Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 283,88 Kb.
səhifə20/82
tarix10.01.2022
ölçüsü283,88 Kb.
#99998
1   ...   16   17   18   19   20   21   22   23   ...   82
MADAM SPEAKER: L-Onor. Louis Galea.
ONOR. LOUIS GALEA: Sinjura President, jien jidhirli li meta jkollok mozzjoni ta' dan it-tip li tiġi ppreżentata mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, dan effettivament ikun qed jippreżentaha f'isem il-grupp kollu ta' l-Oppożizzjoni. Fil-fehma tiegħi, il-konswetudni tal-Kamra hija li l-membri ta' grupp ikunu jistgħu jirrappreżentaw membru ta' dak il-grupp fil-preżentazzjoni ta' mozzjoni li tkun ġiet imressqa f'isimhom. Min jaf kemm-il darba kellna mozzjonijiet u mistoqsijiet li kienu ġew ippreżentati jew li kienu saru lil xi ministru partikolari u mbagħad dawn jiġu ppreżentati jew imwieġba f'isem dak il-ministru minn ministru jew membru ieħor tan-naħa tal-Gvern!
Apparti din il-kwestjoni ta' teknikalita' proċedurali - li jien jidhirli li m'għandha l-ebda bażi - jiena mingħalija li, f'din Malta fejn kulħadd ikun jaf lil kulħadd u fejn kulħadd ikun jaf x'qed isir, il-Kamra taf li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa indispost minħabba influwenza u din hija r-raġuni li għaliha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni inkariga lill-Onor. John Dalli, li huwa x-shadow minister tal-finanzi, sabiex jippreżenta din il-mozzjoni ta' l-Oppożizzjoni minfloku. Aħna bqajna nittamaw sal-lum stess li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni seta' jingħaqad magħna. Jien naħseb li l-point of order tal-Prim Ministru huwa frivolu għax jien m'għandi lanqas l-iċken dubju li huwa jaf li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jinsab ma jiflaħx.

Yüklə 283,88 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   16   17   18   19   20   21   22   23   ...   82




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin