THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, qed jiġbduli l-attenzjoni li fi klawsola 69, li għad irridu niġu għaliha, hemm riferenza biex il-fond li kien twaqqaf bl-Att ta' l-1981 jiġi assorbit għal dan il-fond li qed nitkellmu fuqu f'din il-klawsola. Fil-fatt hemm xi emenda għaliha wkoll.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Hyzler.
ONOR. GEORGE HYZLER: Fil-fatt dan kien il-kumment tiegħi għax jien qed nieħu l-impressjoni li dan il-fond se jassorbi s-security fund li kien twaqqaf bl-Att ta' l-1981 li kien daħal fis-seħħ fl-1986. Qed nieħu wkoll l-impressjoni, u qed jikkonfermawli l-esperti, li se ssir emenda fit-transitory provision. Qed napprezza wkoll, u naħseb li hi ħaġa ta' min wieħed jenfasizza fuqha, li l-perijodu ta' preskirzzjoni biex tagħmel claim fuq dak il-fund qed tiġi estiża għal sentejn għaliex taħt is-security fund il-preskrizzjoni kienet ta' sena. Ħafna drabi l-vittmi ta' inċidenti, speċjalment stradali, li kienu jagħmu ċerti claims taħt dawn il-funds ma tantx kienu jlaħħqu għaliex sena tgħaddi malajr ħafna u sakemm tkun taf x'ġara ssib li ma tistax tagħmel claim għaliex ikun għadda ż-żmien. Għalhekk jien naqbel 100% li dan il-perijodu jiġi estiż għal sentejn.
Nixtieq ukoll li l-Ministru jikkonfermali li s-security fund se jiġi assorbit f'dan il-fund il-ġdid.