Malta debates tal-kamra tad-deputati



Yüklə 323,07 Kb.
səhifə1/5
tarix15.01.2019
ölçüsü323,07 Kb.
#96754
  1   2   3   4   5
    Bu səhifədəki naviqasiya:
  • MINUTI

MALTA

DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
(Rapport Ufficjali u Rivedut)


IT-TMIEN PARLAMENT

Seduta Nru. 106


L-Erbgħa, 23 ta' Lulju, 1997

Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan

Kamra tad-Deputati

MALTA

Prezz Lm1


IT-TMIEN PARLAMENT


Seduta Nru. 106


L-Erbgħa, 23 ta' Lulju, 1997

Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament,

il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.

Talba

SEDUTA NRU. 105
L-Erbgħa, 23 ta' Lulju, 1997

WERREJ

MINUTI 254

MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 254

TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 260

STQARRIJA MINISTERJALI 261

ĊEKKIJIET TAT-TEŻOR 261

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 262

ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI 262

SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL 262

AĠĠORNAMENT 284

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 290





MINUTI



Il-Minuti tas-Seduta Nru. 105 li saret fit-23 ta' Lulju, 1997 ġew konfermati.

MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI



VALLETTA - MISRAĦ SAN ĠORĠ - UNDERGROUND CARPARK

7604. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W526 li saret f'April, 1997?
ONOR. JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi Ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru W526 fis-seduta numru 101.


MINISTERU TAD-DJAR - SEGRETARJAT - PERSONNEL

7605. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru W63 li saret fi Frar 1997?
ONOR. ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Madam Speaker, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati fis-segretarjat privat tal-ministeru, flimkien ma' kopja tal-kuntratt ta' ingaġġ tas-segretarju privat u tad-driver/security officer.
Kopja tal-kuntratt tal-Perit Buontempo diġa' tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.


MINSTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - KONSULENTI

7606. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru W291 li saret fi Frar, 1997?
ONOR. EDWIN S. GRECH (Ministru tal-Ħarsien Soċjali): Nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W291 fis-seduta numru 99.


MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - KONSULENTI
7608. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W305 li saret f'Marzu, 1997?
ONOR. EDWIN S. GRECH: Nitlob lill-Onor Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W291 fis-seduta numru 99.


ETC - STATISTIKA

7609. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru W452 li saret f'April, 1997?
ONOR. EDWIN S. GRECH: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W452 fis-seduta numru 99.


IMPJIEGI - TALBIET

7610. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru W348 li saret f'Marzu, 1997?
ONOR. EDWIN S. GRECH: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W348 fis-seduta numru 99.


EDUKAZZJONI - EVENING COURSES

7760. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-evening courses li ġew organizzati mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u li l-fee tagħhom għoliet? X'wassal għaż-żieda ta' dawn il-fees?
Kemm huwa n-numru ta' persuni li fil-preżent qegħdin jattendu dawn il-korsijiet? X'qed isir biex dan in-numru jkompli jikber għall-quddiem?
ONOR. JOE MIZZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Il-korsijiet ta' fil-għaxija għal adulti li għolitilhom il-miżata huma ndikati fl-Avviż Legali Nru. 102 ta' l-1997 li ġie ppubblikat fis-Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta' Malta, Nru. 16484, tal-11 ta' Lulju 1997.
Meta r-rati tal-ħlas żdiedu fl-1993 dawn kienu għolew b'400%. Dak iż-żmien l-Onor. Interpellant kien jifforma parti mill-amministrazzjoni li ħadet dik id-deċiżjoni u forsi jista' japprezza li kull servizz li jipprovdi l-gvern irid jiffinanzjah b'xi mod jew ieħor minn fuq iċ-ċittadin stess. Ir-reviżjoni li kienet saret bl-Avviż Legali Nru. 116 ta' l-1993 kienet meqjusa bħala stopgap measure. L-ispejjeż involuti fl-amministrazzjoni u r-rati tal-ħlas ta' l-għalliema żdiedu u barra dan issa qed tiġi ntrodotta sistema ġdida għal applikazzjonijiet. Ir-reviżjoni li saret issa saret bil-ħsieb li parzjalment tqis dan kollu.
In-numru ta' persuni li attendew korsijiet fiċ-ċentri u skejjel ta' filgħaxija kien jilħaq total ta' 7,650. Id-dipartiment ta' l-istudji ogħla u edukazzjoni adulta fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qiegħed ikompli jaħdem biex ikun hawn aktar awareness ta' dan is-servizz li qed jagħti l-gvern.
MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor. Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.
ONOR. AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm huwa kkalkolat li jkun hemm żieda fid-dħul tal-gvern wara ż-żieda f'dawn il-fees, assumendo li l-ammont ta' persuni li jattendu għal dawn il-korsijiet jibqa' l-istess?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Gatt jagħmel mistoqsija bil-miktub sabiex l-informazzjoni tkun tista' tinġabar.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.
ONOR. ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħidilna x'tip ta' spejjeż irid jagħmel id-dipartiment minn sena għall-oħra biex ikun jista' jmexxi dawn il-korsijiet?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: Din ukoll hija informazzjoni li trid tinġabar mid-dipartiment pero' jiena se ngħaddi l-mistoqsija lill-Ministru Bartolo.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Galea.
ONOR. ĊENSU GALEA: Jista' l-Ministru almenu jgħidilna kemm huwa n-numru ta' għalliema li jieħdu sehem f'dawn it-tip ta' lezzjonijiet matul is-sena kollha?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.

ONOR. JOE MIZZI: Ovvjament m'iniex f'pożizzjoni li nkun naf din l-informazzjoni. GĦalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel mistoqsija bil-miktub.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Gatt.
ONOR. AUSTIN GATT: Jaf il-Ministru jekk il-fees jew onorarji li jitħallsu lill-għalliema - ma naħsibx li għandhom paga regolari - żdidux bejn is-sena l-oħra u din is-sena?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: Kif hemm indikat fir-risposta li għadni kemm qrajt, dawn żdiedu bejn l-1993 u din is-sena.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Gatt.
ONOR. AUSTIN GATT: Is-sena l-oħra l-fees ta' min jgħallem kienu dawk li ġew stabiliti fl-1993, jiġifieri mill-1993 sas-sena l-oħra ma kienx hemm tibdil. Issa jiena xtaqt inkun naf jekk kienx hemm żieda f'dawn il-fees bejn is-sena l-oħra u din is-sena.
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: Kif diġa' qrajt mir-risposta, ir-reviżjoni li saret issa saret bil-ħsieb li parzjalment tqis dan kollu li qed isemmi l-Onor. Gatt.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Galea.
ONOR. ĊENSU GALEA: Jekk fhimt sewwa r-risposta oriġinali, il-Ministru qal li kien hemm bżonn dawn iż-żidiet biex ikun jista' jkopri l-ispejjeż neċessarji fit-tmexxija ta' dawn il-korsijiet. Jista' jgħidilna allura jekk hijiex l-intenzjoni tal-Gvern li dawn it-tip ta' korsijiet jiġu offruti b'mod li niġu f'sitwazzjoni ta' break-even?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Naħseb li dan kulħadd jipprova jagħmlu jekk ikun possibbli.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Gatt.

ONOR. AUSTIN GATT: Jiena naħseb li huwa possibbli. Għax jekk tara kemm għandek spejjeż u tikkalkola kemm għandek nies li jattendu l-korsijiet u tkun trid tagħmel profitt, tiċċarġja tant. Jekk tkun trid tagħmel break even tiċċarġja ftit inqas u jekk tkun trid tagħmel telf tiċċarġja inqas. Id-domanda ta' l-Onor. Ċensu Galea kienet dwar il-politika tal-Gvern f'dan is-sens. Il-Gvern qed iħares lejn dawn il-korsijiet bħala li huma utli għaliex jgħinu lil ħafna nies ikomplu jistudjaw jew jespandu l-istudji tagħhom f'ċertu ħin li jkun konvenjenti għalihom? Jew qed iħares lejhom mil-lat soċjali u allura jgħid li xieraq nissussidjawhom u nżommu l-fees raġonevolment baxxi biex inħajru aktar nies jattendu għal dawn il-korsijiet? Jew inkella - biex immur fl-estrem l-ieħor - jaħseb li ladarba qegħdin noffru servizz dan irridu nagħmlu profitt minnu u allura ngħollu l-fees?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: Il-policy tagħna hija li l-edukazzjoni tkun available għal kulħadd.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Gatt.
ONOR. AUSTIN GATT: Jiġifieri jiena qed nifhem li l-prinċipju li qed japplika l-Gvern f'dan il-każ - minkejja li dawn huma evening courses, pero' jekk inhu hekk naqblu anke aħna minn din in-naħa - huwa li ma jimpurtax billi jagħmel telf raġonevoli basta l-edukazzjoni tkun miftuħa għal kulħadd.
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: M'għandi xejn x'inżid ma' dak li diġa' għidt, Madam Speaker.


BAJJIET - TINDIF

7761. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni mpjegati fuq it-tindif tal-bajjiet madwar Malta u Għawdex, lokalita' b'lokalita'?
Jista' l-Ministru jgħid kull kemm żmien qegħdin jitnaddfu l-bajjiet fit-tramuntana ta' Malta? Kemm-il darba tnaddfu kull waħda mill-bajjiet ta' dawn l-inħawi matul il-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju u l-15 ta' Lulju, 1997?
ONOR. KARMENU VELLA (Ministru tat-Turiżmu): L-informazzjoni għall-ewwel parti ta' l-ewwel mistoqsija hija kif ġej:-


Mellieha u Mgarr

29

San Pawl il-Bahar

17

Naxxar

9

Pembroke u San Giljan

7

Sliema

11

Belt Valletta

8

Kalkara/Isla/Birgu

9

Wied il-Ghajn

16

M'Xlokk

15

B'Bugia

10

Siggiewi

2

It-tindif fil-bajjiet tat-tramuntana ta' Malta jsir kuljum bħal f'inħawi oħrajn ta' Malta.


MADAM SPEAKER: L-Onor. Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.
ONOR. ĊENSU GALEA: Minkejja li kif qed jgħid il-Ministru t-tindif ta' dawn il-bajjiet isir kuljum, naħseb li bħali japprezza li dawn il-bajjiet jitħammġu kuljum ukoll. Allura jikkonsidra li minbarra s-sistema li qed juża għandu juża sistemi oħrajn biex dawn il-bajjiet ikunu ndaf, b'mod partikolari matul ix-xhur tas-sajf meta jkunu ffrekwentanti kemm mill-Maltin kif ukoll mill-barranin?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru Vella.
ONOR. KARMENU VELLA: It-tindif tal-bajjiet jikkonsisti f'żewġ fażijiet; għandek it-tindif normali ta' kull fil-għodu tal-ħmieġ li jiġġenera min ikun qed juża l-bajja - bħal fliexken mitfugħin 'l hawn u 'l hemm, straws, karti, eċċ.- u mbagħad għandek it-tindif straordinarju, bħal meta jagħmlu xi jumejn jew tlieta bir-riħ u tidħol l-alka u allura jkollna nżidu l-isforzi tagħna biex dan it-tindif isir.
Naturalment it-tindif li jsir kuljum isir bl-idejn mill-beach cleaners biss pero' meta jkun irid isir tindif straordinarju, speċjalment meta tidħol l-alka, ikollna ndaħħlu gafef, trakkijiet extra eċċ.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Galea.
ONOR. ĊENSU GALEA: Madam Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-makkinarju li jintuża fit-tindif tal-bajjiet. Filwaqt li nifhem il-bżonn li x-xogħol ma jsirx bl-idejn meta jkun hemm ċertu ammont ta' alka, fl-istess ħin naf li dan il-makkinarju jagħmel ħsara lill-istess bajjiet. GĦaliex meta tara xi JCB b'bucket daqsiex jiġbor l-alka, naħseb li jkun qed jagħmel aktar ħsara milli ġid. Allura nistaqsi: X'tip ta' limitazzjonijiet hemm min-naħa tal-ministeru għal dan it-tip ta' makkinarju?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. KARMENU VELLA: Madam Speaker, nista' nassigura lill-Onor. Interpellant li ma jintużawx JCBs u gafef kbar biex titnaddaf l-alka minn fuq ir-ramel. Fil-fatt, fejn ikun hemm il-bżonn li jidħol il-makkinarju fuq ir-ramel, jidħlu dejjem gafef żgħar tat-tyres u mhux bil-ktajjen. Nieħdu l-bajja ta' San Pawl il-Baħar, per eżempju. F'dan il-każ il-makkinarju jitħalla fuq l-art u allura l-alka tinġabar b'makkinarju li jintlaħaq mill-art. Meta tidħol l-alka fuq xtut bil-blat, dak it-tindif bilfors ikollu jsir bl-idejn għaliex naturalment ma tistax tuża makkinarju minn fuq il-blat.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.
ONOR. AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' koperazzjoni hemm bejn id-dipartiment jew il-ministeru konċernat u l-kunsilli lokali, li wkoll għandhom ċerti responsabbiltajiet fir-rigward tal-bajjiet li jaqgħu fl-areas tagħhom?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. KARMENU VELLA: Skond l-arranġament preżenti, kull kunsill li għandu bajja li taqa' taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu suppost li jħallas għal beach cleaning u t-tindif li jagħmlu pero' jiddispjaċini ngħid li ħafna mill-kunsilli m'humiex qegħdin jirrifondu dawn il-ħlasijiet. U meta tiddiskuti magħhom għalfejn mhux qegħdin iħallsu jibdew jinqalgħu l-iskużi kollha, jew jgħidulek li m'humiex sodisfatti jew li m'għandhomx nies biżżejjed eċċ. GĦalhekk jiena naħseb li wasal iż-żmien li dan l-arranġament jiġi rivedut u jekk jinħarġu xi flus għall-kunsilli speċifikament għat-tindif tal-bajjiet, allura dan il-vot għandu jgħaddi direttament għal beach cleaning.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Gatt.
ONOR. AUSTIN GATT: Jekk m'iniex sejjer żball, fil-każ ta' patching ta' toroq ikun hemm kuntratt bil-miktub bejn il-kunsill lokali u d-dipartiment konċernat. Hemm dan il-kuntratt fir-rigward tal-bajjiet, liema kuntratt jirregola wkoll id-drittijiet u l-obbligi taż-żewġ naħat? Deherli li l-Ministru issa qiegħed jissuġġerixxi li l-flus jew ir-responsabbilta' li diġa' għandhom il-kunsilli lokali terġa' tispiċċa f'idejn il-gvern għaliex m'huwiex sodisfatt mill-mod kif qegħdin jimxu l-kunsilli lokali dwar ħlas ta' beach cleaning. Allura ma jidhirlux il-Ministru li dan huwa messaġġ negattiv ħafna fil-konfront tal-kunsilli lokali li matul din is-sena mhux biss ma rawx ir-responsabbiltajiet tagħhom jespandu, mhux biss kellhom jissaportu l-fatt li ċerti responsabbiltajiet li kellhom ġew delegati - bħal fines lokali u tribunali lokali - pero' kellhom ukoll ibatu min-nuqqas ta' finanzi minħabba li tnaqqsilhom il-budget?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. KARMENU VELLA: Madam Speaker, ma naqbel assolutament xejn ma' dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant u għamel tajjeb li reġa' għamel dan l-intervent għaliex ma fehemx x'ridt ngħid jien.
Apparti li ma naqbilx li tnaqqsu l-fondi tal-kunsilli, meta għidt li jkun hemm flus ivvotati għal beach cleaning, u meta għidt li ma noqogħdux nistennew li l-beach cleaners jitħallsu mill-kunsilli, ma' kontx qed infisser li l-flus li joħroġ il-gvern inaqqashom minn tal-kunsilli. Din qalha l-Onor. Interpellant.
Il-ħsieb tagħna huwa - u dan is-suġġeriment diġa' ntlaqa' u qegħdin naħdmu fuqu - li l-beach cleaners jibqa' jħallashom il-gvern, pero' bħala grupp jgħaddu f'idejn il-kunsilli. Jiġifieri se mai huma l-kunsilli lokali li se jirbħu għaliex m'huma se joħorġu l-ebda sold u l-beach cleaners se jgħaddu taħt id-direzzjoni tagħhom u dawn se jibqgħu jagħmlu x-xogħol ta' tindif huma.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Victor Galea Pace, mistoqsija supplimentari.
ONOR. VICTOR GALEA PACE: Jista' l-Ministru jgħid x'poteri se jkollhom il-kunsilli lokali fuq dawn il-ħaddiema li se jgħaddu taħthom bħala beach cleaners?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. KARMENU VELLA: Madam Speaker, kif diġa' għidt is-suġġeriment tiegħi ntlaqa' u qed naħdmu fuqu. Naturalment jien ma nistennix li ma jeħdux ir-responsabbilta' tagħhom. Jekk ix-xogħol irid isir, waħda mill-affarijiet li jridu jagħmlu l-kunsilli hu li jippjanaw ix-xogħol u jaraw li x-xogħol verament ikun qiegħed iseħħ.
Jekk imbagħad niġu għad-dixxiplina fuq il-ħaddiema, peress li l-kunsilli ma jidhirlix li bħalissa għandhom is-setgħa li jieħdu f'idejhom każi ta' dixxiplina, dak il-poter jibqa' dejjem f'idejn il-gvern.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Galea Pace.
ONOR. VICTOR GALEA PACE: Jiġifieri se jkun hemm xi rapport bejn il-kunsill lokali u l-ministeru konċernat rigward id-dixxiplina?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.

ONOR. KARMENU VELLA: Illum is-sistema qiegħda li l-ministeru huwa responsabbli mill-beach cleaners. Per eżempju, biex titnaddaf l-bajja ta' B'Buġa illum għandna għaxar beach cleaners. L-arranġament qiegħed li aħna nipprovdu l-beach cleaners biex isir it-tindif. Il-flus tat-tindif tal-bajja ta' B'Buġa jridu jinħarġu mill-Kunsill Lokali ta' B'Buġa. Illum din mhijiex qed taħdem u m'hijiex qed taħdem mhux fil-każ tal-Kunsill ta' B'Buġa biss imma kważi fil-każi l-oħra kollha.
L-arranġament li nixtiequ naslu għalih huwa li dawk l-għaxra min-nies li qed jagħmlu t-tindif tal-bajja ta' B'Buġa jgħaddu f'idejn il-kunsill biex il-kunsill ikun aktar żgur li x-xogħol qiegħed isir pero' ma jibqax iħallas għalihom hu. Iħallas għalihom xorta waħda l-gvern, waqt li s-sorveljanza tax-xogħol tgħaddi taħt il-kunsill.
Imma jekk niġu għad-dixxiplina, għax beach cleaner ma jkunx qiegħed imur għax-xogħol jew qiegħed jiskarta, ma jidhirlix li l-kunsilli llum il-ġurnata jistgħu jieħdu passi dixxiplinarji u allura dak il-poter jibqa' f'idejn il-gvern.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Gatt.
ONOR. AUSTIN GATT: Jiġifieri jekk qed nifhem sew il-Ministru bażikament qiegħed jgħid li l-parti tal-beach cleaning tidħol fil-policy maħruġa riċentement mill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali fuq is-secondment tal-ħaddiema tal-gvern u tinkwadra ruħha f'dak is-sens.
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. KARMENU VELLA: Naħseb li issa fhimt sew.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Lino Spiteri, mistoqsija supplimentari.
ONOR. LINO SPITERI: Madam Speaker, qabel ma jgħidlu li fehem sew, fhimtu sewwa lill-Ministru tat-Turiżmu li l-iskema kif wiritha ma kenitx qed taħdem tajjeb? Fħimt sewwa li kien hemm bżonn li l-gvern jieħu passi biex flus li kienu allokati u li ma kenux qed jintużaw tajjeb biżżejjed, flokhom tidħol xi ħaġa li tkun iktar effikaċi għall-bajjiet tagħna u permezz t'hekk tkun iżjed effikaċi għan-nies tagħna u għat-turisti li jużawhom bħala parti mill-infrastruttura tal-pajjiż? Fħimt sewwa, għax jien hekk fhimtu jgħid il-Ministru?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. KARMENU VELLA: Sewwa fehem il-kollega tiegħi. Fil-fatt il problemi huma tnejn. Waħda hi li x-xogħol qed isir u l-ħlas għalih mhux ġej min-naħa tal-kunsilli, allura jekk kunsill għandu Lm100 ivvutati biex inaddaf beach, il-Lm100 qed jeħodhom imma qiegħed jużahom x'imkien ieħor u b'hekk il-ministeru jiġi f'dilemma. Il-ministeru ma jistax għax mhux qed jitħallas tal-beach cleaners ma jibgħatx ħaddiema biex inaddfu dak il-beach. Ma nistgħux naslu f'dik l-estremita'. It-tieni kien hemm bżonn li jsir xi ħaġa u tiġi rriveduta s-sistema tal-beach cleaning.
Illum il-ġurnata s-sistema tagħhom hija li suppost jibdew mis-6.30 a.m. u jibqgħu sejrin sa xi 9.30 a.m. u meta jagħtuk tliet siegħat fil-għodu jkunu qed jatgħuk ħafna u l-ġurnata tagħhom lesta. Meta jien mort nimmonitorja biex nara x'qed jiġri kien hemm gruppi ta' għaxra fejn ħamsa minnhom jidħlu mit-Tnejn sal-Ġimgħa u l-ħamsa l-oħra jidħlu is-Sibt u l-Ħadd biss, fejn imorru s-sagħtejn u nofs ta' fil-għodu s-Sibt u s-sagħtejn u nofs ta' fil-għodu l-Ħadd, imbagħad talli qegħdin jidħlu is-Sibt u l-Ħadd jippretendu li jieħdu anke t- time off in lieu. Is-sistema trid tiġi radikalment irranġata. Ma jistax ikun li nibqgħu nittolleraw dawn l-affarijiet.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda. Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti. Il-Ministru Mizzi.


Yüklə 323,07 Kb.

Dostları ilə paylaş:
  1   2   3   4   5




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin