MALTA
DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
(Rapport Ufficjali u Rivedut)
IT-TMIEN PARLAMENT
Seduta Nru. 69
It-Tlieta, 20 ta' Mejju, 1997
Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan
Kamra tad-Deputati
MALTA
Prezz Lm1
IT-TMIEN PARLAMENT
Seduta Nru. 69
It-Tlieta, 20 ta' Mejju, 1997
Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament,
il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.14 p.m.
Talba
SEDUTA NRU. 69
it-Tlieta, 20 ta' Mejju, 1997
WERREJ
MINUTI 212
MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 212
TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 218
ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 218
ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PORTIJIET ĦIELSA TA' MALTA 218
MALTA FREEPORTS (AMENDMENT) BILL 218
ABBOZZ TA’ LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA’ MARITTIMA TA’ MALTA 226
MALTA MARITIME AUTHORITY (AMENDMENT) BILL 226
AĠĠORNAMENT 237
MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 243
MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 254
MINUTI
Il-Minuti tas-Seduta Nru. 68 li saret fid-19 ta' Mejju, 1997 ġew konfermati.
MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI
MONUMENT AND PLAQUE COMMITTEE
4855. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-monument and plaque committee ġiex maħtur riċentement? Kemm ilu xolt dan il-kumitat? Min huma l-membri attwali? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem dan il-bord? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġejjin mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u kemm minn sorsi oħra?
ONOR. JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Iva, dan il-kumitat inħatar riċentement u attwalment quddiemu hemm 11-il applikazzjoni pendenti biex jitwaqqfu monumenti jew plakki. Minn dawn, tmienja ġejjin mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor. Autin Gatt, mistoqsija supplimentari.
ONOR. AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidli - ma nafx kemm jista' jirrispondini l-Onor. Joe Mizzi - jekk hemmx risposta għall-ewwel żewġ mistoqsijiet, jiġifieri jekk il-bord huwiex imwaqqaf jew kemm ilu xolt?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: M'iniex f'pożizzjoni li nagħti risposta.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Michael Bonnici.
ONOR. MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, naf li l-Ministru Bartolo m'huwiex preżenti imma nixtieq nistaqsi jekk hemmx xi kumitat li qed jaħseb biex jagħmel xi restawr tal-monumenti. Per eżempju, il-monument ta' Dante ilu mċappas bis-żebgħa żmien twil u għalkemm jien għamilt diversi sottomissjonijiet biex jitnaddaf donnu ma sar xejn.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Joe Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Jien nassumi li hemm min hu responsabbli għal dan pero' jekk l-Onor. Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub, jien persważ li l-Ministru jagħtih l-informazzjoni kollha.
MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - IMPJEGATI
5101. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit u konsulenti? Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fih ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?
ONOR. GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): L-informazzjoni meħtieġa qiegħda tinġabar. Fil-fatt, xi ftit mill-informazzjoni diġa' qiegħda għandi pero' m'għandix l-informazzjoni kollha.
MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - IMPJEGATI
5102. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit u konsulenti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fih ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?
Kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?
ONOR. LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): L-informazzjoni mitluba qiegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI - IMPJEGATI
5103. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit u konsulenti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fih ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?
Kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?
ONOR. JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - IMPJEGATI
5104. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit u konsulenti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fih ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?
Kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?
ONOR. JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ministeru tiegħi u fid-dipartimenti u kummissjonijiet li jaqgħu taħti ma kien hemm ebda persuna impjegata b'kuntratt definit/indefinit jew bħala konsulenti matul Marzu 1997.
Rigward trasferimenti ta' impjegati dawn kienu kif ġej:-
Avukat Generali - 1
Qrati ta' Malta - 1
Registru Pubbliku - 1
Kunsilli Lokali - 2
MINISTERU TAT-TURIŻMU - IMPJEGATI
5105. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit u konsulenti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fih ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?
Kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?
ONOR. JOE MIZZI (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): Ir-risposta għall-ewwel domanda hija xejn filwaqt li nista' ngħid li ngħataw tmien transfers.
MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - IMPJEGATI
5106. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt indefinit, b'kuntratt definit u konsulenti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond il-ministeru, dipartiment jew enti konċernata u jindika l-grad li fih ġew impjegati l-persuni ndikati minnu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv?
Kemm ingħataw transfers f'Marzu 1997 fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż segretarjati parlamentari, entitajiet statutorji indipendentement, entitajiet u kumpanniji li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-gvern jew li fihom il-gvern għandu mill-anqas nofs l-ishma direttament jew indirettament u mal-kunsilli lokali?
ONOR. JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Matul ix-xahar ta' Marzu 1997, fid-dikasteru li għalih jien responsabbli ma ġew impjegati l-ebda persuni kemm b'kuntratt definit kif ukoll b'kuntratt indefinit.
Redeployments li twettqu matul Marzu 1997 huma murija hawn taħt:-
Ministeru
|
24
|
Segretarju Permanenti
|
5
|
Dipartiment ta' l-Artijiet
|
Xejn
|
Dipartiment tal-Waste Management
|
40
|
Korporazzjoni għas-Servizz ta' l-Ilma
|
4
|
PTA - KAROZZI SELF-DRIVE
5305. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-proċedura applikata mill-Public Transport Authority għal-liċenzjar ta' garages ta' karozzi self-drive?
Hemm xi ħsieb li din il-proċedura tinbidel? Jekk iva, meta?
ONOR. JOE DEBONO GRECH (Ministru għat-Trasport u Portijiet): Jien informat li l-ħruġ tal-liċenzji biex xi ħadd ikun jista' jżomm u jopera public service garage jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Pulizija, filwaqt li r-reġistrazzjoni u l-ħruġ tal-liċenzji tal-vetturi li jistgħu jintużaw għat-trasport pubbliku, inklużi vetturi self- drive, isiru mid-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet bl-approvazzjoni ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.
Għal dettalji dwar il-proċedura applikata għal-liċenzjar ta' garaxxijiet ta' karozzi self-drive, l-Onor. Interpellant mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru responsabbli.
MONUMENTI - RESTAWR
5385. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5046 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jgħid liema monumenti storiċi huma mistennija li jibdew jiġu restawrati matul l-1997? Meta mistenni jibda x-xogħol f'kull każ?
Liema monumenti oħra hu mistenni li jintalab li jibdew jiġu mdawla minn din is-sena 'l quddiem?
ONOR. JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Kopja tar-rapport rigward xogħol ta' restawr mid-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni fuq monumenti storiċi qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
AGRIKOLTURA - RABA' REĠISTRATA
5434. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hi l-area ta' raba' reġistrata bħala art agrikola mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura f'Malta u f'Għawdex separatament? Kemm hi l-area reġistrata bħala saqwi?
ONOR. NOEL FARRUGIA (Ministru tal-Biedja u Sajd): Kif jaf l-Onor. Interpellant l-aħħar ċensiment tal-biedja sar fl-1991 u qatt ma ġie ppubblikat.
Mill-figuri miġbura f'dan iċ-ċensiment jirriżulta li fl-1991 l-area ta' art agrikola reġistrata f'Malta u f'Għawdex kienet hekk:
Malta 9197 ettaru li minnhom 731 huma saqwi
Għawdex 1832 ettaru li minnhom 44 huma saqwi
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond minuti uffiċjali ta' laqgħat li saru fil-ministeru f'dak iż-żmien jirriżulta li l-figuri miġbura f'dan iċ-ċensiment huma fil-maġġoranza tal-każi żbaljati. Għaldaqstant ma nistax nassumi responsabbilta' ta' dawn il-figuri.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Censu Galea, mistoqsija supplimentari.
ONOR. ĊENSU GALEA: Billi f'Ġunju jew f'Lulju kellu jibda ċensiment ieħor dwar il-biedja - naf li sar ċensiment ieħor fuq is-sajd - jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan hux se jinbeda? Jekk iva, meta se jinbeda?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, fl-opinjoni tagħna kien hemm mismanagement sħiħ fl-operat tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. Billi kif jaf il-ministru preċedenti ma kien hemm ebda miżura u ebda follow-up biex ma jsirux l-istess żbalji, ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttur ta' l-Agrikoltura qed ikollu numru ta' diskussjonijiet flimkien mas-scientific officers tagħna ħalli ċ-ċensimenti li jsiru f'pajjiżna tabilħaqq iħallu r-riżultat mixtieq. Aħna min-naħa tagħna wkoll qed nagħmlu l-almu tagħna kollu biex nassumu r-responsabbilta' li ċensimenti bħal dawn tabilħaqq iħallu l-frott tagħhom, pero' l-importanti m'huwiex li ċ-ċensiment jibda fi żmien immedjat imma li x-xogħol li għandu jsir isir skond ma titlob is-serjeta' u l-professjonalita'.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Censu Galea.
ONOR. ĊENSU GALEA: Madam Speaker, billi ċ-ċensiment ta' l-1991 la kien l-ewwel u lanqas l-aħħar wieħed li sar fuq il-biedja, jista' l-Ministru jgħidli fuq liema ċensiment joqgħod il-ministeru u allura jagħtini l-informazzjoni li tlabt jien fid-domanda oriġinali.
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, fir-risposta li għadni kemm tajt għidt li jiena ma nassumi ebda responsabbilta' għal dawn il-figuri. U qed niddikjara li ma noqgħod fuq ebda ċensiment għar-raġuni li - forsi l-ministru preċedenti ma kienx daħal f'dawn id-dettalji - kien hemm nuqqasijiet serji dwar dan l-eżerċizzju li kien sar fl-1991. Anke l-ministru ta' qablu kien qal li dawn il-figuri miġbura kienu żbaljati. Sal-lum id-dipartiment għadu nieqes minn ħafna informazzjoni uffiċjali u jien nistieden lill-Onor. Ċensu Galea sabiex jiġi ħalli jkun jaf xi problemi ltqajna magħhom aħna. Qed ngħid dan bl-ikbar responsabbilta' għaliex dalgħodu stess kont iddiżgustat meta mort inżur multiplier unit u jien nistiednu jiġi ħalli jara iniex nesaġera jew le. Qed insostni li fiċ-ċirkostanzi għadna m'aħniex f'pożizzjoni li nirrikonoxxu li s-set-up taċ-ċensiment fejn jidħol id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura - m'iniex qed nirriferi għall-uffiċjali u d-Dipartiment ta' l-Istatistika - huwa sodisfaċenti. GĦaldaqstant qegħdin nieħdu l-miżuri biex ix-xogħol li nagħmlu jkun b'mod professjonali ħalli ma jsirx iċ-ċensiment u mbagħad wara jerġgħu jirriżultaw l-istess problemi.
MADAM SPEKAER: L-Onor. Ċensu Galea.
ONOR. ĊENSU GALEA: Madam Speaker, qed nifhem tajjeb li l-Ministru qed jgħid li hu ma joqgħod fuq l-ebda ċensiment li sar dwar l-agrikoltura?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. NOEL FARRUGIA: Jien qed ngħid li ma nassumix ir-responsabbilta' tal-figuri li ngħataw. Issa jekk l-Onor. Interpellant mhux jifhem mhuwiex tort tiegħi. Jiena qed ngħid li ma nassumix responsabbilta'. Jekk hu qagħad fuqhom, good luck to him.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Ċensu Galea.
ONOR. ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien m'iniex qed nippretendi li l-Ministru jassumi r-responsabbilta' taċ-ċensimenti li kienu saru qabel ma twelidna jien u hu, imma naħseb li hemm xi ċensiment li almenu d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura joqgħod fuqu. Jekk il-Ministru ma jikkonsidrax l-informazzjoni taċ-ċensiment li kien sar fl-1991 bħala tajba, jista' almenu jgħidli liema ċensiment jikkonsidra korrett?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. NOEL FARRUGIA: Madam Speaker, sal-lum id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma jirrikonoxxi ebda statistika u hemm numru ta' raġunijiet għal dan. Per eżempju, filwaqt li l-istatistika tgħid li hawn 'il fuq minn 3,000 bidwi fulltime, insibu li bejn sena u oħra kien hemm 'il fuq minn 8,000 bidwi fulltime li ngħataw l-għajnuna tas-sigurta' nazzjonali mid-dipartiment. Qed jirriżultaw numru ta' fatturi, problemi u ċirkostanzi li rridu nistudjawhom sew ħalli meta naslu biex nagħmlu ċensiment dawn il-problemi jiġu megħluba. Iva, nistqarr li sal-lum jiena ma nassumix responsabbilta' għal dawn il-figuri.
HAWKERS
5435. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5128, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet li daħlu għand il-Pulizija dwar fixed hawkers mill-1 ta' Jannar, 1996 sat-30 ta' April, 1997 xahar b'xahar u kemm minnhom ġew fil-fatt approvati?
ONOR. ALFRED SANT (Prim Ministru): Ninsab informat li bejn l-1 ta' Jannar 1996 u t-30 ta' April 1997 kien hemm dawn l-applikazzjonijiet li għadhom kollha pendenti:
April '96
|
1
|
Gunju '96
|
1
|
Settembru '96
|
2
|
Novembru '96
|
1
|
Frar '97
|
1
|
Marzu '97
|
1
|
April '97
|
1
|
MADAM SPEAKER: L-Onor. Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.
ONOR. ĊENSU GALEA: Billi naf li hemm diversi persuni li applikaw - dan ġara anke fil-passat - jew jistqarru li għandhom applikazzjoni għal permess ta' fixed hawker, kemm hu possibbli li dawn jingħataw permess bil-mod li qed tgħid il-Pulizija biex ikunu jistgħu jbigħu from a fixed point? Hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza partikolari għal fixed hawkers tal-ħaxix.
MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.
ONOR. ALFRED SANT: Naħseb li wieħed irid ikun diskret fil-mod kif iħares lejn dawn l-applikazzjonijiet għal raġunijiet ovvji, pero' jkun tajjeb li ngħid li sebgħa minn dawn li applikaw qegħdin fuq il-Monti tal-Belt u wieħed qiegħed fit-Tokk tar-Rabat Għawdex, jiġifieri ma naħsibx li dawn ibigħu l-ħaxix. Għalhekk il-biċċa l-kbira ta' dawn il-fixed hawkers ċertament m'għandhomx x'jaqsmu ma' hawkers tal-ħaxix. Safejn naf jien huwa fl-interess tal-hawkers tal-ħaxix li jiċċaqalqu minn post għal ieħor. Ġeneralment meta dawn jieqfu f'post ikollhom id-dritt li joħorġu l-wares tagħhom madwar il-vettura tagħhom imma mbagħad ħafna minnhom iridu jiċċaqilqu minn post għal ieħor matul il-ġurnata u matul il-ġimgħa. Għalhekk l-impenn tagħna huwa li nħarsu lejn dawn l-applikazzjonijiet b'ċerta diskrezzjoni biex ma nkunux qegħdin nagħtu l-ħobża lil xi ħadd waqt li nkunu qed intellfuha lil xi ħaddieħor.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Ċensu Galea.
ONOR. ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jien napprezza dak li qal il-Prim Ministru pero' fl-istess ħin naf, anke min-nies li naħseb li kellmu nies oħra, li minbarra li hawn bejjiegħa tal-ħaxix li jduru minn post għal ieħor bil-vann hawn numru ta' persuni li jbigħu from a fixed point. Dawn ikunu f'postijiet li fis-sajf ikunu ħafna iktar iffrekwentati mix-xitwa, bħal Buġibba, Birżebbuġia, Marsaxlokk u Marsascala. Huwa l-każ li dawn il-każi jiġu trattati b'mod differenti u mhux neċessarjament bi preferenza?
MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.
ONOR. ALFRED SANT: Sinjura President, jekk jien qed ninterpreta tajjeb id-data li għandi quddiemi - nerġa' ngħid li għandna madwar tmien fixed hawkers b'liċenzji pendenti - qed nassumi li l-ebda wieħed minnhom ma jbigħ il-ħaxix għax, kif għidt, sebgħa qegħdin ibigħu fuq il-Monti u wieħed qiegħed fit-Tokk, ir-Rabat Għawdex. Din m'hijiex kwestjoni urġenti għaliex ma jeżistux applikazzjonijiet pendenti f'dan is-sens.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda. Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.
Dostları ilə paylaş: |