Debates tal-kamra tad-deputati


ĦAL FAR - ŻVILUPPAR TA' AREA



Yüklə 469,96 Kb.
səhifə7/7
tarix16.12.2017
ölçüsü469,96 Kb.
#35012
1   2   3   4   5   6   7

ĦAL FAR - ŻVILUPPAR TA' AREA

13351. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-high lighted area fil-mappa li qed tintbagħat separatament f'Ħal Far se tiġi żviluppata mill-MDC? Peress li din l-area qed tintuża minn Ħal Far Model Flying Association, din se tingaħta post alternattiv? Jekk fl-affermattiv, fejn u meta?
Għaliex ma saritx konsultazzjoni ma' din l-għaqda sportiva?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nissuġġerixxi li l-Onor. Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.


SAĦĦA - LIPID LOWERING AGENTS"

13352. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lipid lowering agents humiex sejibqgħu jingħataw mingħajr ħlas lill-pazjenti li jsofru minn din il-kondizzjoni u li s'issa kienu qegħdin jirċevuhom?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ix-xaħam għoli fid-demm mhuwiex kondizzjoni koperta bi Skeda V ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.


SAĦĦA - LIPID LOWERING AGENTS

13353. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu lipid lowering agents lill-pazjenti fis-snin 1996 - 1997 mill-isptarijiet tal-gvern? Kemm kienet l-ispiża għal dawn il-mediċini ma' l-istess perijodu sena b'sena?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar, u għalhekk tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.

SEDQA - CHIEF EXECUTIVE

13354. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-Chief Executive tas-Sedqa ġietx appointed kif qal il-Prim MInistru jew inkella hijiex seconded mid-Dipartiment tas-Saħħa? X'kienet ir-raġuni li ttieħed dan il-pass?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - SICK LEAVE

13355. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ġranet ta' sick leave li ttieħdu fid-dipartiment tiegħu matul is-snin 1996 u 1997 skond il-kategoriji ta' mpjegati differenti? Kemm swew flus dawn il-ġranet fid-dipartiment? Kif jikkompara dan il-persentaġġ meta mqabbel mar-rata tas-sick leave matul il-Ħdud u l-festi?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.


SPTARIJIET - PROVISION STORES TA' L-IKEL

13356. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12552?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Bejn Diċembru 1997 u Frar 1998, l-Isptar Zammit Clapp ma kellu l-ebda nuqqas ta' provvista ta' ikel skond il-mistoqsija.
Bejn Diċembru 1997 u Frar 1998, saru tmien rapporti mill-Provision Stores ta' l-ikel ġewwa r-Residenza ta' San Vinċenz, dwar nuqqas ta' provvisti ta' oġġetti ta' l-ikel. Il-provvisti nieqsa kienu dawn:-
1. Kidney Beans - f'żewġ okkażjonijiet.

2. Beef knuckles - tliet darbiet.

3. Beef

4. Vegetables - f'żewġ okkażjonijiet


Dawn l-oġġetti ta' l-ikel ġew ipprovduti mill-open market u kellu jagħmel tajjeb għalihom il-kuntrattur. Multi ma ġiex imwaħħal.
Il-kuntrattur involut li naqas li jissupplixxi l-oġġetti imsemmija hawn fuq huwa s-Sur Anthony Borg.
Bejn Diċembru 1997 u Frar 1998 saru 49 rapport mill-provisions stores ta' l-ikel ġewwa l-isptarjiet li kienu maqsuma hekk:
Sptar San Luqa: 25

Sptar Monte Karmeli: 24

Sptar Ġenerali Għawdex: xejn
Ir-rapporti saru minħabba l-fatt li l-kuntratturi ma ssupplixxewx il-provvista mitluba jew ġabu anqas milli kienu mitluba. Il-provvisti kienu: ħaxix, patata, tiġieġ, ċanga u fwied.
Il-kuntratturi nvoluti kienu:
- Mr Victor Mifsud għal perijodu mill-1 sal-15 ta' Diċembru, 1997 dwar il-ħaxix.
- Mediċina Food Manufacturing dwar tiġieġ għal-perijodu kollu nvolut.
- Mr Anthony Borg dwar ħaxix, ċanga, patata u fwied għal perijodu 16 .12.1997 - 28.2.1998.
Il-multi stipulati jammontaw għall Lm430 u dawn kollha ġew irkuprati għaliex kull multa mposta titnaqqas mill-ammont globali li kull kuntrattur ikollu jieħu mid-dipartiment.


SPTAR SAN LUQA - ILMENTI

13357. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12556 u jgħid ukoll kemm minn dawn il-complaints kienu ġustifikati?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: In-numru totali ta' complaints reġistrati għal 1997 fl-Isptar San Luqa fil-Customer Care Unit kien ta' 1555 maqsumin xahar b'xahar kif ġej:-


Jannar

171

Frar

151

Marzu

161

April

134

Mejju

94

Ġunju

141

Lulju

111

Awissu

135

Settembru

121

Ottubru

31

Novembru

60

Diċembru

245

Dwar in-natura tal-complaints dawn kienu :-


Appuntamenti 124 8 %

Files li ma nstabux 210 13.5 %

X-Rays li ma nstabux 177 11.4 %

Mistoqsijiet generali fuq is-servizzi 273 17.6 %

Spizerija u medicini 728 46.8 %

Ohrajn 43 2.8 %
Kull complaint uffiċjali ġustifikat jew le, jiġi investigat u jiġi meqjus fuq il-merti tiegħu.


KUNSILLI LOKALI - ELEZZJONIJIET

13373. L-ONOR. JOSEPH ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13208 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nominazzjonijiet minn kandidati għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali bejn l-1993 - 1998?
Kemm kien hemm nominazzjonijiet ta' kandidati taħt l-20 sena; taħt it-30 sena; bejn it-30 u s-60 sena u pensjonanti?
Kemm minnhom kienu nisa u rġiel f'dawn il-kategoriji ta' eta'?
X'kien in-nmumru ta' nominazzjonijiet minn kull lokalita' f'kull elezzjoni rispettiva u kemm kien hemm minnhom ġejjin minn partiti politiċi, indipendenti u għaqdiet?
Kemm minnhom ġew eletti, f'liema kategoriji ta' eta', kemm kien hemm nisa u rġiel u kemm kien hemm ġejjin minn partiti politiċi, indipendenti u għaqdiet?
Kemm minnhom irriżenjaw jew mietu, minn liema lokalitajiet, taħt liema kategorija ta' eta' jaqgħu u jekk kenux nisa jew irġiel?
ONOR. ALFRED SANT: It-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.


TRASPORT PUBBLIKU - ROTTA NRU. 57

13374. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid: minn fejn kienet tgħaddi l-karozza 57; kemm kienet frekwenti f'ħin din il-karozza tal-linja għal bus stops li hemm fiz-zona ta' Santa Margerita fil-Mosta; ll-Kunsill Lokali tal-Mosta kien kkonsultat rigward it-tibdil li seħħ dan l-aħħar f'din ir-rotta; fis-sitwazzjoni preżenti għaz-zona ta' Santa Margerita, fil-Mosta fiex jikkonsisti s-servizz ta' trasport pubbliku għal bus stops li hemm f'din iz-zona?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li filwaqt li sad-9 ta' Marzu s-servizz tar-rotta 57 kien jopera bejn il-Belt Valletta u Buġibba via Sta Margerita fil-Mosta, mid-9 ta' Marzu nbidel f'wieħed ċirkolari bejn il-Belt Valletta u l-Mosta via Sta Margerita biex b'hekk kompla ssaħħaħ is-servizz fil-Mosta. Barra minn hekk tibdil ieħor li seħħ hu fis-sens li wara d-9.00 a.m. n-numru 57 jinbidel għal 157 peress li flok tgħaddi mill-Imsida l-karozza qed tgħaddi minn Triq Psaila għall-Ħamrun u viċi versa u dan bl-iskop li kull siegħa jkun hemm servizz mill-Mosta li jgħaddi mill-Ħamrun flok mill-Imsida.
Jiena nformat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ma ħassitx li kellha tikkonsulta mal-Kunsill Lokali tal-Mosta dwar it-tibdil fir-rotta bejn il-Belt u Birkirkara peress li din il-parti tar-rotta ma taqax taħt il-konfini ta' dak il-kunsill.
Jiena nformat ukoll li l-ħinijiet tas-servizz baqgħu kull siegħa kif ġej:-
L-ewwel vjaġġ minn Sta Margerita bil-57 fis-6.45 a.m. imbagħad vjaġġ kull siegħa mill-Belt bejn is-7.10 a.m. s-7.10 p.m. Il-karozzi jaslu fiż-żona ta' Sta Margerita madwar 25 minuta wara li jkunu telqu mill-Belt, bl-aħħar vjaġġ minn Sta Margerita għall-Belt isir fil-5.35 p.m. Kif diġa' spjegat, il-karozzi li jitilqu mill-Belt fis-7.10 a.m. u fit-8.10 a.m. ikunu juru n-numru tad-destinazzjoni 57 peress li jgħaddu mill-Msida, filwaqt li fil-kumplament tal-ġurnata jkunu juru n-numru tad-destinazzjoni 157 peress li jgħaddu minn Triq Psaila.


PIXXINA NAZZJONALI - KUMITAT

13375. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13242, seduta 203, jista' l-Ministru jagħtini tweġiba għaż-żewġ kumitati?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari numru 13129 ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qatt s'issa ma kienet il-prassi li fuq dawn il-kumitati jkun hemm rappreżentanti tal-Fakulta' tal-Edukazzjoni u tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU).
Rigward it-tieni parti tal-istess interpellanza, ma kenitx indikata l-ħtieġa li jsiru konsultazzjonijiet mal-partijiet imsemmija.


WSC - AWDITURI ESTERNI

13376. L-ONOR. JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13225, jista' l-Ministru jindika liema kienet l-offerta li biha ħadet il-kuntra d-ditta Mizzi, Doublet, Scerri & Co.?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13225, l-offerta li biha ħadet il-kuntratt ta' awdituri esterni id-ditta Mizzi, Doublet, Scerri & Co. kienet tammonta għall Lm8,000 inkluż ic-CET u l-konsolidazzjoni ta' l-accounts.


SAN PAWL-IL BAĦAR - TISWIJA TA' TOROQ

13377. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar tinġibidlu l-attenzjoni għall-fatt li triq Ġdida fi triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar tinstab imħarbta u kollha ġrieden fost ilmenti persisteni tar-residenti?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilment tiegħu għaddejtu lill-kunsill konċernat.
Sadanitant jien informat li t-triq imsemmija qatt ma ġiet mogħtija wiċċ u għalhekk ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-kunsill. Rigward il-ġrieden jien ukoll informat li din hi l-ewwel darba li l-kunsill irċieva dan l-ilment għat-triq imsemmija.


SEGRETARJAT GĦALL-ISPORT - PLATTINI GĦALL-ISPARAR

13378. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux konsultazzjonijiet mis-Segretarjat għall-Isport mad-Dipartiment tad-Dwana sabiex il-plattini li jiġu mportati għall-użu ta' l-isparar ma jitħallasx daqshekk dazju fuqhom? Is-segretarjat huwa impenjat biex jgħin lil dan l-isport li l-parteċipazzjoni fih tirrikjedi wisq spejjeż, fis-sens li dan l-isport jista' jkun is-sostitut għad-delizzju tal-kaċċa?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Is-segretarjat ma kellu l-ebda talba minn naħa tal-federazzjoni u l-clubs li jorganizzaw l-isport ta' l-isparar fuq il-plattini dwar eżenzjoni ta' dazju.
Fil-passat kienu saru talbiet għall-eżenzjoni mill-VAT imma dawn kienu ġew miċħuda.


SEGRETARJAT GĦALL-ISPORT - TLIELAQ TAŻ-ŻWIEMEL

13379. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux konsultazzjonijiet bejn is-Segretarjat għall-Isport u l-Gozo Channel Co. sabiex ġerrejja taż-żwiemel Għawdxin li pparteċipaw fit-tlielaq taż-żwiemel fil-Malta Racing Club jingħataw sussidju fuq it-trasport tal-karru taż-żwiemel peress li l-ħlas ogħla sew mindu għolew it-tariffi tal-Gozo Channel?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ma saret l-ebda talba lis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Isport biex tintervjeni min-naħa tas-sidien taż-żwiemel Għawdxin. Jien informat ukoll illi ma saru l-ebda konsultazzjonijiet mal-Malta Racing Club f'dan is-sens.


AĠENTI TA' L-IVVJAĠĠAR - RIFUŻJONI TA' TAXXA

13380. L-ONOR. MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Peress li ġie rapportat fl-istampa lokali li l-Ministru qiegħed jaħdem sabiex igħin għal soluzzjonijiet ta' problemi li qed jiffaċċjaw l-aġenti ta' l-ivvjaġġar fir-rigward ta' rifuzjonijiet ta' taxxa (CET) u tat-taxxa fuq l-ivvjaġġar meta vjaġġ jiġi mħassar (ara The Malta Business Weekly 19 ta' Marzu, 1998) jista' l-Ministru jgħid fejn wasal s'issa biex tinstab soluzzjoni għal dawn il-problemi?
ONOR. KARMENU VELLA: Bħalma ntqal fl-artiklu msemmi fid-domanda, qegħda tkun kkonsidrata kull possibbilta' biex jinstab xi mezz kif tittaffa din il-problema meta jitħassar xi vjaġġ.


AMBJENT - ĦITAN TAS-SEJJIEGĦ

13381. L-ONOR. MICHAEL REFALO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-inizjattiva rigward ir-restawr tal-ħitan tas-sejjiegħ, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra bil-ħidma li saret mid-Dipartiment ta' l-Ambjent kemm ilu li daħlu fis-seħħ ir-regolamenti relattivi? Kemm-il metru ta' ħajt ġie restawrat u f'liema lokalitajiet? Kemm u minn fejn tneħħew il-laned u tankijiet tal-metal li tant ikerrħu l-paesaġġ? X'ħidma beħsiebu jieħu d-Dipartiment ta' l-Ambjent u ż-żmien/perijodu meħtieġ biex titwettaq politika li dwarha jaqbel kulħadd? X'beħsiebu jagħmel il-gvern biex jiżgura li din l-inizjattiva tirnexxi?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.


MSIDA - TRIQ REĠJONALI

13382. L-ONOR. JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi l-kolonnar u r-railings li hemm fi Triq Reġjonali, Msida proprju fuq dik il-parti li tiġi fuq il-btieħi u l-ġonna tar-residenti f'Ta' Xmiexi jinsabu fi stat diżastruż, anzi perikoluż, jista' l-Ministru jindika meta dawn se jkunu rranġati?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: L-esperjenza uriet illi t-tip ta' railing u kolonnar tal-konkrit mhux adegwat biex iservi ta' barrier għat-traffiku u għalhekk hemm il-ħsieb li dan it-tip ta' strutturi jinbidlu b'guard rails tal-metall fejn ikun hemm bżonn ta' tiġdid.


SAĦĦA - ĊENTRI TAS-SAĦĦA

13383. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-health centres; kemm hemm tobba jaħdmu fihom; u kemm se jkun il-budget għal dawn il-health centres?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Il-politika taċ-ċentri tas-saħħa hija dik li toffri l-aħjar servizz ta' kura primarja tas-saħħa liċ-ċittadini kollha bl-użu l-aktar għaqli tar-riżorsi disponibbli.
Fil-preżent fiċ-ċentri tas-saħħa hemm 80 tabib li jaħdmu full-time u 20 tabib li jaħdmu part-time.
Il-budget għaċ-ċentri tas-saħħa għas-snin li ġejjin ikun determinat minn sena għall-oħra waqt il-fażi ta' preparazzjoni tal-estimi ġenerali. Għar-rigward il-budget għas-sena korrenti nirriferi lill-Onor. Interpellant għall-estimi pubblikati għall-1998.


GŻIRA - ST. ALBERT STR - IPPARKJAR

13384. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,561 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u ċioe' jikkonsidra l-gvern illi jbiddel id-deċiżjoni li biha karozzi fi Triq St. Albert, fil-Gżira quddiem il-kumpannija, li isimha qed jintbagħat separatament, ma jitħallewx jipparkjaw hemmhekk u dan b'telf ta' flus, bi drop ta' 50% income għall-istess kumpannija?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Bħalma jaf l-Onor. Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissugerixxi l-Onor. Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirriferi għalih, fil-fatt ħija waħda mir-responsabbiltajiet tal-kunsill.


P.A. - SITI B'IMPORTANZA ARKEOLOĠIKA

13385. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12852 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tat-23 ta' Marzu, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'beħsieba tagħmel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tħares il-fdalijiet arkeoloġiċi li jinsabu fl-inħawi tal-Lukanda Verdala, r-Rabat billi qed jingħad li x'inħawi qrib is-sit se jiġu mogħtija għall-iżvilupp?
ONOR. GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tinġabar l-informazzjoni.


GUDJA - TARMAK

13386. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq fir-raħal tal-Gudja se jingħataw it-tarmak jew l-asfalt fil-ġejjieni qarib?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.


PROĠETTI ĠODDA

13387. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11314 magħmula minni, u għal dik numru 12628 magħmula minni bħala reminder, jista' l-Ministru issa jirrispondi l-mistoqsija?
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO: L-informazzjoni mitluba tingħata f`xi seduta oħra.


AMBAXXATI MALTIN BARRA MINN MALTA

13388. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jipprovdi n-numri tal-linji kollha tat-telefon u tal-fax imħallsin minn fondi pubbliċi għal kull ambaxxata Maltija barra minn Malta u għar-residenza uffiċjali ta' kull ambaxxatur? F'każ li mhux possibbli li jipprovdi n-numri tal-linji, jista' l-Viċi Prim Ministru għall-inqas jipprovdi kemm hemm linji tat-telefon u tal-fax imħallsin minn fondi pubbliċi f'kull ambaxxata u fir-residenza uffiċjali ta' kull ambaxxatur?
ONOR. GEORGE VELLA: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt lill-Onor. Membru għall-mistoqsija parlamentari identika li għamilli numru 9295.


KUMMISSJONI EWROPEA - EUROPEAN TRAINING FOUNDATION

13389. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: In vista tal-fatt li l-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi tibdil fir-regolament ta' l-1990 li bis-saħħa tiegħu twaqqaf il-European Training Foundation, fejn fost it-tibdil propost hemm li l-pajjiżi terzi tal-Mediterran jiġu nklużi bħala benefiċċjarji ta' l-azzjonijiet ta' din il-fondazzjoni, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-Ministeru tiegħu qiegħed isegwi dawn l-iżviluppi sabiex Malta tkun tista' tibda tibbenefika minn dawn l-azzjonijiet mill-bidu nett li jsir dan il-ftuħ għall-pajjiżi terzi mediterranji?
ONOR. GEORGE VELLA: Nista' nikkonferma li l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin qed isegwi kull żvilupp fuq il-European Training Foundation bl-iskop li Malta tibbenefika kemm tista' minn din il-foundation, meta jkun possibbli li jsir dan.


MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - SAFAR MINN DELEGAZZJONIJIET

13390. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta li ta l-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11852 dwar cash payments u travellers cheques lil min ikun se jsiefer fuq xogħol uffiċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-prassi normali hi li nofs il-ħlasijiet isiru cash u n-nofs l-ieħor fi travellers cheques?
ONOR. GEORGE VELLA: Jiena nformat illi l-prassi hija dik li jiena spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11852. Kif diġa' għidt, f'arranġamenti għal safriet uffiċjali ta' ċertu urġenza, jista' jkun - jiġifieri mhux neċessarjament li jkun hekk - li s-somma li tingħata fi flus kontanti tkun tiżboq l-ammont li jkun kopert mill-polza tas-sigurta' tal-Gvern. Ma nistax ngħid jekk, f'dawn il-każijiet, l-avvanz ta' flus jinqasamx nofs bin-nofs bejn flus kontanti u traveller's cheques, kif qed jimplika l-Onor. Membru.


BAGHDAD - AMBAXXATA MALTIJA

13391. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti, sena b'sena mill-1991 sa l-1997 u bid-dettalji kollha, x'pagamenti saru cash mill-ambaxxata ta' Malta f'Baghdad?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.


BRUSSELS - AMBAXXATA MALTIJA

13392. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti, sena b'sena mill-1991 sa l-1997 u bid-dettalji kollha, x'pagamenti saru cash mill-Ambaxxata ta' Malta fi Brussels?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.


SPTARIJIET STATALI - INVESTIGAZZJONIJIET

13403. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-investigazzjonijiet jew proċeduri kirurġiċi jew oħra li ma jsirux ġewwa l-isptarijiet statali u jsiru fi kliniċi oħra Malta stess?
F'liema kliniċi jsiru dawn u kemm iħallas il-gvern għal kull wieħed? Jista' l-Ministru jistabbilixxi xi kwota ta' kemm minn dawn isiru kull ċertu żmien? Kemm hi din il-kwota f'kull każ?
Hemm xi ħsieb li din il-policy titbiddel biex il-gvern ma jibqax dipendenti fuq ħaddieħor, jew il-gvern iħoss li jkun aktar għaqli li jkompli jinqeda b'dawn is-servizzi privati għax aktar jaqbel?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: L-investigazzjonijiet jewproċeduri kirurġiċi li ma jsirux fl-isptarijiet statali u li jsiru fi kliniċi oħra f' Malta huma :-
- MRI Scan isir f'St. James Clinic

- Urodynamic Studies isiru St. Philip's u

Capua Palace Hospital.

- Sleep Study isir ġewwa St. James Clinic.

- Pulse Dye Laser isir ukoll ġewwa St.

James Clinic.


Hemm ukoll Pain Relief Clinic formali li ssir fl-Isptar San Filippu. Għalkemm mhux fil-forma ta' klinika, is-servizz pubbliku joffri servizz ta' pain relief fejn indikat.
Id-Dipartiment tas-Saħħa qed joffri biss is-servizz ta' MRI li jsir mis-St. James Clinic. Ir-rata ta' ħlas hija ta' natura kummerċjali u għalhekk ma nħossx li għandi nagħti din il-figura.
Il-kwota ta' l-MRI Scans hija medja ta' madwar 25 fix-xahar.
Filwaqt li l-policy tibqa' li fis-servizz pubbliku għandu jkun hemm il-faċilitajiet kollha, huwa tajjeb li fejn hu cost-effective ma tiskartax l-option li toffri s-servizz mill-privat.
Sadanittant niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Membru li qed isir dak kollu possibbli biex dak li ma sarx fis-snin tat-tmexxija preċedenti dwar dħul ta' servizzi ġodda jiġi aċċelerat fix-xhur li ġejjin.


HOTEL VERDALA - ART

13404. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi diġa' ġie ndikat li qed jiġi kkonsidrat x'kumpens ingħata lill-bdiewa ta' l-art ta' taħt il-Hotel Verdala biex jagħmel tajjeb għall-korsa tal-golf li għaliha hemm applikazzjoni pendenti, jistax wieħed jifhem li s-Selection Committee diġa' wasal għall-konklużjonijiet tiegħu allavolja dawn ma ġewx imħabbra?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.


NTOM - EVENTS DIRECTORATE

13405. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Billi l-Events Directorate ta' l-NTOM kien qed iħejji biex fi Frar jittella' Mediterranean Folk Music and Dance Festival u safejn naf jien dan ma sarx, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jindika r-raġuni għal dan?
ONOR. KARMENU VELLA: Qatt ma kien ippjanat li jsir Mediterranean Folk Music and Dance Festival fi Frar. Madankollu l-Events Directorate ta' l-NTOM tagħmel għadd ta' rakkmandazzjonijiet ta' attivitajiet simili, għal konsiderazzjoni tal-bord.


NTOM - FESTIVAL OF MILITARY BANDS

13406. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Billi kien ilu l-ħsieb ta' l-NTOM u fil-fatt kienu saru l-preparazzjonijiet meħtieġa għal dan li f'Jannar ta' din is-sena jittella' l-Festival of Military Bands, x'inhi r-raġuni li dan ma sarx? Xi ħsebijiet hemm għal ġejjieni?
ONOR. KARMENU VELLA: Qatt ma kien ippjanat li jsir Festival ta' Baned Militari f' Jannar ta' din is-sena. Madankollu l-Events Directorate ta' l-NTOM tagħmel għadd ta' rakkmandazzjonijiet ta' attivitajiet simili, għal konsiderazzjoni tal-bord.


NTOM - EVENTS DIRECTORATE

13407. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-idea li l-Events Directorate ta' l-NTOM kellu, u li għaliha kienet saret bosta riċerka, biex jittella' Festival of Baroque Culture u li kien ipprogrammat li jsir f'Diċembru tas-sena l-oħra?
ONOR. KARMENU VELLA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Events Directorate ta' l-NTOM ħaseb li jittella' Festival of Baroque Culture waqt il-Festival Valletta: History and Elegance li qiegħed isir kull sena.


MALTA INTERNATIONAL GRAND HARBOUR FIRE WORKS FESTIVAL

13408. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Jista' l-Ministru jgħid xi tħejjiet qegħdin isiru għal Malta International Grand Harbour Fire Works Festival li l-Events Directorate ta' l-NTOM kien qed jimmira li jtella' f'Marzu/April ta' din is-sena?
ONOR. KARMENU VELLA: Qatt ma kien ippjanat li jsir Malta International Grand Harbour Fire Works Festival f'Marzu/April ta' din is-sena. Madankollu l-Events Directorate ta' l-NTOM tagħmel għadd ta' rakkmandazzjonijiet ta' attivitajiet simili, għal konsiderazzjoni tal-bord.


STAZZJONI MAX

13409. L-ONOR. MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12670 peress li diġa' għaddew aktar minn 20 ġurnata biex issir it-tfittxija mwegħda fl-istess mistoqsija parlamentari u diġa' ladarba qed issir riferenza għall-programm imxandar minn kanal riċevut f'Malta mis-sistema tal-Cable TV?
ONOR. KARMENU VELLA: Il-programm On Tour; Malta' li ntwera fuq l-istazzjon tal-Cable TV - MAX fl-1 ta' Frar, 1998 fis-2.30 p.m., kien parti minn sensiela li xxandar mill-kumpannija Ingliża Travel Channel.
Kif isir is-soltu, l-NTOM tat l-appoġġ loġistiku lill-kru li ffilmja dan il-programm.


KUNSILLI LOKALI

13410. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għaċ-ċirkolari datata 16 ta' Marzu, 1998 (Memo 30/1998) rigward "l-operat finanzjarju tal-kunsilli lokali", jista' l-Ministru jgħid liema kien il-kunsill lokali li għamel it-talba meħtieġa permezz tas-segretarju biex jiġi aċċertat li jkunu approvati x-xogħlijiet li l-valur tagħhom jeċċedi l-vot annwali tal-kunsill; u jgħid x'inhu jsir mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali biex il-Ministeru jkunu konxju ta' kemm qed jiżdiedu l-prezzijiet ta' xogħlijiet li huma magħrufa bħala kuntratti bażiċi?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-Artikolu 61 ta' Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali "Il-kunsill ma jistax jowtorizza xi xogħlijiet li l-valur tagħhom jeċċedi l-vot annwali tiegħu..... . Iżda meta l-kunsill jenħtieġ awtorizzazzjoni sabiex ikunu approvati xi xogħlijiet ta' valur li jeċċedi l-valur imsemmi f'dan l-artikolu, dan għandu, permezz tas-segretarju, jagħmel it-talba meħtieġa bil-miktub lill-Ministru.......".
Għaldaqstant meta kunsill jagħmel it-talba meħtieġa għall-approvazzjoni, din it-talba trid issir qabel ma' jiġu awtorizzati x-xogħlijiet u mhux wara.
F'dan il-każ kien il-Kunsill Lokali tal-Mosta li għamel talba għall-approvazzjoni skond l-Artikolu 61, iżda peress li din it-talba saret wara li kienu diġa twettqu x-xogħlijiet, din ma setgħetx tiġi kkonsidrata.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nixtieq nirriferi lill-Onor. Membru għall-mistoqsija parlamentari numru 8578.


PA - PA 6400/95

13411. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga ma' l-awtorita' kompetenti kif il-PA 6400/95 li nħareġ f'Ġunju 1996 ġie ta' ostaklu għall-permess bin-numru PA 2779/95 li kien ġie approvat qablu u ċioe' fil-25 ta' Jannar, 1996 u dan meta l-beni ilu mibni qabel il-1962 (Land File No. 842/62)?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

GOZO STADIUM

13412. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Kif jista' jispjega l-fatt il-Ministru illi l-beni l-ġdid li nbena fil-Gozo Stadium ma jidhirx fil-pjanta li ġiet ippreżentata mar-riżoluzzjoni fil-Parlament rigward l-art tal-Gozo Stadium li ngħatat lill-GFA bir-riżoluzzjoni hawn fuq imsemmija?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nitlob lill-Onor. Interpellant jekk jogħġbu jippreċiża għal-liema bini qed jirriferi.


PULIZIJA - PERMESSI

13413. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-permess tal-pulizija bin-numru Z/A/L1/96, jista' l-Prim Ministru jinvestiga kif ħareġ dan il-permess mill-Pulizija qabel ma kien hemm il-permess mill-Planning Authority PA 2779/95?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li l-permessi tal-Pulizija dwar l-applikazzjoni msemmija mill-Onor. Interpellant għadhom ma nħarġux.


IMPJIEGI - UNEMPLOYMENT ASSISTANCE

13414. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9145, 11700 u 13120 kif jispjega l-Ministru li meta l-għadd ta' nies tirreġistra għax-xogħol f'Għawdex f'Ġunju 1997 kien ta' 619, l-unemployment assistance kien ta' Lm42,073, u meta l-għadd ta' nies tirreġistra żdied għal 635 f'Diċembru, 1997 u l-ammont ta' unemployment assistance niżel għal Lm8,882?
ONOR. EDWIN GRECH: L-ammont ta' Lm42,073 jirriferi għall-perijodu mit-2 ta' Ġunju, 1997 sa l-4 ta' Lulju, 1997 jiġifieri jiġbor fih ħames pagamenti li saru f'dan ix-xahar.
L-ammont ta' Lm8,882.05 jirriferi għall-perijodu mis-26 ta' Diċembru, 1997 sa l-1 ta' Jannar, 1998 jigifieri ta' ġimgħa waħda.
Filwaqt li n-numru ta' nies fuq l-unemployment assistance f'Ġunju kien ta' 262, l-ammont fl-aħħar ġimgħa ta' Diċembru kien ta' 279.
Mhux kull min ikun qiegħed jirreġistra għax-xogħol jikkwalifika għall- unemployment assistance.


KERĊEM - UFFIĊĊJU TAL-KUNSILL LOKALI

13415. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta kienet ġiet sottomessa applikazzjoni għall-permess ta' bini f'Kerċem li kellu jilqa' fih l-uffiċċju tal-kunsill kif ukoll l-għassa tal-Pulizija u berġa tal-lokal, billi dawn kollha jinsabu jiffunzjonaw minn ġewwa l-iskola primarja tal-gvern fejn qegħdin jokkupaw spazju bżonnjuż għall-amministrazzjoni ta' l-istess skola?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, peress li l-applikazzjoni kienet saret mill-Ministru għal Għawdex.


GĦAWDEX/KEMMUNA - SUBMARINE WATER PIPELINE

13416. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu ix-xogħlijiet ta' manuntenzjoni li qegħdin isiru bħalissa fuq is-submarine water pipeline bejn Kemmuna u Għawdex? Meta nbeda ix-xogħol u meta mistenni jintemm?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq is-Submarine Pipeline bejn Kemmuna u Għawdex inbeda fil-bidu ta' Marzu u dan ix-xogħol hu mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' Marzu, dejjem jekk it-temp jippermetti.
Ix-xogħol fuq is-Submarine Pipeline hu xogħol ta' rutina li jsir kull sena biex jassigura li l-pipeline jinżamm fi stat tajjeb.
Din il-ħidma tikkonsisti primarjament f'manutenzjoni tal-blokki tal-konkos li jżommu l-pipeline mmażrat mal-qiegħ tal-baħar.


GĦAWDEX- UFFIĊĊJU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI

13417. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsijiet magħmula lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-area office tal-Ħarsien Soċjali fin-Nadur, minn nhar it-Tnejn, 19 ta' Jannar, 1998 beda jinfetaħ filgħodu biss u jinżamm magħluq wara nofs inhar? Jaf il-Prim Ministru li minn dak l-uffiċċju jinqdew in-nies kemm tan-Nadur kif ukoll tal-Qala u t'Għajnsielem? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk il-kunsilli lokali tal-postijiet msemmija kenux avżati minn qabel b'tali deċiżjoni? Jekk fl-affermattiv, x'kienet ir-reazzjoni tagħhom? Kemm ilu miftuħ għall-pubbliku l-uffiċċju msemmi hawn fuq?
ONOR. ALFRED SANT: Naħseb li l-Onor. Interpellant jaqbel li għandu jiġi żgurat li s-servizzi tal-Gvern għandhom ikunu organizzati mill-perspettiva u l-bżonnijiet taċ-ċittadini mingħajr ħela ta' riżorsi pubbliċi.


GĦAWDEX - PUBBLIĊITA'

13418. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13119, jista' l-Ministru jgħid meta kien ġie ffirmat ftehim bejn l-NTOM u l-Gozo Channel għall-promozzjoni ta' Għawdex bħala destinazzjoni turistika fi stands internazzjonali u fiex kien jikkonsisti dak il-ftehim?
ONOR. KARMENU VELLA: Permezz ta' dan il-ftehim li ġie iffirmat fl-1989 il-Gozo Channel tagħti kontribuzzjoni finanzjarja ta' Lm15,000 fis-sena u 300 biljett bir-ritorn bejn Malta u Għawdex. Madankollu fl-aħħar sentejn (1996-1997) b'mod orbitrarju il-Gozo Channel m'għaddietx dawn il-biljetti, li jintużaw min ġurnalisti barranin li l-NTOM ġġib sabiex jippromwovu 'l Malta u l-Għawdex.


BUDGET - RPI

13419. L-ONOR. JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10418 dwar l-impatt tal-miżuri tal-budget fuq l-RPI u li għadha ma ġietx risposta?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Membru li l-impatt dirett tal-miżuri tal-budget fuq l-RPI ixxandar mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika flimkien ma' l-indiċi li nħarġu minn Novembru 'l hawn.


DIPARTIMENT TAL-KONSUMATUR - PRODOTTI

13420. L-ONOR. JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 13240, peress li l-Ministru qal li l-lista ta' prodotti kollha msemmija tvarja minn store għal ieħor, jista' l-Ministru jagħti l-prezz tal-lista tal-prodotti, anke jekk din tvarja minn store għal ieħor?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-ministeru ma jeżistix dan it-tagħrif mitlub, billi din tirrigwarda prezzijiet li ma ġew ippubblikati minn xi dipartiment tal-Gvern u, għalhekk, m'humiex uffiċċjali.


CET - DĦUL

13421. L-ONOR. JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13241, jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatax refund lil minn jesporta u lil hotels fuq ix-xiri lokali tagħhom?
Jekk ingħata refund, jista' l-Ministru jagħti l-ammont xahar b'xahar minn mindu daħlet is-CET?
Rigward ir-risposta dwar is-CET fi Frar u r-refund li tħallas, jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċifra li ngħatat għad-dħul mis-CET, kienx net?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kif diġa' weġibt fil-mistoqsija parlamentari numru 13421, s'issa kien hemm biss rifużjoni waħda bis-sistema tas-CET, dak ta' Frar, 1998. Il-biċċa l-kbira tat-taxpayers li bbenefikaw minn dan ir-rifużjoni kienu manifatturi li jesportaw.
Iċ-ċifra tad-dħul mis-CET li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari msemmija kienet gross.


PBS - LAQGĦA

13423. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li saret laqgħa li fiha ħadu sehem numru ta' mpjegati fil-PBS u wara l-laqgħa ħarġet call for applications intiża biex l-imsemmija mpjegati jimlew dawn il-vakanzi? Kif huma ġustifikati dawn il-ħatriet?
ONOR. ALFRED SANT: Żgur li l-Onor. Membru jaqbel li għal laqgħat interni l-General Manager ta' kumpannija għandu l-jedd isejjaħ lil min jidhirlu li jista jagħti kontribut siewi fihom.
Il-laqgħa msemmija kellħa l-għan waħdieni li tagħti ħjiel lil dawk kollha preżenti dwar il-proċedura tal-ħruġ ta' sejħa għall-applikazzjonijiet ta' ħatriet ġodda.
Il-ħatriet huma kollha bi qbil mal-General Workers Union.
Naturalment, kull ristruttura tenħtieġ li tibqa' prerogattiva tal-management u l-Bord tad-Diretturi tal-kumpannija.


THEATRE PROJECTS - RAPPORT

13424. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tat-Theatre Projects in konnessjoni mal-proġett taċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-ARTI -

STEERING COMMITTEE

13425. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħa ta' l-iSteering Committe dwar iċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti?

ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


ĊENTRU NAZZJONALI TA' L-ARTI - STEERING COMMITTEE

13426. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minn min kien kostitwit l-iSteering Committee li kien twaqqaf appost biex jimmonitorja l-progress tat-twettieq taċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


SEGRETARJAT PARLAMENTARI - SERVIZZ TAT-TRASPORT

13427. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min qed jagħti s-servizz tat-trasport fis-Segretarjat Parlamentari? Liema garaxx? Kif sar il-ftehim? Liema dipartimenti qed jieħdu dan is-servizz tat-trasport?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


DIPARTIMENT TAL-KULTURA U SPORT

13428. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi sewwa l-pożizzjoni dwar id-Dipartiment tal-Kultura u dak ta' l-iSport, fis-sens jekk dawn ġewx amalgamati flimkien? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid kif huma organizzati issa u b'liema vot mill-budget? Minn meta ġie fis-seħħ dan l-arranġament?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Le.


MARSA - BAR TAS-SEZZJONI SPORT

13429. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħtini informazzjoni dwar min hija l-persuna li qegħda tmexxi l-bar tas-Sezzjoni Sport tal-Marsa li jaqa' taħt id-dekastru tiegħu? Meta ħarġet l-offerta għal dan il-bar?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-offerti kollha li ntefgħu f'dan il-kuntest?
Mil-liema ġurnata beda l-barman preżenti?
F'isem min ġiet mitfugħa l-offerta ta' dan il-bar?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11182 u 12366.


QRATI - ĠURIJIET

13430. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ġurijiet is-sena l-oħra? X'kienet l-akkuża f'kull każ? Kemm huwa maħsub li sewa lill-gvern kull ġuri li sar is-sena l-oħra?
ONOR. GAVIN GULIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 1997 saru 40 ġuri. L-akkuża f'kull każ kienet:
1. Importazzjoni, traffikar jew pussess ta' droga - 17-il ġuri.
2. Serq - 4 ġurijiet

3. Omiċidju volontarju - 6 ġurijiet


4. Bigamija - ġuri wieħed
5. Feriti gravi - 9 ġurijiet
6. Tentattiv ta' omiċidju - ġuri wieħed
7. Splużjoni f'lok - 2 ġurijiet
Dwar l-aħħar parti ta' l-interpellanza ir-risposta tingħata f'seduta oħra, peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.


KUNSILLI LOKALI - INFIQ

13431. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lill-gvern kull elezzjoni li saret għall-kunsilli lokali min mindu dawn bdew isiru?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Nirriferi lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.


KUNSILLI LOKALI - VOTANTI B'ĊITTADINANZA BARRANIJA

13432. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni b'ċittadinanza barranija li setgħu jivvotaw f'kull elezzjoni għall-kunsilli lokali li saret min mindu dawn twaqqfu? Kemm minnhom fil-fatt ivvotaw f'kull elezzjoni?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Nirriferi lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
KUNSILLI LOKALI - VOTANTI B'NAZZJONALITA' BARRANIJA

13433. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ivvotaw persuni ta' nazzjonalita' barranija f'kull lokalita, fl-elezzjoni li saret għall-kunsilli lokali dan l-aħħar? Kemm ivvotaw fl-elezzjoni ta' qabel fl-istess lokalita?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Nirriferi l-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.


TAJR - REĠISTRAZZJONI

13434. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rreġistraw tajr ibbalzmat mad-dipartiment? Kemm kienu nisa u kemm irġiel? Kemm kien in-numru ta' tajr protett irreġistrat u kemm kien in-numru ta' kull tip ta' tajr irreġistrat? Kemm min dan it-tajr huwa tajr li jpassi minn Malta u kemm huwa n-numru ta' tajr illi nqabad barra minn Malta u ma jpassix min hawn?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.


KAĊĊA - LIĊENZJI ĠODDA

13435. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni ġodda li applikaw għal-liċenzja tal-kaċċa is-sena l-oħra? Kemm kienu nisa u kemm irġiel?
ONOR. GEORGE VELLA: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-Pulizija.


DAR IL-MEDITERRAN GĦAL KONFERENZI

13498. L-ONOR. MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Jista' l-Ministru jerġa' jikkonsidra t-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 12863, peress li t-tmexxija ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi mhijiex tmexxija ta' impriża kummerċjali u n-nefqa annwali tiġi vvotata fl-estimi tal-ministeru li taqa' taħt l-iskrutinju tal-Kamra?
ONOR. KARMENU VELLA: Għalkemm il-Gvern jivvota Lm200,000 bħala sovvenzjoni għat-tmexxija ta' Dar il-Mediterran Għal Konferenzi, iċ-ċentru jitmexxa fuq bażi kummerċjali, għaldaqstant insostni t-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12863.


AIRPORT - KUMPANNIJA BARRANIJA

13499. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13217 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tal-25 ta' Marzu, jista' l-Ministru jgħid liema hi ż-żona f'Ħal Safi li l-MDC beħsiebha tiżviluppa qrib l-ajruport?
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO: L-MDC għamlet applikazzjoni lill-Awtorita ta` l-Ippjanar għaż-żona li tidher immarkata bl-aħmar fil-pjanta li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.
L-awtorita' ssuġġeriet iż-żona immarkata bl-ikħal.
Dan is-suġġeriment bħalisssa qed jiġi kkonsidrat mill-MDC.
Ta' min jinnota li miż-żona mmarkata bl-isfar hemm joperaw żewġ kumpaniji privati li rriferejt għalihom fit-tweġiba ta` qabel.


BIBJOTEKA TA' MALTA - KOTBA

13500. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew depożitati kotba fil-Bibljoteka ta' Malta matul l-1997 skond kif titlob il-liġi?
ONOR. EVARIST BARTOLO: 485 ktieb ġew depożitati fil-Bibljoteka ta' Malta matul l-1997 skond kif titlob il-liġi.


GĦAWDEX - LABOUR FORCE

13501. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-labour force f'Għawdex għax-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 1997 kif ta tagħrif għax-xhur ta' Awissu u Settembru, 1997 fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11638?
ONOR. EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 13,501 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


SAĦĦA - CASUAL SOCIAL ASSISTANCE

13502. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12910 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tal-11 ta' Marzu, jista' l-Ministru jiċċara l-kliem fuq bażi ta' prijorita' dwar servizz ta' għajnuna fid-djar?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA:Tingħata prijorita' fl-għoti tas-servizz ta' kura u għajnuna fid-dar:
- lil anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali li jgħixu weħidhom u ma jkollhomx support familjari.
- lil anzjani ta' eta' avvanzata li jkunu dipendenti ħafna.
- lil anzjani li jenħtieġu assistenza f'attivitajiet ta' kuljum.
- lil anzjani b'kumplessita' ta' mard li jirrendihom dipendenti ħafna.
- lil anzjani li ntelqu, li jkunu resqin lejn disorjentament, li jgħixu f'ambjenti maħmuġin, li jkunu għaddejjin minn fażi ta' dipressjoni, li jgħaddu minn ħafna telfiet, li jkunu qed jaqtgħu qalbhom fil-ħajja u jenħtiġielhom assistenza u għajnuna.
- lil xi carers li jieħdu ħsieb anzjani dipendenti u jenħtieġu respite.
- lil anzjani li jkunu sejrin lura d-dar wara perijodu rikoverati l-isptar.
- lil anzjani li jenħtieġu servizz temporanju wara xi inċident.
- lil anzjani li, li kieku ma jkollhomx dan is-servizz japplikaw biex jidħlu f'residenza għall-anzjani.


SPTAR MONTE CARMELI - ĦLAS TA' SAHRA

13516. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema ta' l-Isptar Monte Carmeli jdumu xhur twal biex jitħallsu ta' l-overtime li jkunu għamlu?

ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Normalment l-overtime jitħallas kemm jista jkun malajr. Pero ġie li jkun hemm xi dewmien minħabba xi diffikultajiet amministrattivi.


KUNSILLI LOKALI - LAQGĦAT ĠENERALI

13517. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew residenti għal-laqgħat ġenerali li saru dan l-aħħar mill-kunsilli lokali fil-postijiet kollha?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li nagħti tweġiba f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni trid tinġabar.


SAĦĦA - NURSING AIDES

13518. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-applikazzjonijiet għad-dħul fil-kors ta' taħriġ għal Nursing Aides li kien avżat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Settembru, 1997 numru 16,491?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk kienx beda xi kors ta' taħriġ minn dak inhar 'il hawn u jekk iva, minn fejn intgħażlu t-trainees jekk mhux mill-aħħar applikazzjoni?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru W1141.
GĦAWDEX - DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - DĦUL

13520. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul mid-Dipartiment ta' l-Artijiet f'Għawdex fis-snin 1995, 1996 u 1997?
ONOR. ALFRED SANT: Id-dħul mid-Dipartiment ta' l-Artijiet f'Għawdex huwa kif gej:
1995 - Lm 77 190.250

1996 - Lm 82 851.010

1997 - Lm 78 087.330


DIPARTIMENT TAL-PULIZIJA - ĠBIR TA' LIĊENZJI

13521. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul totali mill-ġbir ta' liċenzji u ħlasijiet oħra fid-Dipartiment tal-Pulizija ta' Għawdex fis-snin 1995, 1996 u 1997?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li, fis-snin indikati, id-dħul minn liċenzji u ħlasijiet oħra miġbura f'Għawdex u li jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Pulizija kien kif jidher hawn taħt : -
1995 - Lm160,342

1996 - Lm210,419

1997 - Lm111,338
Ta' min jinnota li b'effett minn Jannar 1997 it-Trading Licences bdew jinġabru mill-kunsilli lokali.

GĦAWDEX - DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI

13522. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm nuqqas ta' stationery fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ġewwa Għawdex u għaliex fl-istess dipartiment mhux qed jingħata fuel għal karozzi impressed?
ONOR. ALFRED SANT: Qed isir kontroll iktar strett fil-ħruġ ta' stationery u fuel biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm ħela.


DIPARTIMENT TAL-PASSAPORTI

13523. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul mid-Dipartiment tal-Passaporti f'Għawdex fis-snin 1995, 1996 u 1997?
ONOR. ALFRED SANT: Nixtieq ninformak illi d-d]ul mid-Dipartiment tal-Passaporti f'Għawdex huwa kif gej:
Fis-sena 1995 dħul kien ta' Lm 19 567

Fis-sena 1996 dħul kien ta' Lm 11 490



Fis-sena 1997 dħul kien ta' Lm 9 826


GĦAWDEX - HELIPORT

13524. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni għal xi xogħol konness mal-heliport f'Għawdex? Jekk saret, meta se jibda x-xogħol?
ONOR. GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tinġabar l-informazzjoni.

GĦAWDEX, - TRIQ GĦAR QAWQLA - XOGĦLIJIET

13525. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjoni għal xogħol ta' Belveder fi Triq Għar Qawqla, f'Marsalforn? Jekk hemm, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ħariġx permess u jekk iva, meta se jibda dan ix-xogħol?
ONOR. GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien sabiex tinġabar l-informazzjoni.


WSC - KONTIJIET

13535. L-ONOR. JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ġiex deċiż li l-kontijiet ta' l-ilma se jibdew joħorġu kull xahrejn?
Minn ħa din id-deċiżjoni u kemm se tkun l-ispiża żejda biex dan isir?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: S'issa għada ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni uffiċjali biex il-kontijiet ta' l-ilma joħorġu kull xahrejn.


MOODY'S - RAPPORT

13537. L-ONOR. JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li Moody's fir-rapport tagħhom tal-25 ta' Marzu, 1998, qalu li deficit ta' 5% tal-GDP se jwassal għal żieda fid-dejn pubbliku b'rata li taċċellera u li din mhijiex sostenibbli, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jirrevedi l-mira long-term tiegħu li jniżżel id-deficit għal 5%, kif intqal fil-budget?
ONOR. LEO BRINCAT: Filwaqt li hu minnu li l-mira tal-Gvern li jnaqqas id-defiċit fil-Budget tiegħu għal madwar 5% tal-Prodott Gross Domestiku, se twassal għal żieda fid-dejn pubbliku. Din iż-żieda m'hux talli ma tkunx b'rata li taċċellera iżda b'ammonti li jonqsu minn sena għall-oħra.
Għaldaqstant, il-Gvern m'għandu l-ebda ħsieb li jirrevedi din il-mira.


MOODY'S - RAPPORT

13538. L-ONOR. JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li fir-rapport ta' Moody's dwar ir-rating ta' Malta tal-25 ta' Marzu, 1998, jingħad li d-deficit fiskali fl-1996 kien ta' 9.2% u dan niżel għal 8.3% fl-1997 waqt li kemm il-Ministri kif ukoll il-Prim Ministru qalu diversi drabi li għandna deficit ta' 10% - 12%, jista' l-Ministru jgħid x'kien id-deficit fl-1997 u kemm hu stmat il-GDP għal 1997, u għaliex hemm din id-differenza bejn dak li qalu Moody's u dak li qal il-Gvern dwar id-deficit?
ONOR. LEO BRINCAT: Meta tkellimt fid-Diskors tal-Budget fuq il-qagħda finanzjarja fl-1997, kont għidt li d-defiċit fin-nefqa tal-Gvern kien mistenni, dak in-nhar, li jilħaq madwar Lm125 miljun li kien jirrappreżenta madwar 9.8% tal-Prodott Gross Domestiku. Is-sena finanzjarja 1997 issa ngħalqet u d-deficit attwali laħaq Lm102.8 miljun li jirrappreżenta 8% ta' dak li hu stmat li se jkun il-Prodott Gross Domestiku għall-istess sena.
Meta r-rappreżentanti tal-Aġenzija Moody's kienu f'Malta aktar kmieni din is-sena, il-kalkoli tagħhom inħadmu fuq figuri li kien għad m'humiex iffinalizzati.

ONOR. PRIM MINISTRU - KONFERENZA MAL-ĠURNALISTI

13539. L-ONOR. JOSEF BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Peress li l-Prim Ministru, ftit tal-ġimgħat ilu meta ta konferenza mal-ġurnalisti fuq TVM qal li l-ħajja roħsot bl-introduzzjoni tas-CET waqt li kemm ilu l-Gvern Laburista imexxi mis-26 ta' Ottubru ta' l-1996 'il hawn ġie kkreat iktar xogħol milli taħt Gvern Nazzjonalista ta' qablu, jista' l-Prim Ministru jissostanza dawn iż-żewġ stqarrijiet?
ONOR. ALFRED SANT: Wara l-elezzjoni tal-1996, il-Gvern sab sitwazzjoni finanzjarja prekarja, tant illi li kieku baqa miexi fl-istess direzzjoni tal-amministrazzjoni ta' qabel, kien jipperikola li fi ftit żmien jonqsu jew jinqatgħu s-servizzi soċjali. Kemm il-qasam tal-manifattura, it-turiżmu, il-bilanċ tal-pagamenti u diversi oqsma oħra fl-ekonomija kienu sejrin lura.
Quddiem dawn l-isfidi, il-Gvern beda jħaddem politika ekonomika u finanzjarja serja li tagħraf u taddatta b'mod effiċjenti mal-ħteġijiet ta' soċjeta' moderna.
B'għażliet sodi, serjeta' u fiduċja, il-Gvern ta direzzjoni ġdida lil pajjiżna.
Il-Gvern żamm il-wegħda li jneħħi l-VAT u flokha jdaħħal sistema ta' taxxi u dazju li jkunu addattati għal pajjiżna. It-taxxi fuq diversi servizzi naqsu bil-kbir, filwaqt li żammejna mal-prinċipju li s-CET ma tolqotx konsum essenzjali, bħalma kienet tagħmel il-VAT. Dan kellu effett pożittiv fuq il-prezzijiet ta' numru wiesa' ta' prodotti u servizzi. Biex nagħtu eżempju, ir-rata ta' żieda fil-prezzijiet ta' l-ikel kif imkejla bl-Indiċi tal-prezzijiet kienet ta' 1.94% bejn Ottubru 1996 u Ottubru 1997. Iż-żieda ta' dawn l-istess oġġetti mill-bażi ta' l-Indiċi sa Ottubru 1996 kienet ta' 5.77% . M'hemmx dubju li bdew jiddgħajfu u jitrażżnu l-forzi inflazzjonarji ġewwa pajjiżna, għalkemm għad fadal xi jsir.
Matul is-sena li għaddiet, irnexxielna wkoll inkattru x-xogħol, bin-numru ta' nies jaħdmu, bi qliegħ jitla għal 136,788. Fuq quddiem nett, kien hemm il-mod li bih waqqafna u reġġajna lura t-tnaqqis fl-industrija tat-turiżmu. Kieku ma ħaddniex il-passi li ħadna, kieku din kienet tibqa nieżla l' isfel bil-kbir, u t-telf potenzjali fl-impjiegi kien ikun sinjifikanti. Ir-riżultati miksuba seħħew minkejja l-modernizzar u r-ristrutturar li bil-mod il-mod beda jseħħ f'diversi setturi ta' l-ekonomija u l-problemi li qed jiffaċjaw diversi pajjiżi li magħhom nagħmlu l-kummerċ. Tajjeb ukoll li wieħed jinnota li l-impjiegi fis-settur privat f'Diċembru li għadda, tela għal 82,043, jew żieda ta' 1,026 impjieg. Fl-1996, l-impjiegi fis-settur privat żdiedu b'417.
Bl-inizjattivi li qed jieħu l-Gvern, qiegħed ipoġġi l-ekonomija tagħna fuq sisien aktar sodi sabiex niżguraw li nkomplu nkattru l-ġid. Dan qiegħed iwassal biex tikber dejjem iktar il-fiduċja fil-pajjiż, inkluż minn investituri barranin.


INSTITUTE OF WATER TECHNOLOGY

13542. L-ONOR. JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li laqgħat tas-senior management qed isiru f'lukandi meta l-Institute of Water Technology huwa attrezzat biex isiru laqgħat bħal dawn?
Kemm qed jiswew f'ammont ta' flus lil Water Services Corporation?
Iċ-Chief Internal Auditor investiga dan l-infiq żejjed?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-laqgħat tas-Senior Management m'humiex qed isiru f'lukandi.


WSC - KUNTRATTI

13544. L-ONOR. JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħatat id-ditta Fred Bongusto minn Jannar 1997 sa Frar 1998 mill-Water Services Corporation f'dak li huwa catering? Intalbu quotations jew ħarġu tenders għal dawn l-offerti? X'kien il-valur ta' kull kuntratt li ngħata?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


WSC - SUR CHARLES BUHAGIAR

13545. L-ONOR. JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-Sur Charles Buhagiar tneħħa minn Deputy Chairman tal-Water Services Corporation qabel iż-żmien stipulat fil-kuntratt tiegħu?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Is-Sur Charles Buhagiar talab li jispiċċa minn Deputy Chairman tal-Water Services Corporation u jibqa' biss membru tal-bord għar-raġuni li kien inpenjat wisq bix-xogħol professjonali tiegħu u ma ħassx li setgħa joffri ħin li kien meħtieġ sabiex iwettaq ir-rwol tiegħu b'mod effettiv.


WIED QIRDA

13552. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Id-Dipartiment ta' l-Ambjent fi ħdan il-Ministeru tiegħek kien b'xi mod involut biex jiġi landscaped parti minn Wied Qirda fejn ammont ta' debris imkaxkar mill-għargħar ta' l-ilma ġie mifrux għal għonq il-blat?
Jekk dan ix-xogħol sar mid-Dipartiment ta' l-Ambjent, min kien il-kuntrattur li tqabbad jagħmel ix-xogħol? Jekk ix-xogħol sar mill-ħaddiema tal-Gvern, liema dipartiment kien assoċjat ma' dan ix-xogħol? Mingħand min ġew mikrija l-inġenji?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.


BIRGU - PROĠETT TAX-XATT

13555. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-consortia li applikaw sabiex jiżviluppaw il-proġett tax-Xatt tal-Birgu? Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawn il-consortia u liema kriterji se jintużaw sabiex jintgħażel l-iżviluppatur?
ONOR. ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.


NOFS INHAR TA' MALTA - PJAN

13556. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Pjan għan-Nofsinhar ta' Malta li tlesta dan l-aħħar?
ONOR. ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali.


KABINETT - MAĦFRIET FUQ REATI TA' DROGA

13557. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm-il każ ta' maħfra fuq reati konnessi ma' droga ġew riferuti lill-Kabinett mindu ġew fis-seħħ dawn ir-regolamenti?
ONOR. ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata

f'xi seduta oħra.




ĊIMITERJU ADDOLORATA - WATCHMEN

13558. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' l-arranġamenti li jeżistu fl-għases (watchmen) fiċ-ċimiterji prinċipali tagħna, speċjalment dak ta' l-Addolorata?
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'wassal biex titbiddel, jekk fil-verita' tbiddlet, il-proċedura ta' kif ikunu mqassma l-watchmen bil-lejl?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li sitt persuni jagħmlu xogħol ta' watchman fiċ-ċimiterji.
Dawn jaħdmu fuq bażi ta' roster ta' lejl xogħol, lejl frank.
Il-proċedura ta' dan ir-roster għadha tiġi segwita.
Għall-informazzjoni ta' l-Onor. Interpellant mill-24 ta' Marzu, 1998 wieħed minn dawn il-persuni (skond ir-roster) qiegħed jagħmel xogħol ta' watchman fiċ-Ċimiterju ta' Braxia.


ENEMALTA - BEJJIEGĦA TA' PITROLJU

13559. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13230 intqal li qed isiru diskussjonijiet bejn l-Enemalta u l-GRTU, jista' l-Ministru jgħid kif se jkunu mħarsa l-interessi ta' dawk il-hawkers tal-pitrolju li m'humiex fil-GRTU?
ONOR. LEO BRINCAT: L-Enemalta ma tagħmel l-ebda distinzjoni bejn hawkers tal-pitrolju li huma membri fil-GRTU u dawk li m'humiex.
Kull ftehim li jintlaħaq mal-GRTU, li hija l-għaqda rrikonoxxuta li tirrappreżenta l-hawkers tal-pitrolju, ovvjament japplika għall-hawkers kollha.


PULIZIJA - PERMESSI GĦALL-ARMI TAN-NAR

13560. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw permessi mill-pulizija għal żamma ta' armi tan-nar, sena b'sena mill-1990 sa l-aħħar ta' l-1997?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi statistika disponibbli għand il-Pulizija dwar it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hi kif ġej : -
1994 - 1499

1995 - 2440

1996 - 3054

1997 - 3210




ENEMALTA - SPONSORSHIPS

13561 L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' sponsorships li ngħataw mill-Korporazzjoni Enemalta matul l-1995, l-1996 u l-1997? Liema organizzazzjonijiet/attivitajiet gawdew minn dawn l-għotjiet? Kemm kienu jammontaw dawn l-għotjiet?
ONOR. LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB



PENSJONIJIET - PENSJONI TAT-TEŻOR

W1,560. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tnaqqsitlu l-pensjoni tat-Teżor bi tbatija kbira għalih? X'rimedju lest joffri d-dipartiment?
ONOR. EDWIN GRECH: Il-persuna kkonċernata ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali.


SKEJJEL - RAĦAL ĠDID - SECRETARIAL SCHOOL

W1,576. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma, u jekk fl-affermattiv, jgħid għaliex fis-Secretarial School, Kordin Rd, Raħal Ġdid l-istudenti ġew mgħarrfa illi għax-xhur tas-sajf se jaħdmu għal xahrejn flok għal tliet xhur, u minflok li j itħallsu Lm121 se jitħallsu Lm80, u dan meta tul il-kors ta' l-istudji ma għandhom lanqas stipendju u allura huma piż fuq il-ġenituri tagħhom?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Fid-dawl tat-tibdila riċenti fl-iskema tax-xogħol tas-sajf għall-istudenti Universitarji, dawn se jiġu mogħtija ċ-ċans li jaħdmu għal xahrejn b'ġimgħa ta' 20 siegħa, mifruxa fuq ħamest ijiem.
B'din il-policy ġdida, l-istudenti tas-Secretarial School se jingħataw l-opportunita' li jaħdmu l-istess tul ta' żmien u l-istess numru ta' siegħat bħall-istudenti Universitarji.
Yüklə 469,96 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin