THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, l-Onor. Zammit Dimech fil-bidu ta' l-intervent tiegħu qal li speċi stajna faċilment kieku ridna għaddejna din il-liġi f'leħħa ta' berqa mbagħad wieħed jirrifletti ftit fuq diversi aspetti. Huwa tajjeb li nagħmlu dan għaliex ma jfissirx li għax ikun hemm liġi li jkun hemm consensus fuqha sempliċement nagħmlu rubber stamping tagħha. U aħna min-naħa tagħna, kif iddikjarajt fil-bidu u anke fl-intervent li għamilt fil-winding-up, lesti li nkunu flessibbli right through. Biss imbagħad ikun hemm ċerti aspetti tal-liġi fejn mhijiex kwestjoni ta' xewqa ta' l-MFSC imma, biex ngħid hekk, kwestjoni ta' parir tekniku. Jien m'iniex bniedem legali u ovvjament l-opinjoni teknika hija ta' importanza kbira għalija u all along qed jiġi ripetut il-fatt li jekk l-awtorita' tiġi mogħtija t-task li tapprova t-transfer of business hi, l-ewwelnett ir-requirement ta' novation agreement se jibqa' u t-tieni nett kien hemm il-punti li semmejt iktar kmieni. Hawnhekk irrid nikkwota mil-Att biex jirregola l-Kummerċ Bankarju, li minnu qed noħorġu ċerti funzjonijiet tat-tribunal, u nirriferi b'mod partikolari għal subsection (16) ta' section 10 f'paġna 16. Fil-fatt din titkellem espressament dwar l-element tal-court of appeal u tgħid hekk:
"There shall be an appeal on a question of law only from a decision of the tribunal to the court of appeal. Upon the hearing of such an appeal, the court of appeal shall have all the powers of the tribunal to make orders.".
M'għandix iktar x'inżid, Sur President.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki? L-Onor. Zammit Dimech.
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, jiena aware mill-fatt li taħt il-financial services tribunal, kif imwaqqaf fil-Banking Act, hemm appelli wkoll fuq punt ta' liġi pero' appelli fuq punt ta' liġi huma dawk li huma. Jiġifieri ma tistax għall-argument tmur b'appell u tgħid li l-applikazzjoni li għamilt tħoss li kellha tkun milqugħa anke abbażi tal-fatti ta' l-applikazzjoni. Inti trid tmur fuq argument li, per eżempju, il-liġi ma kenitx applikata tajjeb. Jiġifieri m'huwiex appell kif wieħed jifhem b'termini ta' tribunal għal servizzi finanzjarji għax kieku kien hekk l-iskop kollu tat-tribunal għal servizzi finanzjarji mwaqqaf b'artiklu 10 taħt il-Banking Act ma jkunx hemm l-iskop tiegħu. Jiġifieri l-iskop li mbagħad tagħmel appell addizjonali fuq punti ta' liġi biss ma naħsibx li jnaqqas mill-argument li qed nagħmel favur li inti tmur b'applikazzjoni f'dan is-sens għand il-MFSC u jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni ta' dan iċ-ċentru, jekk tħossok aggravat, ikollok it-tribunal li jista' jirrevedi deċiżjoni. Mhux għaliex hemm żball ta' punt ta' liġi imma għaliex meta hu jagħmel assessment tad-deliberazzjoni taċ-ċentru - forsi anke għall-aspett ta' ekwita' - iħoss li dik l-applikazzjoni setgħet tkun milqugħa. B'hekk ikollok ukoll il-vantaġġ ta' l-eżami doppju favur l-applikant.
Issa l-Gvern jista' jargumenta u jgħid li dawn it-trasferimenti ma jridx jagħtihom il-vantaġġ ta' eżami doppju li normalment jagħti taħt l-applikazzjonijiet l-oħra kollha taħt din il-liġi. Jien onestament nerġa' ngħid li jekk il-Gvern jibqa' jinsisti fuq dan mhux sejrin ma naqblux mas-servizzi finanzjarji kollha fuq din il-klawsola partikolari, pero' fil-flessibbilta' li l-Ministru reġa' ndika li jrid jaċċetta ma kontx nifhem li dan hu punt ta' riġidita' għall-Gvern. Jiġifieri ma kontx nifhem li l-Gvern, speċjalment jekk f'diskussjoni maċ-ċentru jara li ċ-ċentru jista' jagħmel ukoll l-eżami ta' dawn it-trasferimenti, għandu għalfejn jinsisti li dawn imorru lit-tribunal. Naturalment il-pariri tekniċi fuq dan il-punt partikolari ma nafx minn fejn qed jirriżultaw, jekk hux miċ-ċentru stess jew minn xi ħadd ieħor.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, jiena ma tantx għandi xi nżid fuq dan u nerġa' ngħid li din la hija kwestjoni ta' nuqqas ta' flessibbilta' u lanqas kwestjoni ta' riġidita'. Il-pożizzjoni li ħadna ma ħadnihiex biex inwebbsu rasna bħala gvern imma ħadniha fuq pariri tekniċi u din rajnieha għal darba, darbtejn. Jiġifieri mhux qbadna u għidna nagħmlu hekk u nibqgħu mixjin biha regardless. Jiġifieri naħseb li min-naħa tiegħi nkun qed intawwal bla bżonn jekk inkompli nfettaq fuq dan il-punt.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki? L-Onor. Zammit Dimech.
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, jekk qed nipprovaw li ngħaddu l-klawsoli kollha ta' dan l-abbozz il-lejla naturalment aħna naqblu mal-Gvern, anke fuq din il-klawsola, ġaladarba jħoss li m'għandu jbiddel xejn minn kif inhi proposta. Jekk għal xi raġuni, tkun xi tkun, inkunu għadna qed niddiskutu l-liġi f'okkażjoni oħra fil-Parlament, l-appell tiegħi huwa li l-Gvern juża r-recess biex jerġa' jgħarbel mill-ġdid il-kwestjoni.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 35. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 35 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi. Klawsola 36 - Dispożizzjonijiet supplementari għall-artikolu 35.
Clause 36 - Provisions supplementary to section 35. (Posposta fis-7 ta' April 1998) ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, għal din il-klawsola se nressaq din l-emenda:
"M" Minflok il-klawsola 36 għandu jidħol dan li ġej:
"36. Meta t-Tribunal japprova skema taħt l-artikolu 35 ta' dan l-Att, il-kummerċ fit-tul imsemmi fl-applikazzjoni jkun jista' jiġi trasferit liċ-ċessjonarju mingħajr ebda ħtieġa oħra ta' xi dokument li jkun juri l-kunsens tad-detentur ta' polza u ta' kull persuna oħra li tgħid li jkollha interess f'polza inkluża fit-trasferiment propost u minkejja kull oppożizzjoni mid-detentur ta' polza u ta' kull persuna oħra li tgħid li jkollha interess f'polza inkluża fit-trasferiment propost. It-Tribunal jista' jipprovdi għal dawk il-ħwejjeġ inċidentali, konsegwenzjali u supplementari li jkunu meħtieġa sabiex jiżguraw li l-iskema titmexxa b'mod sħiħ u effettiv; u meta jkun il-każ, sabiex jitkomplew minn jew kontra l-kumpannija ċessjonarja kull proċedimenti legali li jkunu pendenti minn jew kontra l-kumpannija ċedenti, li jkollhom x'jaqsmu ma' l-iskema.".
"M" For clause 36 there shall be substituted the following: "36. Where the Tribunal approves a scheme under section 35 of this Act, the long term business referred to in the application may be transferred to the transferee without any further need of any document evidencing the consent of the policyholder and of every other person who claims an interest in a policy included in the proposed transfer and notwithstanding any opposition by the policyholder and every other person who claims an interest in a policy included in the proposed transfer. The Tribunal may make provision for such incidental, consequential and supplementary matters as are necessary to secure that the scheme shall be fully and effectively carried out; and, where such be the case, for the continuation by or against the transferee company of any legal proceedings pending by or against the transferor company which relate to the scheme.". THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif mressqa u moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda "M" għaddiet nem. con. THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 36 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 36,kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.
Klawsola 43 - Tibdil fid-dokumentazzjoni.
Clause 43 - Changes in documentation. ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, klawsola 43 teħodna għal Taqsima X tal-liġi u titkellem dwar dik li hija tmexxija tal-kummerċ ta' l-assigurazzjoni. Fil-fatt l-ewwel klawsola tikkonċerna t-tibdil f'dak li huwa dokumentazzjoni. Din il-klawsola tipprovdi sabiex detentur ta' awtorizzazzjoni biex imexxi l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni u detentur ta' permess biex jagħmel servicing jew run-off ta' dak il-kummerċ għandu jgħarraf bil-miktub lill-awtorita' kompetenti b'kull tibdil materjali fid-dokumentazzjoni provduta jew jeħtieġ li tkun provduta taħt l-abbozz. Tipprovdi wkoll sabiex kull kumpannija lokali qabel ma tagħmel xi żieda jew bidla fil-memorandum jew fl-istatut ta' l-assoċjazzjoni tikseb bil-miktub l-approvazzjoni ta' l-awtorita' kompetenti dwar dik iż-żieda jew bidla.
Is-subklawsola (1) ta' din il-klawsola hija mfassla fuq id-dispożizzjonijiet ta' subartiklu (1) ta' artiklu 9 - Tibdil fit-Tagħrif - ta' l-Att ta' l-1994 dwar Servizzi ta' Investiment. Min-naħa l-oħra subklawsola (2) hija mfassla fuq subartiklu (1) ta' artiklu 6 ta' l-Att ta' l-1981 dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 43. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 43 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi. Klawsola 44 - Avviż statutorju minn kumpanniji awtorizzati dwar kummerċ fit-tul.
Clause 44 - Statutory notice by authorised companies in relation to long termpolicy.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tipprovdi sabiex ebda kumpannija li tmexxi kummerċ fit-tul m'għandha tidħol f'kuntratt ta' assigurazzjoni, li l-effett tiegħu jikkostitwixxi t-tmexxija ta' kummerċ fit-tul, għajr kuntratt linked long-term jekk dik il-kumpannija ma tkunx innotifikat lill-parti l-oħra fil-kuntratt bil-mezz li jista' jiġi preskritt avviż statutorju dwar dak il-kuntratt jew tagħmel dan meta jsir il-kuntratt.
B'mod ġenerali din il-klawsola hija mfassla fuq id-dispożizzjonijiet ta' artiklu 75 - Statutory Notice by Insurer in relation to long term Policy; artiklu 76 - Right to Withdraw from Transaction in respect of long-term Policy; u artklu 77 - Service of Notice of Cancellation - ta' l-Insurance Companies Act, 1982 tar-Renju Unit, kif emendat b'artiklu 43 li jġib l-istess titlu ta' l-insurance companies, third insurance directive regulations 1994. Hija maħsuba wkoll sabiex ikunu jistgħu jitkomplew ir-regolamenti ta' l-1989 dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, avviż statutorju, maħruġa bl-avviż legali 129 ta' l-1989, li bażikament huma mfassla fuq l-imsemmija artikli 75, 76 u 77.
Sur President, għal din il-klawsola għandi din l-emenda li ġejja:
"N" Fil-paragrafu (a) tas-subklawsola (1) tal-klawsola 44 tat-test Malti minnufih wara l-kliem "bil-mezz li jista' jiġi preskritt" għandhom jiżdiedu l-kliem "avviż statutorju".
"N" In paragraph (a) of subclause (1) of clause 44 of the Maltese text immediately after the words "bil-mezz li jista' jiġi preskritt" there shall be added the words "avviż statutorju". THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif mressqa u moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda "N" għaddiet nem. con. THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 44 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 44, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi. Klawsola 45 - Poloz linked.
Clause 45 - Linked long term policies. THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tipprovdi sabiex ikunu jistgħu jsiru regolamenti dwar dak li jista' jiġi preskritt fihom dwar kuntratti ta' assigurazzjoni msejħa linked long-term miktuba minn kumpanniji lokali.
B'mod ġenerali din il-klawsola hija mfassla fuq id-dispożizzjonijiet ta' artiklu 78 - Linked long-term Policies - ta' l-Insurance Companies Act, 1982 tar-Renju Unit.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki? L-Onor. Dalli.
ONOR. JOHN DALLI: Sur President, din il-klawsola tawtorizza li l-competent authority toħroġ regolamenti bażikament fuq kif għandhom jiġu miktubin il-poloz ta' l-insurance u fosthom se jkun hemm ukoll il-lingwa li biha dawn jistgħu jiġu miktubin. X'inhu l-ħsieb fuq dan il-punt? Se nidħlu fil-problematika ta' Malti u Ingliż? Jien ngħid li jkun aħjar li ma noqogħdux inżidu overheads żejda billi nesiġu li kollox ikun bid-doppja lingwa.
Meta niġu għal klawsola 47, li proprju tittratta dwar dan, nixtieq inkun naf x'inhu l-ħsieb ta' l-MFSC fuq dan.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 45. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 45 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi. Klawsola 46 - Kuntratti ta' assigurazzjoni jkunu validi minkejja ksur ta' dan l-Att jew ta' l-Att ta' l-1996 dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra.
Clause 46 - Contracts of insurance valid notwithstanding a breach of this Act or of the Insurance Brokers and Other Intermediaries Act, 1996. THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tipprovdi li ebda kuntratt ta' assigurazzjoni ma jkun jista' jiġi meqjus null jew ma jista' jiġi annullat minn assiguratur minħabba biss il-fatt li, fiż-żmien li jkun sar il-kuntratt, kien hemm ksur ta' xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att jew ta' l-Att dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjari oħra ta' l-1998.
Din il-klawsola hija mfassla fuq id-dispożizzjonijiet ta' artiklu 50 - Insurance Transactions and Breach of Law - ta' l-Insurance Business Law of Guernsey, 1996.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki? L-Onor. Dalli.
ONOR. JOHN DALLI: Sur President, jiena nixtieq li nidħlu f'iktar dettall fuq il-konsegwenzi ta' din il-klawsola u nispjegaw is-sitwazzjoni x'inhi. Hawn qegħdin ngħidu li l-fatt li jkunu nkisru provvedimenti ta' din il-liġi jew inkella ta' xi direttivi ma jfissirx li l-kuntratt jiġi null. Pero' dan japplika ugwalment għall-insurance company u l-policy holder? Jiena nifhem li mil-lat ta' insurance company, li suppost taf jekk ikun hemm ksur ta' xi liġijiet, ma tistax imbagħad toħroġ mill-obbligi tagħha għaliex iġġib bħala difiża tagħha l-fatt li kien hemm xi ksur ta' regolamenti. Imma mil-lat ta' policy holder ma naħsibx li jekk f'xi każ il-ksur tal-kuntratt ikun ta' benefiċċju għall-policy holder, m'għandux ikollu d-dritt li jikser il-kuntratt. (Interruzzjonijiet) Jiġifieri dan li qed ngħidu huwa li din qiegħda fuq l-insurer biss. Jiġifieri min qed jinxurja ma jistax iġib l-argument li kien hemm ksur ta' liġi. Min hu insured jekk jaqbillu hekk, jista' jġibu dan l-argument.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki? L-Onor. George Hyzler.
ONOR. GEORGE HYZLER: Sur President, jekk inhu kif qed jgħid l-Onor. Dalli - u hekk hu - naħseb li l-marginal note hija xi ftit misleading u ma taqbilx mat-test. Hawn qed nagħtu l-poter lill-assigurat biex jannulla l-polza, waqt li l-marginal note tgħid bil-maqlub.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, se nressaq emenda verbali għall-marginal note ta' din il-klawsola li tgħid hekk:.
Fin-nota marġinali minflok il-kliem "jkunu validi" għandhom jidħlu l-kliem "ma jistgħux jiġu invalidati minn assiguratur".
In the marginal note for the word "valid" there shall be substituted the words "not voidable by insurer". THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda verbali kif moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda verbali għaddiet nem. con. THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 46 kif emendata verbalment. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 46, kif emendata verbalment, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi. Klawsola 47 - Il-kuntratti jkunu espressi f'lingwa speċifika.
Clause 47 - Contracts to be expressed in a specified language. THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, klawsola 47 titkellem dwar il-kuntratti li jkunu expressi f'lingwa speċifika. Naħseb li l-Onor. Dalli qisu speċi ħaseb li kien hemm xi ħaġa ideoloġika jew xi ħaġa riġida min-naħa tagħna imma żgur li mhuwiex il-każ.
THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor. Dalli.
ONOR. JOHN DALLI: Sur President, nista' nassiguraħ li assolutament m'hemm xejn ideoloġiku. Jien bniedem prammatiku u rrid biss li nkunu ċari.
ONOR. LEO BRINCAT: Fhimtek imma jien immaġinajt li forsi int kont qed taħseb li min-naħa tagħna hemm xi ħaġa ideoloġika jew riġida.
ONOR. JOHN DALLI: Le, m'iniex naħseb ħażin.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, l-intenzjoni tal-leġislatur hija li jkollna xi ħaġa iktar user-friendly. Fil-fatt din il-klawsola tipprovdi sabiex l-awtorita' kompetenti, b'direttiva dwar l-assigurazzjoni magħmula għall-finijiet ta' din il-klawsola, tidditermina l-lingwa li biha kuntratt ta' assigurazzjoni dwar riskju sitwat f'Malta, jew rabta fejn Malta tkun il-pajjiż tar-rabta ta' klassi jew klassijiet speċifikati li jkunu speċifikati fiha, għandhom ikunu expressi.
B'mod ġenerali din il-klawsola hija mfassla fuq id-dispożizzjonijiet ta' artiklu 38 tat-third non-life insurance directive u ta' artiklu 38 tat-third life insurance directive. Ovvjament din tapplika l-iktar meta jkollok ċerti policies, bħalma huma motor policies u anke ċerti life policies, li jkun importanti li tispjegahom għal min forsi ma jkunx jaf bil-lingwa Ingliża.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Dalli.
ONOR. JOHN DALLI: Sur President, il-mistoqsija tiegħi hija din: Aħna se nesiġu li l-poloz iridu jsiru bil-Malti wkoll? Għalfejn qed ngħid hekk? Qed ngħid hekk għaliex ħafna drabi jekk noqogħdu nesiġu li l-affarijiet isiru bil-Malti, il-jargon u l-kliem tekniku li jeżisti fil-qasam ta' l-insurance tant jagħmlu polza bil-Malti unintelligible - kważi jkollok taqraha mitt darba biex tifhimha - li naħseb li it will be defeating its purpose.
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, il-ħsieb huwa li jekk jista' jkun tibqa' fil-lingwa Ingliża. Biss jistgħu jinqalgħu ċirkostanzi fejn ikollok il-ħtieġa li tagħmilha bil-Malti wkoll. L-idea hi li ssir bilingual imma għal raġunijiet tekniċi tibqa' tipprevali l-verżjoni Ingliża.
THE CHAIRMAN: L-Onor. John Dalli.
ONOR. JOHN DALLI: Sur President, noqogħdu attenti wkoll għaliex l-użu tal-lingwa ħafna drabi - jekk tkun b'regolament - jista' jkun mezz ta' protezzjoniżmu għal ċirku ta' insurance lokali. Jiġifieri rridu noqogħdu attenti minn dawn l-affarijiet.
ONOR. LEO BRINCAT: Il-punt tiegħek qed jiġi nnotat.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Hyzler.
ONOR. GEORGE HYZLER: Sur President, jiena nifhem li f'nuqqas ta' ftehim u fin-nuqqas ta' direttiva għandha tkun il-lingwa Ingliża li tipprevali, pero' li jinkwetani aktar mil-lingwa huwa li ħafna drabi l-poloz ta' l-assigurazzjoni, li fil-prattika naħseb kollha jkunu bil-lingwa Ingliża, ma jiftehmux għax ikunu miktubin b'Ingliż li m'huwiex daqshekk user-friendly, kif qal il-Ministru. Il-Ministru qal li l-poloz għandhom ikunu miktubin b'mod iktar user-friendly pero' dan l-artiklu ma jwassalx biex il-poloz jinkitbu b'lingwa li tkun user-friendly. Li għandna hu li jkunu miktubin bl-Ingliż imma b'daqshekk ma wasalna mkien. Jiena li naqra ħafna poloz ta' assigurazzjoni nista' ngħidlek li l-avukati ma jifhmuhomx, u meta l-avukati jkunu ħasbu li fehmuhom il-qrati joħorġu b'interpretazzjoni differenti, aħseb u ara povru assigurat. Voldieri li rrid nistaqsi huwa: Huwiex il-każ li se joħorġu direttivi wkoll anke dwar il-lingwaġġ li jintuża fil-policies biex nagħmluha iktar faċli għan-nies li jifhmu dak li qegħdin jiffirmaw għalih fuqu. Jiena naf li hemm assigurazzjonijiet li ħarġu revised policies b'lingwa li iktar tista' tiftiehem.
Ħaġa oħra li rrid nistaqsi hija jekk il-competent authority hijiex se tindaħal f'dawn l-affarijiet ukoll. Qed nagħmel dan il-kumment għaliex qegħdin f'atmosfera fejn qegħdin nipprovaw inkunu iżjed viċin tal-konsumatur biex dejjem ikun jaf aħjar x'qed jixtri jew għal xiex qed jiffirma. Illum insibu ħafna nies li ma jkollhomx l-iċken idea għal xiex huma assigurati. Imbagħad jgħidulek: Mhux dak qalli biex nagħmel hekk! Jiena mingħalija qiegħed assigurat kontra kollox! Sfortunatament hawn l-idea li l-ismall print hija xi ħaġa ħażina u li mhux suppost qiegħda hemm u hawn dan il-preġudizzju kollu kontra s-small print. Pero' jien naħseb li iktar mis-small print u mill-big print, hija l-lingwa li ħafna drabi ma tinftehimx. L-Ingliż li jintuża f'ħafna policies ma jinftehimx.
THE CHAIRMAN: Il-Ministru. ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, fil-fatt qed jikkonfermawli li diġa' ħarġu guidelines għal dawk li huma life policies u jekk ikun hemm il-ħtieġa li f'setturi oħrajn ikun hemm direttivi oħra, dawn jinħarġu.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Hyzler.
ONOR. GEORGE HYZLER: Voldieri din il-problema qed tiġi apprezzata - ma nafx jekk qattx ġiet diskussa fil-Parlament - u qed inqajjimha off the cuff biex inkunu iżjed ċari.
THE CHAIRMAN: Il-Ministru. ONOR. LEO BRINCAT: Fil-Parlament ma nafx jekk qattx ġiet dikussa qabel biss min-naħa tan-nies tekniċi ta' l-MFSC stess u anke l-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni jidhru li huma aware tal-problema kif qed titqajjem. Anzi se jżommuha taħt ċertu skrutinju ħalli jekk ikun hemm bżonn isiru d-direttivi neċessarji.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Hyzler.
ONOR. GEORGE HYZLER: Issa minn fejn joħroġ il-poter ta' l-awtorita' li tinfluwenza l-lingwaġġ li jista' jintuża?
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, il-liġi nnifisha tipprovdi li jistgħu joħorġu direttivi fuq kull dispożizzjoni tal-liġi. Għalkemm forsi m'hemmx riferenza speċifika għal dak li qed nitkellmu fuqu llum, din qed tkun koperta f'mod ġenerali.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Hyzler.
ONOR. GEORGE HYZLER: Jien m'għandix diffikulta' dwar dan għax jekk fil-fatt iġġebbed daqsxejn l-interpretazzjoni ta' artiklu 47 jien ngħid li tista' tinftiehem hekk ukoll. L-unika problema hi li jekk imbagħad tara subartiklu (2) taħseb li għandu jiġi limitat għall-għażla tal-lingwa iktar milli għal-lingwaġġ. Voldieri subartiklu (2) idaħħalli dubju dwar dan.
Jien naħseb li jekk f'dawn id-debates ikun recorded li hemm dan it-tip ta' poter m'għandux ikun hemm diffikulta'.
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Mr Chairman, qabel ma nagħlqu din il-klawsola għandi emenda verbali:
Fis-subklawsola (1) tal-klawsola 47 tat-test Malti minflok il-kliem "kuntratt ta' assigurazzjoni dwar riskju li jkun sitwat f'Malta" għandhom jidħlu l-kliem "kuntratt ta' assigurazzjoni dwar riskju sitwat f'Malta".
In subclause (1) of clause 47 of the Maltese text for the words "kuntratt ta' assigurazzjoni dwar riskju li jkun sitwat f'Malta" there shall be substituted the words "kuntratt ta' assigurazzjoni dwar riskju sitwat f'Malta".
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda verbali li għadu kif ressaq il-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda verbali għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 47 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed. Klawsola 47 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi. Klawsola 48 - Reklami dwar l-Assigurazzjoni
Clause 48 - Insurance Advertisements
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tipprovdi sabiex l-ebda kumpannija awtorizzata ma toħroġ - jew iġġiegħel li jinħareġ - xi reklam jew tmexxi jew iġġiegħel li titmexxa f'Malta xi attivita' promozzjonali dwar il-kummerċ ta' l-assigurazzjoni li jew tqarraq jew tinganna lil xi detentur ta' polza prospettiv, jew lis-settur ta' l-assigurazzjoni b'mod ġenerali, jew lill-pubbliku b'mod ġenerali dwar l-attiv tagħha, jew dwar l-istruttura korporata tagħha, jew dwar il-qagħda finanzjarja tagħha jew dwar awtorizzazzjoni jew dwar xi ħaġa oħra materjali.
B'mod ġenerali din il-klawsola hija mfassla fuq id-dispożizzjonijiet ta' artiklu 11 li jitkellem dwar il-kunsens meħtieġ għal riklamar ta' skemi, strumenti u servizzi ta' l-Att ta' l-1994 dwar Servizzi ta' Investiment u artiklu 72 - Insurance Advertisements - ta' l-Insurance Companies Act ta' l-1982 tar-Renju Unit.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Dalli.
ONOR. JOHN DALLI: Din hija klawsola li naturalment hija ta' ċerta importanza f'dak li huwa protezzjoni tal-konsumatur. Hawnhekk qed ngħidu li kull reklam ta' l-insurance irid ikun fattwali u ma jridx jagħti impressjonijiet qarrieqa, impressjonijiet foloz ta' x'jista' jkun covered u x'tista' tieħu bħala kumpens għal losses li jkollok. Fid-dinja kompetittiva tal-lum aħna nafu li ħafna drabi l-marketing isir b'mod li jaqgħu għat-tentazzjoni li jkunu on the fringe biex ibiegħu u hawnhekk qed nipprovdu biex ħafna nies li ma jkunux jifhmu l-komplikazzjonijiet u l-intrigues tal-poloz ta' l-assigurazzjoni li jkunu deħlin fihom ma jiġux mitmugħa informazzjoni ħażina.
ONOR. LEO BRINCAT: Ma nistgħux ma naqblux fuq affarijiet bħal dawn li jipproteġu d-drittijiet tal-konsumatur.
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 48. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 48 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi. Klawsola 49 - Twaqqif ta' Fond għall-Protezzjoni u Kumpens. Clause 49 - Establishment of the Protection and Compensation Fund. THE CHAIRMAN: Rimarki? Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tipprovdi espressament għat-twaqqif ta' fond ta' protezzjoni u kumpens u tipprovdi għall-ħlas ta' kull talba dwar riskji sitwati f'Malta u rabtiet f'Malta, fejn Malta tkun il-pajjiż tar-rabta, kontra kumpannija awtorizzata li tmexxi l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni f'Malta, li tibqa' ma titħallasx minħabba insolvibbilta' ta' dik il-kumpannija, skond dawk il-limitazzjonijiet, ristrizzjonijiet u anke esklużjonijiet li jistgħu jiġu preskritti, u sabiex mill-fond jitħallas kumpens lill-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku fit-toroq skond kif jiġi preskritt.
L-għan tat-Taqsima XI - Fond ta' Protezzjoni u Kumpens - hu li jitkompla l-fond ta' assigurazzjoni mwaqqaf taħt artiklu 26 - Fond ta' Assigurazzjoni - ta' l-Att ta' l-1981 dwar l-Impriżi ta' l-Assigurazzjoni u din il-klawsola hija mfassla fuq l-impożizzjonijiet ta' subartiklu (1) ta' l-imsemmi artiklu 26. Fil-fatt effettivament dak li qed jiġri huwa li qed isir extension ta' dak li kien hemm fil-liġi ta' l-1981 meta kien twaqqaf il-fond ta' l-assigurazzjoni.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Dalli.
ONOR. JOHN DALLI: Jien għandi żewġ kummenti fuq dan l-artiklu. L-ewwel kumment huwa b'mod ġenerali. Nerġa' ngħid li huwa tajjeb li nipprovdu fondi ta' dan it-tip pero' dejjem irridu nżommu quddiem għajnejna l-fatt li dawn ma jiġux b'xejn. Qed ngħid dan biex nenfasizza li dawn it-tip ta' fondi jiġu kkreati ħalli ġustament jipproteġu lil dawk li mhux tort tagħhom li jiġu f'pożizzjoni li għandhom claim u ma jitħallsux. Per eżempju, f'Malta għad għandna l-isfortuna li ssib xi bravu li jsuq karozza meta mhuwiex inxurjat. Anke jista' jkun każ ta' insurance company li tkun falliet u allura ma tkunx tista' tonora l-obbligi tagħha. Pero' l-kreazzjoni ta' dawn il-fondi b'mod ġenerali tfisser premiums ogħla għal kulħadd. Dan qed ngħidu sabiex wieħed jifhem li meta qegħdin nagħmlu dan it-tip ta' compensation fund, il-konsumatur stess ikun qed iħallas għalih. Dan mhux qed joħroġ bil-buona volonta' ta' xi ħadd imma jkunu added on bħala cost fuq il-premium li jħallas kulħadd.
Il-Ministru qal li dan il-compensation fund huwa extension ta' dak li jeżisti diġa'. Hekk għandu jkun pero' kif qed naqra l-liġi jien m'iniex qed naraha bħala estensjoni ta' dak eżistenti, imma l-liġi qed tgħid li qed jiġi stabilit dan il-fond u allura qisu hemm qtugħ bejn il-fond li diġa' jeżisti u dan il-fond l-ieħor li qegħdin noħolqu llum. Jien naħseb li hemm lok ta' emenda għal din il-klawsola biex nassiguraw li l-fond li diġa' jeżisti taħt il-liġi eżistenti jiġi carried forward għal din il-liġi.
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, qed jiġbduli l-attenzjoni li fi klawsola 69, li għad irridu niġu għaliha, hemm riferenza biex il-fond li kien twaqqaf bl-Att ta' l-1981 jiġi assorbit għal dan il-fond li qed nitkellmu fuqu f'din il-klawsola. Fil-fatt hemm xi emenda għaliha wkoll.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Hyzler.
ONOR. GEORGE HYZLER: Fil-fatt dan kien il-kumment tiegħi għax jien qed nieħu l-impressjoni li dan il-fond se jassorbi s-security fund li kien twaqqaf bl-Att ta' l-1981 li kien daħal fis-seħħ fl-1986. Qed nieħu wkoll l-impressjoni, u qed jikkonfermawli l-esperti, li se ssir emenda fit-transitory provision. Qed napprezza wkoll, u naħseb li hi ħaġa ta' min wieħed jenfasizza fuqha, li l-perijodu ta' preskirzzjoni biex tagħmel claim fuq dak il-fund qed tiġi estiża għal sentejn għaliex taħt is-security fund il-preskrizzjoni kienet ta' sena. Ħafna drabi l-vittmi ta' inċidenti, speċjalment stradali, li kienu jagħmu ċerti claims taħt dawn il-funds ma tantx kienu jlaħħqu għaliex sena tgħaddi malajr ħafna u sakemm tkun taf x'ġara ssib li ma tistax tagħmel claim għaliex ikun għadda ż-żmien. Għalhekk jien naqbel 100% li dan il-perijodu jiġi estiż għal sentejn.
Nixtieq ukoll li l-Ministru jikkonfermali li s-security fund se jiġi assorbit f'dan il-fund il-ġdid.
ONOR. LEO BRINCAT: Iva, nikkonferma.
ONOR. GEORGE HYZLER: Nixtieq nistaqsi wkoll min se jkun responsabbli għall-claims li jistgħu jsiru taħt dan il-fund għax jekk ma niżbaljax dak iż-żmien kien hemm ċerta discretion ta' l-Attorney General.
ONOR. LEO BRINCAT: Qed jgħiduli li fi klawsola 51 hemm provvediment biex ikun hemm anke management committee u li se jitmexxew anke byregulation.
ONOR. GEORGE HYZLER: Iva, imma minn min? Qed ngħid hekk anke for the record u għall-bżonnijiet ta' dawk il-ftit li jkunu qed jisimgħuna. Jekk xi ħadd irid jagħmel claim fuq dan il-fund lil min se jindirizzah? Min se jmexxi l-fund? Taħt ir-regolament tas-security fund, jekk ma niżbaljax, kien hemm discretion ta' kif kienu jitħallsu l-vittmi u ma kienx hemm formola stabilita ta' kif għandhom jitħallsu.
ONOR. LEO BRINCAT: Il-fond se jkollu persuna legali tiegħu stess, kif hemm illum.
ONOR. GEORGE HYZLER: Kollox sew imma jiena għandi nifhem li l-claims se jitħallsu taħt ċerti guidelines. Ejjew nassumu li jkun hemm personal injuries. Fuq personal injuries lanqas il-qorti m'għandna xi tip ta' linja li nsegwu dejjem. Jekk tmur quddiem imħallef sentenza jaqtagħha mod u jekk tmur quddiem ieħor jaqtagħha mod ieħor għax m'hemmx linja riġida. Fis-security fund ħafna drabi ma nkunux qed nitkellmu fuq direct loss, bħal meta taqla' daqqa fil-karozza u ma tkunx taf min tahielek; għamillek Lm300 ħsara u spiċċa. Dak li qed nissuġġerixxi huwa li jkun hemm iżjed sens wara l-mod ta' kif jiġi amministrat il-fund u l-claims jiġu settled u m'għandniex nużaw il-mod ta' first come first served u jekk, per eżempju, sa l-1 ta' Jannar eżawrejna l-fund allura min iweġġa' wara Jannar hard luck! ONOR. LEO BRINCAT: Fil-preżent hemm regolamenti li kienu ħarġu fl-1986 u jidher li aktarx li r-regolamenti se jkunu prattikament assorbiti wkoll.
ONOR. GEORGE HYZLER: Voldieri hemm xi tip ta' ftehim mal-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni dwar kemm għandu jkun il-kontribut f'dan il-fund? Dan jista' jinfluwenza n-numru ta' kumpanniji li jibqgħu joperaw hawn Malta. Fil-fatt din is-sena nafu li diġa' telqu xi kumpanniji minn Malta. Din hija xi ħaġa li fil-business tiġri regolarment - m'iniex ngħid li telqu minn Malta għax kienu jafu li se nwaqqfu dan il-fund - għax kwalunkwe ħaġa li hija ta' natura soċjali imma li tinfluwenza direttament l-operat ta' kumpannija f'pajjiż ikollha influwenza fuq id-deċiżjoni jekk tibqax topera jew le f'dak il-pajjiż.
Ħaġa oħra li rrid ngħid li forsi ma tantx għandha x'taqsam huwa l-fatt li gvern jaqbad u jgħid li għal din is-sena se jintaxxa l-banek 5% fuq il-profitti u ma niskantax li jkun hawn kumpanniji ta' l-assigurazzjoni li jibdew jibżgħu minn dawn it-tip ta' miżuri.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, fil-preżent il-fund ftit li xejn huwa funded u ħafna drabi jkollhom iduru fuq l-insurance companies infushom. Il- ħsieb huwa - imma din ma rridx nagħmilha tassattiva - li jsiru konsultazzjonijiet, anke mal-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni, dwar il-possibbilta' li dan il-fond ikun funded b'mod tanġibbli u mhux jistennew li jduru fuq l-insurance companies wara li ssir il-claim taħt dan il-fund. ONOR. GEORGE HYZLER: Sur President, jiena nifhimha din. Id-diffikulta' hija li jew se tagħmel fond jew mhux se tagħmel fond. Sakemm ma tagħmilx limituminn qabel qatt m'inti se tkun taf kemm se jkun fih flus. Voldieri jew se tagħmel a direct percentage tal-policies li jinbiegħu, per eżempju, 1% across the board, jew inkella se toqgħod tittallab. Dak li qed ngħid jien huwa li jekk int se tistabilih qabel kulħadd ikun jaf fejn ikun qiegħed. Ma rridux nidħku bina nfusna.
Meta qed ngħidu li nistabilixxu fond bħal dan, fil-prattika l-policies ta' l-insurance se jiżdiedu b'mod biex jikkaverjaw dak il-fund. L-ebda kumpannija ta' l-insurance ma tiġi Malta biex tagħmlilna pjaċir jew għall-karita' imma tiġi hawn biex taqla' l-flus. Issa kull taxxa li nagħmlu fuqha - u din hija taxxa ġusta u soċjali - hija taxxa li l-kumpannija ta' l-assigurazzjoni se tieħu in konsiderazzjoni fil-costings tagħha u tgħid li jekk għandha 1% xi tħallas lis-security fund - jew x'se jkun jismu issa - tikkalkola 1% fuq il-policy biex tagħmel tajjeb għal din it-taxxa. Voldieri nkunu qed nidħku bina nfusna jekk naħsbu li se joħorġuhom mill-but xi nies mill-Ingilterra jew minn fejn tiġi l-kumpannijia ta' l-insurance. Dawk il-flus ikunu qed jiġu mill-policy holders kollha biex jikkompensaw lil dawk in-nies li jkunu sfortunati biżżejjed li mhux biss ikunu sofrew inċident imma li jkunu sofrew inċident f'ċirkostanzi li ma jistgħux jitħallsu b'mod normali, għax jew min ikun għamlilhom il-ħsara ma jkunx instab jew ma jkunx assigurat jew xi ħaġa simili.
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? L-Onor. Dalli.
ONOR. JOHN DALLI: Sur President, biex inżid xi ħaġa ma' dak li qed jgħid l-Onor. Hyzler irrid ngħid li rridu noqogħdu attenti minn żewġ affarijiet. L-ewwelnett kif għidt qabel - u kif saħaq fuqu l-Onor. Hyzler - funding is not without a cost. Il-funding se jfisser żieda fil-premiums. It has a cost. Pero' mill-banda l-oħra jekk inħalluha b'mod mhux ikkonkretizzat u ngħidu li jekk se jinqala' xi ħaġa se mmorru għand l-insurance companies, jien nissuspetta li fir-realta' l-insurance companies diġa' qegħdin jikkalkolaw dan fil-premiums tagħhom u allura la qegħdin jikkalkolawh u mhux qed joħorġu l-flus mil-lat ta' funding, fl-opinjoni tiegħi, dan qed jirriżulta f'inequitable profit mil-lat ta' l-insurance companies għax dawn qed iżommu l-flus għal dak li jista' jinqala'. Jien naħseb li ġaladarba l-premiums qed ikollhom element minħabba dawn il-funds, ikun ħafna aħjar li dan fil-fatt jiġi estratt mill-insurance companies ujiġiorganizzat f'fund suret in-nies amministrat mill-MFSC, bħala l-competent authority, u allura mill-investiment ta' dan il-fund stess dan ikun qiegħed jiġġenera income għall-fund innifsu li eventwalment jista' jservi biex jitnaqqas il-piż fuq il-policy holders fil-futur.
It-tieni ħaġa li rrid ngħid hija li għandu jkun hemm parametri stabiliti dwar kif għandhom jiġu ttrattati claims fuq dan il-fund - u hawn qed nisħaq iktar fuq dak li qal l-Onor. Hyzler - ħalli ma nibqgħux fuq bażi diskrezzjonali. (Interruzzjonijiet) Ma nixtieqx li jinħolqu ombudsmen iktar għax dawn donnhom qed ifaqqsu kuljum! Dak li qed ngħid jien huwa li, bħala konċett, il-parametru se jkun li dan il-fund se jirrifondi l-istess ammont daqslikieku l-claim saret lill-insurancecompany taħt il-polza oriġinali? Jew inkella persentaġġ ta' kemm kienet tkun il-claim kieku ma kienx hemm xi sfortuna ta' insurance company li falliet, jew parti li kkawżat id-dannu kienet irresponsabbli u ma kenitx inxurjata? Jiġifieri dawn huma t-tip ta' parametri preċiżi ta' kif għandhom isiru l-claims ta' dan il-fund. Jien naħseb li jkunu jistgħu jsiru ħafna iktar jekk jiġi stabilit fund uffiċjali u l-amministrazzjoni tiegħu allura tkun definita bi preċiżjoni ikbar.
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 49. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 49 għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi. Klawsola 50 - Kontribuzzjonijiet għall-Fond.
Clause 50 - Contributions to the Fund.
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tipprovdi sabiex il-kumpanniji awtorizzati biex imexxu l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni f'Malta jikkontribwixxu fil-fond b'dawk l-ammonti u b'dawk il-limitazzjonijiet hekk kif jistgħu jiġu preskritti.
Din il-klawsola hija mfassla fuq id-dispożizzjonijiet ta' subartikli (2) u (3) ta' l-imsemmi artiklu 26.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Hyzler.
ONOR. GEORGE HYZLER: Mr Chairman, irrid inżid xi ħaġa żgħira ma' dak li kont għidt, ovvjament fil-kontest ta' dan l-artiklu. Jien ma nafx x'inhi s-sitwazzjoni llum, pero' possibbli li l-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni ma jkunux jafu min qabel kemm huma mistennija li jikkontribwixxu? Veru li qegħdin fil-business tar-riskju imma li ma tkunx taf it-taxxa - għaliex għalihom din hija taxxa - kemm se tkun minn qabel qed naraha daqsxejn stramba. Se tmur fl-aħħar tas-sena u tgħidilhom li għandek bżonn Lm50,000 jew Lm100,000?
ONOR. LEO BRINCAT: F'dan il-każ irid ikollok claim. Sal-lum, thank God, għad ma kellniex każi ta' insolvency.
ONOR. GEORGE HYZLER: Aħna qed nipprospettaw żewġ possibbiltajiet. Jista' jkollok każ ta' insolvency u allura l-kumpanniji li jibqgħu hawn Malta se jagħmlu tajjeb għal dik il-kumpannija li tkun falliet. Jiena nippretendi li f'dan il-każ għandu jkun hemm limitu għax fl-aħħar mill-aħħar the ultimate responsibility f'dawn il-każijiet hija ta' l-Istat u mhux tal-kumpanniji li nzertaw hawn Malta meta xi ħadd falla. Voldieri jekk hawn 20 kumpannija topera Malta u tfalli waħda rridu nġebbdu ħafna biex naċċertaw il-prinċipju li d-19 għandhom jagħmlu tajjeb għal dik li tkun falliet u mhux l-Istat jikkompensa liċ-ċittadini tiegħu talli b'kumbinazzjoni kien hawn kumpannija hawn Malta li falliet u li fl-aħħar mill-aħħar kienet regolata mill-awtoritajiet ta' l-Istat biex din ma tfalliex. Pero' ejjew naċċettaw il-prinċipju li huma wkoll għandhom jikkontribwixxu, imma possibbli ma nistgħux naħsbu f'limitu ta' kemm għandhom jikkontribwixxu? Dan il-provvediment qed jgħid li għandhom jiġu stabiliti limiti, imma jien qed nissuġġerixxi li dan kellna naħsbu għalih fil-liġi.
It-tieni possibbilta' li jista' jkollok hija dik tal-vittmi ta' l-inċidenti tat-traffiku. F'dan il-każ huwa faċli li wieħed jgħid li ma jafx kemm se jkunu l-claims u allura jgħid li ma jistax jgħid kemm għandhom jikkontribiwxxu. Allura wieħed forsi għandu jgħid - ma nafx l-assigurazzjonijiet x'jaħsbu fuqha din imma qed nipprova naħseb b'mod loġiku - li persentaġġ mill-prezz tal-policy għandu jmur fil-fund, indipendentement minn kemm se jkunu l-claims. Jekk se jkun hemm iż-żejjed tajjeb għax jibqgħu hemm u jiġu brought forward għal dak li jista' jinqala' fis-snin ta' wara u, jekk m'hemmx biżżejjed, sa ċertu limitu għandu jagħmel tajjeb għalihom l-Istat. Veru li l-prinċipju dak li aħna ngħidulu l-casus huwa responsabbilta' tal-vittma, imma aħna qed niżviluppaw soċjeta' li kemm jista' jkun tgħin ukoll lil min ikun l-iżvinturat. Issa għandek dak li jaħseb li jkun inxurjat hu stess u għandek dak li jippretendi li l-ieħor għandu jkun inxurjat. Jekk jien qed nimxu fit-triq nippretendi li dak li jsuq il-karozza jkun inxurjat u mhux neċessarjament inkun inxurjat jien talli nkun qed nimxi fit-triq għax il-karozza qed tikkrea iżjed riskju milli qed nikkrea jien. Pero' kollox għandu l-limitu tiegħu u l-insurance companies qegħdin fid-dinja tal-business, qegħdin hawn biex jagħmlu l-flus u għandhom ikunu jafu minn qabel x'inhuma x'inhu l-exposure tagħhom għal dan it-tip ta' kontribuzzjoni għall-ġid soċjali tal-pajjiż li jkunu qed joperaw fih. Aħna nafu li l-parti l-kbira tagħhom m'humiex Maltin, jiġfiieri l-kunxjenza soċjali tagħhom għandha l-limiti wkoll, u l-Istat naturalment għandu jilgħab il-parti tiegħu wkoll.
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, il-konċett tal-pre-funding naħseb li hawn qbil fuqu imma li jrid isir huwa li qabel ma affarijiet bħal dawn jiġu nklużi fir-regulations hemm importanza u ħtieġa li jsiru d-diskussjonijiet neċessarja mal-lincensed companies.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Joe Brog.
ONOR. JOE BORG: Sur President, f'subartiklu (2) ta' din il-klawsola fit-test Ingliż għandek imniżżel hekk:
''...may be prescribed with due respect to different kinds of buinsess of insurance or different classes or part classes thereof, or of authorised companies,...'' Jiena naħseb li jew hemm il-kelma ''of'' żejda jew inkella naħseb li jkun aħjar jekk tiġi ''or different kinds of authorised companies''. Peress li f'dan il-każ l-kelma ''of'' u l-kelma ''or'' jidhru ħafna drabi naħseb li jkun aħjar li wieħed jirrevediha ħalli toħroġ ftit iktar ċara.
ONOR. LEO BRINCAT: M'hemmx oġġezzjoni u se nressaq emenda verbali, kemm għat-test Malti kif ukoll għat-test Ingliż, li tgħid hekk:
''Fis-subklawsola (2) tal-klawsola 50, minflok il-kliem ''dwar kumpanniji'' għandhom jidħlu l-kliem ''dwar kull xorta ta' kumpanniji''.
In subclause (2) of clause 50, for the words 'or of authorised companies, there shall be substituted the words ''or different kinds ofauthorised companies''.''.
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda verbali kif moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda verbali għaddiet nem. con. THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 50 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 50, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi. Klawsola 51- Amministrazzjoni tal-Fond.
Clause 51 - Management of the Fund. THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tipprovdi sabiex il-fond ikun amministrat u xort'oħra trattat skond ir-regolamenti magħmulin għall-finijiet ta' dan l-Att. Imbagħad għandna proviso li jipprovdi sabiex, suġġett għal ċerti limitazzjonijiet, isir trattament separat dwar ħlasijiet li jsir fil-fond minn kumpanniji li jmexxu kummerċ fit-tul, li għandhom ikunu wżati għal kumpens dwar kummerċ fit-tul, u ħlasijiet li jsiru fil-fond minn kumpanniji li jmexxu kummerċ ġenerali, li għandhom ikunu wżati għall-kumpens dwar il-kummerċ ġenerali.
Din il-klawsola hija mfassla fuq id-dispożizzjonijiet ta' subartiklu (4) ta' l-imsemmi artiklu 26 u twitti t-triq biex jinżammu, b'emendi skond il-ħtieġa, ir-regolamenti ta' l-1986 dwar il-fond ta' l-assigurazzjoni ta' l-impriża ta' l-assigurazzjoni, avviż legali 28 ta' l-1986.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Hyzler.
ONOR. GEORGE HYZLER: Sur President, jien għandi diffikulta' żgħira. Meta artiklu 51 kulma qed jgħid huwa li dan il-fond se jiġi managed skond regolamenti li għad iridu joħorġu, ma nifhimx għaliex fil-proviso qed jingħad li speċi trid tintrabat li lil dawn il-kumpanniji tittrattahom separatament u differentement. Ġaladarba int għadek ma ftehemt xejn, kif se tittrattahom joħroġ mid-diskussjonijiet li għad trid tagħmel. Voldieri għalfejn qed tintrabat li tittrattahom differenti?
ONOR. LEO BRINCAT: Jidher li n-nies tekniċi tagħna jikkonsidrawha fundamentali ħafna li l-long-termbusiness u dak ġenerali jkunu separati minn xulxin.
ONOR. GEORGE HYZLER: Jiena napprezza li għandek tittrattahom differentement jew sepratament imma mhux qed nifhem għaliex għandek tpoġġiha fil-kontest ta' proviso, għax int fl-artiklu li qed tirregola ma ntrabat għal xejn. Allura jekk int ma ntrabatx in the first place, kif se tintrabat bil-proviso? Jiena m'għandi l-ebda diffikulta' fuq din il-klawsola imma qed nistaqsi dan għax din qisha ma tantx tagħmel sens.
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? L-Onor. Borg.
ONOR. JOE BORG: Sur President, biex inkomplu fuq dak li qed jgħid il-kollega tiegħi l-Onor. Hyzler, irrid ngħid li għandi xi kummenti x'nagħmel kemm fuq l-ewwel proviso, kif ukoll fuq it-tieni proviso. L-ewwel proviso ma jogħġobniex kif inhu worded u allura se nipproponi kif jista' jiġi reworded. Forsi jista' jiġi reworded hekk:
''Provided that such regulations shall ensure that payments made into the fund by companies authorised to carry on long-term business shall be treated separately and shall be utilised exclusively for compensation with respect to long term business, and payments made into the fund by companies authorised to carry on general business shall also be treated separately and shall be used excxlusively for compensation with respect to general business:'' Ma nafx jekk hux dan l-ispirtu ta' dan il-proviso imma jekk dan hu l-ispirtu naħseb li huwa tajjeb li tiġi reworded b'dan il-mod. Jien qed nimxi fuq it-test Ingliż peress li t-test Ingliż jipprevali għax altrimenti kont nimxi fuq it-test Malti.
Il-kumment li rrid nagħmel fuq it-tieni proviso huwa dan. Dan il-proviso jirriferi għal qualifying shareholding pero' qed jgħid li qualifying shareholder, għal dan l-iskop, tfisser persuna li għandha shares li jirrappreżentaw mill-inqas 20%. Issa fil-liġi għandna definizzjoni ta' ''qualifying shareholding'' u tgħid hekk:
''a direct or indirect holding in a company which represents ten per centum or more of the share capital issued by such company or ....'' Allura jien qed nara li hawnhekk hawn konflitt u aħjar li ma tintuża xejn il-kelma ''qualifying'' biex ma jkunx hemm konflitt bejn id-definizzjoni ta' qualifying shareholding bit-10% u u l-oħra bit-20% u tiġi reworded hekk:
''Provided further that no payment shall be made from the fund to any person who is a shareholder in the insolvent company and who holds 20 per centum or more of the issued shares of such company''.
Xejn xejn, wieħed ikun daħħal il-konċett ta' l-issued shares, bħalma hemm ukoll fid-definition ta' ''qualifying shareholding'' tat-10% u tevita l-problema li għandek ''qualifying shareholding'' tfisser mod in ġenerali u hawnhekk tfisser differenti.
Issa biex inkun għidt kollox fid-definition ta' ''qualifying shareholding'' għandek mhux biss it-10% imma anke jekk ikollok voting rights, etc. Hawnhekk qed nillimitawaha għal 20%. Jekk ma triduhiex hekk forsi wieħed jista' jagħmel li għall-iskopijiet ta' dan il-proviso, t-10% imsemmija fid-definizzjoni għandha tinqara 20%.
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex id-diskussjoni fuq din il-klawsola tiġi posposta sakemm issir l-emenda.
THE CHAIRMAN: Hawn permess biex klawsola 51 tiġi posposta? (Onor. Membri: Iva)
Il-permess ingħata u klawsola 51 ġiet posposta.
Klawsola 52 - Preskrizzjoni dwar talbiet għall-ħlas ta' kumpens mill-Fond.
Clause 52 - Prescription in respect of claims for payment out of the Fund.
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tipprovdi għal preskrizzjoni ta' sentejn biex matulhom wieħed jagħmel talba għall-ħlas ta' kumpens mill-fond. Din il-preskrizzjoni saret fuq talba tal-kumitat tal-fond ta' l-assigurazzjoni sabiex it-talbiet li jistgħu jsiru lilu, isirulu fil-perijodu tal-preskrizzjoni u mhux fi żmien indefinit. Fil-fatt paragrafu (a) ta' din il-klawsola se jiġi emendat sabiex minħabba ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji, relatati ma' xoljiment u stralċ konsegwenzali ta' kumpannija, il-perijodu ta' preskrizzjoni ta' sentejn jibda jgħodd mid-data li fiha l-kumpannija tiġi stralċjata u mhux mid-data li l-kumpannija titqies li tkun ġiet xolta.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Borg.
ONOR. JOE BORG: Sur President, jiena nissuġġerixxi li minflok ma l-perijodu ta' sentejn jibda jiddekorri mill-mument li tiġi wound up - għax proprjament wound up huwa terminu ftit vag - jibda jiddekorri from the moment that the name of the company is struck off the register. Dak huwa l-mument meta l-kumpannija verament tispiċċa għax jista' jkun li ġiet wound up pero' jkun għad baqa' xi oġġezzjoni.
ONOR. LEO BRINCAT: Għandna l-barka ta' l-Attorney General fuq din il-biċċa xogħol.
ONOR. JOE BORG: Nistgħu nagħmlu hekk biex inkunu iżjed preċiżi għax ''the name of the company struck off the register'' huwa fil-kontest tal-liġi Maltija. Issa hawnhekk qed nirriferu anke għal leġislazzjonijiet oħrajn. Ma jistax ikollna garanzija li f'leġislazzjonijiet oħrajn jużaw l-istess formola allura ta' min jgħid li għandha tiġi worded hekk: ''two years from the date the name of the company is struck off the register or otherwise wound up'' jew '' or otherwise definitely wound up''. B'hekk inkunu koprejna kwalunkwe leġislazzjoni għax imbagħad tkompli ''under any other law applicable to the insolvent company for the time being in force''.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, nitlob il-permess tal-kumitat biex nipposponu din il-klawsola.
THE CHAIRMAN: Hawn permess? (Onor. Membri: Iva)
Il-permess ingħata u klawsola 52 ġiet posposta. Klawsola 51- Amministrazzjoni tal-fond
Clause 51- Management of the fund. (Posposta aktar kmieni fil-Kumitat) ONOR. LEO BRINCAT: GĦandi emenda għal klawsola 51.
"O" Minflok l-ewwel u t-tieni provisos għal klawsola 51 għandu jidħol dan li ġej:
“Iżda dawk ir-regolamenti għandhom jiżguraw li ħlasijiet li jsiru fil-Fond minn kumpanniji awtorizzati li jmexxu kummerċ fit-tul għandhom jiġu trattati separatament u għandhom ikunu wżati esklussivament għal kumpens dwar kummerċ fit-tul, u ħlasijiet li jsiru fil-Fond minn kumpanniji awtorizzati li jmexxu kummerċ ġenerali għandhom ukoll jiġu trattati separatament u jiġu wżati esklussivament għal kumpens dwar kummerċ ġenerali;
Iżda wkoll li ebda ħlas ma għandu jsir mill-Fond lil xi persuna li tkun azzjonist fil-kumpannija insolventi u li jkollha għoxrin fil-mija jew iżjed ta’ l-ishma maħruġa ta’ dik il-kumpannija.”.
"O" For the first and second provisos to clause 51 there shall be substituted the following: “Provided that such regulations shall ensure that payments made into the Fund by companies authorised to carry on long term business shall be utilised for compensation with respect to long term business shall be treated separately and utilised exclusively for compensation with respect to long term business, and payments made into the Fund by companies authorised to carry on general business shall also be treated separately and shall be utilised exclusively for compensation with respect to general business: Provided further that no payment shall be made from the Fund to any person who is a shareholder in the insolvent company and holds twenty per centum or more of the issued shares of such company.”. THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda "O" għaddiet nem. con. THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 51 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 51, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi. Klawsola 52 - Preskrizzjoni dwar talbiet għall-ħlas ta' kumpens mill-Fond.
Clause 52 - Prescription in respect of claims for payment out of the Fund. (Posposta aktar kmieni fil-Kumitat.) ONOR. LEO BRINCAT: Għal klawsola 52 għandi din l-emenda:
"P" Fil-paragrafu (a) tal-klawsola 52 minflok il-kliem "il-kumpannija konċernata titqies li tkun ġiet xolta taħt xi liġi applikabbli għal dik il-kumpannija insolventi dak iż-żmien tkun fis-seħħ;" għandhom jidħlu l-kliem "l-isem tal-kumpannija jiġi mħassar minn fuq ir-reġistru jew dik il-kumpannija tiġi definittivament stralċjata;".
"P" In paragraph (a) of clause 52 for the words "the company concerned is deemed to have been dissolved under any law applicable to the insolvent company for the time being in force;", there shall be substituted the words "the name of the company is struck off the register or such company is otherwise definitely wound up;".
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda mressqa u moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda "P" għaddiet nem. con. THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 52 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 52, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi. Klawsola 53 - Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-income.
Clause 53 - Exemption from income tax. ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, klawsola 53 tittratta dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-income. Din l-eżenzjoni saret fuq talba tal-kumitat tal-fond ta' l-assigurazzjoni u hi l-kontribut ta' l-Istat b'għarfien li l-fond għandu valur soċjali. Nimmaġina li fuq din għandu jkun hemm qbil.
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 53. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 54 - Eżenzjoni taħt din it-Taqsima.
Clause 54 - Exemption under this Part. ONOR. LEO BRINCAT: Klawsola 54 titkellem dwar l-eżenzjoni taħt din it-taqsima. Din il-klawsola tipprovdi sabiex teżenta mill-applikazzjoni ta' Taqsima XI dak ix-xorta ta' kummerċ imsemmi fil-klawsola jew dak ix-xorta ta' kummerċ imsemmi fiċ-ċirkostanzi speċifikati. L-eżenzjoni taħt paragrafu (a) tagħha saret għaliex dak ix-xorta ta' kummerċ mhux relatat ma' ebda terza persuna.
L-eżenzjoni taħt paragrafu (b) saret fuq dispożizzjonijiet ta' paragrafu 3 ta' regolament 7, Kontribuzzjonijiet fil-Fond tar-regolament ta' l-1986 dwar il-fond ta' l-assigurazzjoni, kif emendat b'paragrafu (b) ta' regolament 3 li jemenda regolament 7 tar-Regolamenti prinċipali tar-regolamenti ta' l-1995 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-fond ta' l-assigurazzjoni ta' l-impriża ta' l-assigurazzjoni, avviż legali 100 ta' l-1995.
Sur President, qiegħed nipproponi emenda għal din il-klawsola li tinqara kif ġej:
"Q" Minflok is-subparagrafu (i) tal-paragrafu (b) tal-klawsola 54 għandu jidħol dan li ġej:
"(i) kummerċ ta' assigurazzjoni li jitmexxa minn membru ta' Lloyd's jew ta' Korp ta' l-Assigurazzjoni Rikonoxxut jekk il-korp regolatorju ta' Lloyd's jew ta' dak il-Korp ta' l-Assigurazzjoni Rikonoxxut, skond il-każ, jintrabat b'mod irrevokabbli u bil-miktub li jiġi aċċettat mill-Awtorita' Kompetenti li jagħmel tajjeb għal kull talba li ssirlu kontra xi wieħed mill-membri tiegħu, b'mod li ma jkun xejn inqas favorevoli minn dak li jista' jiġi preskritt taħt il-paragrafu (a) ta' l-artikolu 49 ta' dan l-Att fil-każ ta' l-insolvibilita' ta' xi wieħed mill-membri tiegħu.".
"Q" For subparagraph (i) of paragraph (b) of clause 54 there shall be substituted the following: "(i) business of insurance carried on by a member of Lloyd's or of a Recognised Insurance Body if the governing body of Lloyd's or of such other Recognised Insurance Body, as the case may be, gives an irrevocable written undertaking acceptable to the Competent Authority to meet all claims against any of its members, in a manner being not less favourable than that as may be prescribed under paragraph (a) of section 49 of this Act in the event of the insolvency of any of its members;". THE CHAIRMAN: L-Onor. Borg.
ONOR. JOE BORG: Se nagħmel kumment żgħir dwar paragrafu (b) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 54. L-intrapriżi li kienu kompriżi u li issa ġew sostitwiti bil-Lloyd's huma koperti bil-provvediment il-ġdid, jew hemm xi ħaġa li tħalliet barra? Per eżempju, hawnhekk issemmew "insurance carried on by an individual undertaking jew member of an association". Jiġifieri dawn spiċċaw?
ONOR. LEO BRINCAT: Kif tafu fi klawsola 2 - din għad irridu niġu għaliha - hemm tibdil radikali li jikkonċerna lil-Lloyd's u allura din saret minħabba dak it-tibdil li hemm propost.
ONOR. JOE BORG: Jiġifieri dak it-tibdil li kien hemm ikkontemplat b'xi mod jew ieħor għadu kopert?
ONOR. LEO BRINCAT: Iva.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Borg.
ONOR. JOE BORG: Xtaqt nagħmel emenda korrezzjonali żgħira. Fit test Ingliż, paragrafi (b)(i) u (b)(ii) iridu jibdew bil-kelma to u fit-test Malti jridu jibdew bil-kelma "għal"
THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda "Q" kif imressqa u moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye)Dawk kontra? Agreed. L-Emenda “Q” għaddiet nem. con. THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 54 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 54, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi. THE CHAIRMAN: Onor. Membri, ippermettuli imma se jkolli nwaqqafkom għax sar il-ħin.
Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ irrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'. THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.