14601. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14217, peress li d-ditti Cephalon Inc. u Chiron Corporation qed jirreklamaw fl-internet li pazjenti bl-Amyotrophic Lateral Sclerosis, li f'pajjiżna huma anqas minn għaxra fin-numru, jistgħu jipparteċipaw f'trials tal-prodott Myotrophin jekk il-konsulent jikkomunika magħhom, jaqbel il-Ministru li għandu jsir dan id-Dipartiment tan-Neurology fl-Isptar San Luqa?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Din hija deċiżjoni klinika u għalhekk hija prerogattiva tal-konsulent wara li dan ikollu rikjesta mingħand pazjent li jkun jixtieq jipparteċipa f'xi clinical trial.
TARXIEN - TISWIJA TA' TOROQ
14617. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi prijoritajiet għandu d-Dipartiment tax-Xogħlijiet dwar għoti ta' tarmak u asfalt ta' toroq f'Ħal Tarxien?