ENEMALTA - ĦSARAT F'"CABLES" IKKAĠUNATI MINN KUNTRATTURI
2482. L-ONOR. BERTU PACE staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid xi tħallset il-Korporazzjoni Enemalta minn kuntratturi li kkaġunaw ħsarat f'"cables" jew fi proprjeta' oħra tal-Korporazzjoni fil-perjodu l-1 ta' Jannar ta' l-1987 sa l-aħħar ta' Diċembru ta' l-1996? Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-pagamenti li saru billi jgħid min kienu l-kuntratturi u fejn saru l-ħsarat?
ONOR. LEO BRINCAT: Minħabba l-kwantita` ta` dettalji mitluba, tingħata tweġiba f`xi seduta oħra.