10685. L-ONOR. JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi se tingħata fondi iktar milli hemm allokati fil-baġit imressaq mill-Gvern sabiex tkun tista’ tkopri l-ispejjeż kollha li huma marbuta ma' Klabb 3-16 u Skolasajf matul din is-sena kollha? Jista' jgħid kemm huwa x-shortfall ta' Klabb 3-16 u Skolasajf li huwa kkalkulat li għandha l-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi għal matul din is-sena?
ONOR. EVARIST BARTOLO:Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi s’issa ngħatat fondi addizzjonali biex ikopru spejjeż relatati ma’ Klabb 3-16 u Skolasajf li jammontaw għal €901,467.56. Ngħataw ukoll €200,000 għas-salarji tal-part-time cleaners.