ONOR. ALFRED PORTELLI: Billi dan il-post ma jidhirx li hu tal-Gvern, id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ma jistax jagħmel xogħol ta' tiswijiet fuqu.
DJAR - ĦLAS TA' KERA
W439. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jara li l-familja mill-Belt li isimha qed jintbagħat separatament u qed tħallas 'il fuq minn Lm400 kera fis-sena b'paga ta' labourer tħallas almenu mhux aktar minn l-inkwilini l-oħra li għandhom Lm150 fis-sena biss u ġieli anqas?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-kera mħallsa hi skond il-kondizzjonijiet tal-ħarġa numru 33 li hu applika għaliha. Jekk id-dħul tal-familja naqas mill-1994 'il hawn għandu jmur id-Dipartiment u jitlob li ssirlu reviżjoni.
VALLETTA: OLD BAKERY STREET - FOND NRU. 50/6
W444. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex għadu ma sarx il-bdil bejn 50/6, Old Bakery Street, Valletta u Appt. 2, Ent. D, Block 3, Santa Venera? Dawn kitbu diġa' lid-dipartiment.