THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor. Sant.
ONOR. ALFRED SANT: Ejja nifhmu x’qed ngħidu. Bażikament obbligu li jkun hemm recurrent expenditure vote f’kull budget which reclaims one-twentieth tan-national debt u jħallsu lura. Qed niftiehmu tajjeb fuqha din? Jiġifieri jkun hemm vot … (Interruzzjonijiet) Mela xi tfisser?
THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. TONIO FENECH: Mhux qed tidħol fi kwestjoni ta’ vot speċifiku li bih jitħallas id-dejn. Hawnhekk meta qed nitkellmu fuq dejn qed nitkellmu fuqu as a percentage of GDP. Inti qed tnaqqas il-piż tad-dejn in parti għax l-ekonomija qed tikber u l-ammont l-ieħor għax int qed tagħmel surplus. Jekk tibda tagħmel surplus, tkun qed tibda tnaqqas, jiġifieri m’għandekx bżonn toqgħod tagħmel vot apposta fl-estimi li tgħid li dan qed imur biex nagħmel repayment ta’ daqshekk in terms of treasury bills jew stocks, għax jekk tagħmel surplus, awtomatikament tkun qed tnaqqas id-domanda tiegħek għat-treasury bills u allura l-financing level tiegħek jonqos. Ir-riżultat tiegħu jimmaterjalizza mill-fatt li tkun għamilt surplus fil-budget, mhux li toqgħod tagħmel budget line apposta.