li qed jiżvela, u ma torbotx lill-Qorti li jibdel is-sentenza. Għaliex iktar ‘l isfel tgħidlek: “u l-piena tal-informatur tista’ tiġi mnaqqsa jew maħfura ...”
Jiġifieri ma timponix fuq il-qorti li tnaqqas il-piena, imma timponi fuq il-Qorti li teħodha in konsiderazzjoni. Għandha titqies mill-Qorti, għandha tittieħed in konsiderazzjoni, mhux neċessarjament se tnaqqaslu l-piena però, which is fair enough.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Jien fhimt li l-animu tal-emenda tal-Onor. Bonnici kienet għax “għandha” kienet imniżżla doppja u naħseb li hekk hi. L-argument tiegħi, apparti t-tipo .....
Ejja nmorru fuq il-klawsola 5(2)(2), il-Qorti fil-każ tad-danni ċivili, “il-Qorti għandha żżomm l-infurmatur responsabbli biss għal dik il-parti tad-danni .....”
THE CHAIRMAN: Imma jekk għandek premessa li l-infurmatur huwa responsabbli għall-ħlas, jiġifieri hemm preġja, li l-infurmatur instab ħati, responsabbli ...
Li ma nistax nifhem, jekk inti għandek premessa li “l-Qorti għandha, jekk issib li l-informatur huwa responsabbli għall-ħlas ta’ danni”, mela diġà hemm kundanna għar-responsabiltà. Jiġifieri inti qed tgħid li jekk wara l-kundanna xorta l-Qorti tista’ ma tapplikax id-danni? Naħseb jekk hemm kundanna l-Qorti trid tapplika d-danni.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Il-Qorti tista’ tgħid li inti vera kompliċi. Però l-Qorti mbagħad “għandha” iżżomm l-infurmatur responsabbli. Ladarba ddeċidiet li huwa whistleblower, il-Qorti għandha ....
ONOR. OWEN BONNICI: Dak huwa l-iskop tal-liġi. Jiġifieri aħna qed ngħidu li rridu noħolqu bilanċ bejn li nagħtu element ta’ ċertezza lill-infurmatur li jekk jikxef – se nuża kelma li mhix korretta - dan se jaqbillu, imma fl-istess ħin irridu nagħtu element ta’ diskrezzjoni biżżejjed li ma tiġix walk out of jail free card, if you know what I mean. Jiġifieri ppruvajna noħolqu dan il-bilanċ.
Issa jekk inti lill-Qorti se tgħidilha tista’, min hu infurmatur ma jinfurma xejn, jgħidlek ma nitkellem xejn ....

ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Li qegħdin nagħmlu hu qed nagħtu inċentiv lill-imbruljun il-kbir, li meta jara s-sitwazzjoni qed tingħalaq, jikxef biex jieħu sehmu biss. U jkun hu l-imbruljun il-kbir mhux l-imbruljun iż-żgħir. Għax il-Qorti ma jibqalix diskrezzjoni. Ladarba stabbilejna li huwa whistleblower, il-Qorti għandha d-dover li ma tikkundannahx in solidum. M’għandhiex way out il-Qorti. Qegħdin naqblu li m’għandhiex way out il-Qorti? (Interruzzjoni)
ONOR. OWEN BONNICI: Iva, għax trid tagħti element ta’ ċertezza.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Qed tagħti l-inċentiv biex tikxef, però qed tagħti l-inċentiv ukoll lill-kbir jikxef iż-żgħir biex il-kbir joħroġ scott free u jibla’ kollox iż-żgħir. Hekk qed ngħidu? Però x’jista’ jiġri huwa li qegħdin nagħtu inċentiv li l-kbir jikxef iż-żgħir, biex il-kbir ma jieħux dak li ħaqqu u ż-żgħir jibla’ kollox hu.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Claudio Grech.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jien, marbut ma’ dan il-punt, xtaqt forsi nifhem daqsxejn aħjar il-ġenesi ta’ din id-deċiżjoni. Għaliex naħseb li din hija fundamentali, mhux biss għal-liġi però għall-mod kif se titħaddem ukoll. Anke għall-promozzjoni tal-kunċett ta’ whistleblower ġenwin, mhux whistleblower li jsaffar is-suffara għax jaqbillu. Għaliex hemm skema li se jaqbillu biha u f’dik l-iskema - kif qed isemmi l-Onor. Fenech Adami - il-kbir, jekk hemm 100% of crime going on, min qed jagħmel it-80% jew min kien qiegħed jippjannah, qiegħed juża lil ħaddieħor miegħu. Issa aħna qed ngħidu li lil dak qed nagħtuh ċans, qed nagħtuh, kważi ċertezza hawnhekk, rather milli ċans.
Jien din ħasbitni ftit iktar, għaliex anke meta tara mudelli internazzjonali u forsi hawnhekk min għamel ir-riċerka, jista’ jispjegalna. Jien rajt ukoll id-draft principles tat-Transparency International, li mkien ma tissemma din bħala parti mill-benefiċċju tal-protezzjoni li jingħata a whistleblower. Imkien ma tissemma din. U ma nistax nifhem jien għaliex aħna se nagħmluha tassattiva.
Jien nifhem dak li għandu f’moħħu l-Onor. Segretarju Parlamentari u naħseb il-kompromess li semma l-Onor. Fenech Adami huwa kompromess li jasal li mbagħad finalment se tħalli - jien nemmen - f’idejn l-Avukat Ġenerali meta jkun qiegħed imexxi l-prosekuzzjoni, però ukoll f’idejn il-Qorti li tiddeċiedi skont il-merti tal-każ li jkollha quddiemha. Għaliex hawnhekk tant qed nindirizzaw a very wide range of circumstances and possible crimes. Jiġifieri hawnhekk qed isemmi kollox tista’ tgħid, għax meta tara d-definizzjoni ta’ x’jista’ jkopri l-whistleblower, tista’ tkopri kollox effettivament.
THE CHAIRMAN: Biex inkunu ċari, qed titkellem in ġenerali fuq is-subsection (i) u (ii) f’daqqa?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Iva, Mr Chairman.
THE CHAIRMAN: Għax huma konċetti differenti, waħda kriminali .... Sa ċertu punt il-kriminali naqbel li għandha tkun hekk. Mill-aspett ċivili, nifhem aktar l-argument tan-naħa tal-Oppożizzjoni. Għax fil-kriminal, hemm responsabbiltà differenti minn dik ċivili.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Iva, huma differenti. Jien xtaqt forsi, ftit spjegazzjoni għall-ġenesi tagħha, minn fejn ġejja. Biex aħna ma nagħtux sinjal, li min hu forsi aktar makakk u iktar organizzat u iktar strutturat, jista’ jiġbed lil min hu ħafna iżgħar into something like this.
ONOR. OWEN BONNICI: Jien nifhem li qed jgħidu l-ħbieb tiegħi. U dan kien dibattitu twil li għamilna fil-kabinett - tliet darbiet mhux darba - biex wasalna għaliha din. Għaliex ma ninsewx minn fejn tlaqna. Jekk għandniex nagħtu xi tip ta’ protezzjoni awtomatika, u aħna qbilna li m’għandniex nagħtu protezzjoni awtomatika, ma għandniex nagħtu a get out of jail free card għax inti tinforma. Però fl-istess ħin, inti din il-liġi trid tirrendiha mhux fuq il-karta imma li titħaddem. Issa biex titħaddem, inti lill-infurmatur trid tagħtih ċertezza, li jekk dan se jikxef, jaf x’se jiġri.
THE CHAIRMAN: Id-differenza fl-aspett kriminali għall-aspett ċivili.
ONOR. OWEN BONNICI: Ippermettuli kollegi, jien nifhem li l-punt delikat. Jien napprezza ż-żewġ naħat tal-munita u ħsibna ħafna u fit-tul fuqha din il-ħaġa. Fejn tidħol tal-Kriminal naħseb li l-qorti għandha latitude pjuttost wiesgħa, fejn tgħid isma’ b’dak il-mod li jidhrilha xieraq, il-piena tal-infurmatur tista’ tiġi mnaqqsa jew maħfura. Hemm element ta’ diskrezzjoni li naħseb li huwa san hemmhekk.
Id-dibattitu huwa fuq il-kwestjoni ċivili. Aħna dehrilna li ridna nagħmlu inċentiv ċivili wkoll għax jekk tikxef taf ... Nimmaġinaw li inti sraqt €100 - biex nagħmluha sempliċi - u flimkien ma’ ħaddieħor, b’kollox insterqu €1000. Aħna qed ngħidu hawnhekk li jekk inti tikxef, inti tkun responsabbli biss għal dik il-€100 li ħadt.
THE CHAIRMAN: Hawnhekk xorta min jikxef, qed jesponi lilu nnifsu xorta bid-danni.
ONOR. OWEN BONNICI: B’eċċezzjoni. Jekk qed nitkellmu fuq kwestjonijiet fejn kien hemm danni li rriżultaw f’omiċidju jew offiża gravi. Jista’ jkun li jkun hemm tnejn min-nies li jiftiehmu bejniethom li għandhom jikxfu. Jekk mhux se tagħtihom ċertezza, again nifhem l-aspetti kollha, però jekk mhux se tagħti ċertezza naħseb li din tkun sabiħa fuq il-karta u nieqfu hemm. Għax bit-“tista’”, inti taf il-Qorti kif taħdem, ikollok imħallef ....
Yüklə 0,56 Mb.

Dostları ilə paylaş:
  1   2   3   4   5   6   7   8   9   10   11




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin