13.8.Malta
Inkjesta Nru: XC/2008/012/MT
Leġiżlazzjoni: Rs.1782/2003, 796/2004, 1698/2005,1975/2006
Data tal-missjoni: 16.11.2009 – 20.11.2009
Ittra ta' osservazzjoni: ARES 110086 tat-02.03.2010
Tweġiba tal-Istat Membru: 27.05.2010
Stedina għal laqgħa bilaterali: ARES 1300480 tat-02.12.2011
Laqgħa bilaterali: 07.12.2011
Minuti tal-laqgħa bilaterali: ARES 209660 tat-23.02.2012
Tweġiba għall-minuti tal-laqgħa bilaterali: 20.03.2012 u 23.04.2012
Ittra ta' konċiljazzjoni: ARES 1052926 tal-11.09.2012
13.8.1.Sejbiet ewlenin 13.8.1.1.Il-verifiki fuq il-post li ma sarux bħala parti minn żjara ta' kontroll waħda
Skont l-Artikolu 23 tar-Regolament 796/2004 "Il-verifiki […] fuq il-post għandhom isiru b'dak il-mod li tiġi żgurata l-verifikazzjoni effettiva tal-konformità mat-termini li taħthom jingħataw l-għajnuniet u tal-ħtiġijiet u l-istandards relevanti għall-konformità reċiproka". L-Artikolu 47(2) tar-Regolament 796/2004 jistipula li "Il-verifiki […] għandhom, bħala regola ġenerali jitwettqu bħala parti minn żjara waħda ta' kontroll". L-Artikolu 23a(1) tar-Regolament 796/2004 jistipula li "L-aħbar [tal-verifiki fuq il-post] se tkun strettament limitata għall-perjodu minimu taż-żmien meħtieġ u ma għandhiex taqbeż l-erbatax-il ġurnata".
Il-verifiki fuq il-post imwettqa f’Malta nqasmu fi tliet partijiet: spezzjonijiet fuq art agrikola, spezzjonijiet ta' faċilitajiet ta' ħżin u spezzjonijiet ta' irziezet tal-bhejjem. Mhux ir-rekwiżiti u l-istandards kollha ġew koperti matul żjara ta' kontroll waħda. F'ħafna każijiet il-faċilitajiet tal-ħżin u l-bhejjem ġew spezzjonati fi żmien differenti minn dak tar-rekwiżiti relatati mal-art. Xi drabi l-qabża fiż-żmien kienet tkun waħda sinifikanti, pereżempju fil-każ tal-fajl 2007_2, fejn din kienet tammonta għal sitt xhur. Din kienet tagħti lill-bdiewa, li kienu jkunu jafu li se jkunu kkontrollati għall-bqija tar-rekwiżiti ladarba tkun twettqet l-ewwel żjara, biżżejjed żmien biex jaħbu jew jikkoreġu xi nuqqas ta' konformità. L-effettività tal-kontrolli ġiet imfixkla u dan ħoloq riskju għall-Fondi fis-snin tat-talba: 2007, 2008 u 2009.
13.8.1.2.L-analiżi tar-riskju fl-2007 ma kinitx adattata għar-rekwiżiti speċifiċi tal-konformità
Mill-analiżi tal-proċeduri tal-kontrolli ġie żvelat li għall-kuntrarju tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament 796/2004, l-analiżi tar-riskju mwettqa fis-sena tat-talba 2007 ma kinitx ibbażata fuq il-kriterji rilevanti għar-rekwiżiti speċifiċi jew l-istandards ta' konformità iżda fuq il-fatturi tar-riskju ġenerali. Il-kwalità tal-għażla għalhekk kienet ipperikolata minħabba li kien hemm anqas ċans li l-bdiewa "li jieħdu riskju" jkunu inklużi fil-kampjun tal-konformità. Dan, min-naħa l-oħra, kellu effett negattiv fuq l-effettività tal-kontrolli u b'hekk ikkawża riskju għall-Fondi.
13.8.1.3.L-istandard tal-KAAT "Kopertura minima tal-ħamrija" mhux iddefinit u kkontrollat
Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1782/2003, l-Anness IV tal-istess regolament jistipula l-qafas li abbażi tiegħu l-Istat Membru se jiddefinixxi, fuq il-livell nazzjonali jew reġjonali, ir-rekwiżiti minimi għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Artikolu 3 tal-istess regolament jeħtieġ li bidwi li jirċievi pagamenti diretti jirrispetta l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba ddefinita skont l-Artikolu 5.
L-evidenza miġbura matul il-missjoni twassal għall-konklużjoni li l-istandards “Kopertura minima tal-ħamrija” taħt il-kwistjoni “Erożjoni tal-ħamrija” ma ġewx iddefiniti u kkontrollati fis-snin tat-talba 2007, 2008 u 2009.
L-awtoritajiet Maltin sostnew li l-maġġoranza tal-art agrikola (92 %) hija koperta minn raba' imtarrġa li żżid ir-riskju ta' erożjoni tal-ħamrija u li r-raba' imtarrġa tkun ivverifikata taħt standard tal-KAAT separat ("Żamma tar-raba' mtarrġa") biex wieħed jiżgura l-manutenzjoni xierqa tagħha. Sostnew ukoll kif is-sistema ta' żriegħ doppju/multiplu użata f’Malta, li tkopri 31 % taż-żona agrikola, tiżgura li ż-żmien li l-art titħalla mingħajr kopertura ta' ħaxix, hekk kif ikun qed jiktabbar prodott tar-raba' tax-xita, jiġi mminimizzat matul il-perjodu bix-xita.
Id-DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jieħu nota tal-argumenti li l-awtoritajiet Maltin stqarrew, iżda jsostni li l-istandard tal-KAAT "Kopertura minima tal-ħamrija" ma kienx iddefinit u kkontrollat, u dan ħoloq riskju għall-Fondi fis-snin tat-talba: 2007, 2008 u 2009. Madanakollu, il-perċentwal ta' art taħt raba' mtarrġa u s-sistema ta' żrigħ multiplu huwa fattur mitiganti għar-riskju.
13.8.1.4.Dgħjufijiet fis-sistema tas-sanzjonijiet
Għall-kuntrarju tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament 796/2004 u mill-analiżi tal-istatistiċi, ġie żvelat li fil-każ ta' nuqqas ta' konformità minħabba negliġenza ma ġie applikat l-ebda tnaqqis, jew ġie applikat tnaqqis ta' 1 %, bħala regola ġenerali minflok rata standard ta' 3 %. Skont ir-rapporti statistiċi riveduti sottomessi mill-Awtoritajiet Maltin wara l-missjoni: minn 93 każ ta' nuqqas ta' konformità tal-ewwel darba f’qasam wieħed ta' konformità rraportati fis-sena tat-talba 2007, 80 kien jistħoqqilhom tnaqqis ta' 1 % jew xejn, 13 irċivew rata standard ta' 3 % u ma ngħatat l-ebda sanzjoni ta' 5 %. Fis-sena tat-talba 2008, il-165 każ rilevanti kollha rrapportati involvew tnaqqis ta' 1 %. Fis-sena tat-talba 2009, 73 każ wasslu għal tnaqqis ta' 1 % u 18-il każ għal 3 % jew 5 %. Tali trattament laxk ma kienx iġġustifikat mill-valutazzjoni ta' nuqqas ta' konformità iżda kien minħabba dgħufija inerenti tas-sistema ta' valutazzjoni. Pereżempju:
-
Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-KAAT minħabba negliġenza, l-ebda sanzjoni ogħla minn 1 % ma ġiet irrapportata fl-2007, fl-2008 u fl-2009. Fl-2007 is-sistema tal-evalwazzjoni ma pprovdietx il-possibbiltà li tiġi applikata sanzjoni ogħla minn 1 % għal nuqqas ta' konformità mal-KAAT minħabba negliġenza. Fl-2008 u l-2009 l-applikant kien ikollu jikser minn tal-inqas 7 minn 10 standards tal-KAAT biex jikseb penalità ta' 3 %.
-
Fl-2007, is-sanzjonijiet kollha għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għat-trattament xieraq tal-annimali (SMR’s 16-18) tnaqqsu b'livell wieħed (eż. jekk l-evalwazzjoni wasslet għal sanzjoni ta' 5 %, l-applikant kien sanzjonat bi 3 %, eċċ.). Għalhekk, il-penalità massima għan-nuqqas ta' konformità minħabba negliġenza ma setgħetx taqbeż it-3 %, minkejja l-gravità tal-ksur.
-
Fl-2008 u l-2009 is-sistema għamlitha diffiċli ħafna biex jiġi applikat tnaqqis ogħla minn 1 % (għan-nuqqas ta' konformità identifikat f'żona waħda ta' konformità). Pereżempju, fil-każ ta' SMR 4 (Nitrati) daqs 9 minn 23 punt ta' kontroll iddefiniti taħt dan ir-rekwiżit kien ikollhom jinkisru biex jagħtu bidu għal tnaqqis fir-rata minima ta' hawn fuq. Sanzjoni ta' aktar minn 3 % tkun teħtieġ ksur ta' minn tal-inqas 18-il punt ta' kontroll.
Fl-opinjoni ta' DĠ AGRI, is-sistema tas-sanzjonijiet f'Malta ma kinitx konformi mal-Artikolu 66(1) tar-Regolament 796/2004. B'riżultat ta' dan, it-tnaqqis kien sistematikament aktar baxx milli meħtieġ mil-leġiżlazzjoni, li ħoloq telf fil-Fondi fis-snin tat-talba 2007, 2008 u 2009.
13.8.1.5.Dgħjufijiet fl-evalwazzjoni tal-każijiet ta' nuqqas ta' konformità
Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 (l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 73/2009) "[fl-istabbiliment ta' regoli għat-tnaqqis u l-esklużjonijiet] għandu jittieħed kont tas-severità, miżura, permanenza u repetizzjoni tan-nuqqas ta' osservanza". L-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 796/2004 jistabbilixxi l-prinċipji u d-definizzjonijiet tal-kriterji ta' evalwazzjoni.
Fl-2007, l-evalwazzjoni kienet iddeterminata minn qabel mill-proċedura mingħajr konsiderazzjoni lejn in-natura tan-nuqqas ta' konformità. Pereżempju, in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit iddefinit skont SMR 2 (Ilma ta' taħt l-art) "Hemm evidenza dwar ir-rimi ta' materjal li fih sustanzi f’lista I jew II li jistgħu jwasslu għal rilaxx indirett u li ma kienx awtorizzat?" kien se jkun dejjem ivvalutat bħala: "medda" – lil hinn mir-razzett, "severità" – medja u "permanenti" – rettifikabbli, irrispettivament mill-karatteristiċi partikolari tan-nuqqas ta' konformità identifikata, eż. l-ammont u t-tip ta' materjal inkwistjoni, iż-żona affettwata, l-intenzjoni involuta possibbli, eċċ. L-istess mekkaniżmu ġie applikat għar-rekwiżiti u l-istandards l-oħra kollha li setgħu wasslu għal valutazzjoni skorretta ta' fejn in-nuqqas ta' konformità attwali ma mexiex mal-każ standard implikat fil-proċedura.
Fl-2008 u l-2009 il-punti ta' kontroll iddefiniti għall-SMR’s u l-KAAT ġew ivvalutati f’termini ta' kriterju ta' valutazzjoni wieħed biss. Pereżempju, in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit “Id-demel solidu u l-fertilizzanti minerali ġew applikati għall-art imżerżqa?” iddefinit skont SMR 4 kellu jiġi vvalutat biss f’termini ta' "severità" iżda mhux f’termini ta’ "medda" u "permanenza". Ċerti rekwiżiti ma kinux ivvalutati f’termini ta' kwalunkwe kriterji ta' evalwazzjoni. Pereżempju r-rekwiżit “Il-bidwi li jrabbi l-bhejjem, iżomm rekords tat-trasport tad-demel?” skont l-istess SMR. Il-mekkaniżmu wassal għas-sitwazzjoni fejn ċertu nuqqas ta' konformità ma kienx ivvalutat f’termini tal-kriterji ta' valutazzjoni kollha, la fil-livell tal-punt ta’ kontroll, u anqas fil-livell tal-SMR inġenerali. Dan ġara fil-każ ta' SMR's 7-8a, fejn in-nuqqas ta' konformità ma ġewx ivvalutati f’termini ta' "permanenza" u l-SMR's 9, 11 u 12 ma ġewx ivvalutati f'termini ta' "medda".
Fl-aħħar nett, fl-2008 u l-2009, ir-riżultat tal-valutazzjoni, mogħti f'punti, iddetermina li s-sanzjoni għal nuqqas ta' konformità tnaqqset minħabba l-applikazzjoni tal-formoli ta' rikalkulazzjoni li ġew żviluppati b'mod distint għal SMR's differenti u għall-KAAT. Pereżempju, fil-każ ta' SMR 2, jekk "severità" ġiet assenjata 4 punti, ir-riżultat finali jkun 5 filwaqt li fil-każ ta' SMR 4 l-istess għadd ta' punti jwassal għar-riżultat finali ta' 1. Dan wassal għas-sitwazzjoni fejn in-nuqqas ta' konformità bi gravità ugwali (mogħtija f’termini ta' punti assenjati lill-kriterji ta' evalwazzjoni) iwassal għal livell ta' sanzjoni differenti skont SMR 2 u SMR 4. Aktar importanti, jaf kienet titlob li ċertu nuqqas ta' konformità ma ġiex ivvalutat biżżejjed u li ma ġiex applikat l-ammont korrett ta' sanzjonijiet regolatorji.
Is-sistema ta' valutazzjoni f’Malta ma kinitx konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli u nħoloq riskju fil-Fondi fis-snin tat-talba 2007, 2008 u 2009.
13.8.1.6.Applikazzjoni skorretta ta' "repetizzjoni"
Ġie żvelat li t-tnaqqis għal nuqqas ta' konformità ripetut ma ġiex applikat f'Malta skont l-Artikolu 41(a) tar-Regolament 796/2004 u l-Artikolu 66(4) tar-Regolament 796/2004 fis-sena tat-talba 2007. B'mod partikolari:
-
Ma ġiex applikat tnaqqis għall-ewwel nuqqas ta' konformità ripetut f'każ li l-ewwel nuqqas ta' konformità seħħ sena qabel dak ripetut.
-
Fejn kien hemm repetizzjoni oħra jew ulterjuri, il-perċentwal ta' sanzjonijiet kien l-istess bħal fil-każ tal-ewwel repetizzjoni.
Dan ma kienx konformi mal-leġiżlazzjoni u ħoloq telf fil-Fondi fis-sena tat-talba 2007.
13.8.1.7.Ċerti rekwiżiti ma ġewx ivverifikati kompletament u/jew bir-reqqa
Skont l-Artikolu 23 tar-Regolament 796/2004 "Il-verifiki […] fuq il-post għandhom isiru b'dak il-mod li tiġi żgurata l-verifikazzjoni effettiva tal-konformità mat-termini li taħthom jingħataw l-għajnuniet u tal-ħtiġijiet u l-istandards relevanti għall-konformità reċiproka".
Wara l-parteċipazzjoni fil-kontrolli fuq il-post ġie osservat li l-istandard tal-KAAT "Standards għat-tinwib tal-uċuħ, fejn applikabbli" ġie vverifikat biss abbażi tar-residwi misjuba fir-razzett. Ma ġiex ivverifikat x'attwalment kien qed jitkabbar fil-ġonot tar-raba' fis-snin preċedenti. Fl-opinjoni ta' DĠ AGRI tali metodu ta' kontroll ma kienx jiżgura l-verifika effettiva ta' dan l-istandard u b'hekk inħoloq riskju għall-Fondi fis-snin tat-talba 2007, 2008 u 2009.
Skont id-dokument AGRI-64043-2005 dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji fil-każ ta' nuqqas fis-sistemi ta' konformità implimentati mill-Istati Membri, in-nuqqas ta' applikazzjoni ta' sanzjonijiet li jirriżulta mill-inadegwatezza jew min-nuqqas ta' prestazzjoni tal-verifiki fuq il-post fil-kuntest tal-konformità (Rekwiżiti Statutarji tal-Ġestjoni u Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin) u min-nuqqas ta' applikazzjoni jew mill-applikazzjoni mhux korretta tas-sanzjonijiet regolatorji li jwasslu għat-telf tal-effett ta' deterrent tagħhom huwa meqjus, fost l-oħrajn, bħala punt dgħajjef fil-kontroll ewlieni.
Fil-qafas tas-sistema ta' kontroll tal-konformità, u f’konformità mad-dokument AGRI-64043-2005 dwar korrezzjonijiet finanzjarji fil-każ ta' nuqqas fis-sistemi ta' konformità implimentati mill-Istati Membri, id-djgħufijiet fl-analiżi tar-riskju għandhom jitqiesu bħala djgħufijiet fil-kontroll anċillari.
Abbażi tas-sejbiet u tal-informazzjoni u l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Awtoritajiet Maltin, id-DĠ AGRI jsostni li d-djgħufijiet stabbiliti ħolqu riskju għall-Fondi. B'mod aktar konkret, il-fatti li: il-kontrolli fuq il-post ma twettqux bħala parti minn żjara ta' kontroll waħda, li s-sistema tas-sanzjonijiet kienet laxka wisq, li l-każijiet ta' nuqqas ta' konformità ma ġewx evalwati f’konformità mal-leġiżlazzjoni, li l-kunċett ta' "repetizzjoni" ma ġiex applikat b'mod korrett u li l-istandard tal-KAAT "Standards għat-tinwib tal-uċuħ, fejn applikabbli" ma ġiex ivverifikat b'mod effettiv, wasslu għall-applikazzjoni mhux korretta jew skorretta tas-sanzjonijiet regolatorji u huma għalhekk ikkunsidrati bħala djgħufijiet fl-operazzjoni tal-kontrolli ewlenin.
Id-defiċenza relatata mal-analiżi tar-riskju hija kkunsidrata bħala djgħufija fit-tħaddim ta' kontroll anċillari.
Skont id-dokument AGRI-2005-64043:
-
fil-każ ta' defiċenza fit-tħaddim ta' kontroll anċillari wieħed jew aktar fir-rigward tas-sistema tal-konformità, għandha tiġi applikata korrezzjoni ta' 2 %.
-
fil-każ li l-kundizzjonijiet tal-konformità stipulati f’Att jiġu vverifikati (jiġifieri kull Direttiva jew Regolament imniżżlin fl-Anness III tar-Regolament Nru 1782/2003) jew fi Standard (ara l-Anness IV tar-Regolament Nru 1782/2003) iżda mhux fir-rigward tal-għadd, tal-frekwenza jew tad-dettall kif meħtieġ mir-regolamenti jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali (fil-każ ta' Direttiva jew tal-KAAT) jew fil-każ li ma jwasslux għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet regolatorji, għandha tiġi applikata korrezzjoni ta' 5 %.
-
fil-każ li l-kundizzjonijiet tal-konformità ma jiġux ivverifikati jew jiġu vverifikati b'mod tant inferjuri jew infrekwenti li jispiċċaw kompletament ineffettivi fir-rigward tal-applikazzjoni tas-sanzjonijiet regolatorji, se tiġi applikata korrezzjoni ta' 10 %.
B'rabta mas-snin tat-talba 2007, 2008 u 2009 ġew identifikati d-dgħjufijiet li ġejjin fit-tħaddim tal-kontrolli ewlenin:
Snin tat-talba 2007, 2008, 2009:.
-
Il-verifiki fuq il-post ma twettqux bħala parti minn żjara ta' kontroll waħda u għalhekk il-bdiewa kellhom żmien biżżejjed biex jaħbu jew jikkoreġu nuqqas ta' konformità u b'hekk ixekklu l-effettività tal-kontrolli,
-
Is-sistema tas-sanzjonijiet ipprovdiet applikazzjoni sistematika ta' tnaqqis ta' 0 % jew 1 % minflok rata standard ta' 3 %,
-
In-nuqqas ta' konformità ma kienx ivvalutat kif xieraq f’termini tal-kriterji ta' valutazzjoni "permanenza", "severità" u "medda",
-
L-istandard tal-KAAT "Standards għat-tinwib tal-uċuħ, fejn applikabbli" ma ġiex ivverifikat b'mod effettiv.
-
L-istandard tal-KAAT "Kopertura minima tal-ħamrija" ma kienx iddefinit.
Barra minn hekk, fis-sena tat-talba 2007 biss:
-
It-tnaqqis għal nuqqas ta' konformità ripetut ma ġiex applikat f’konformità mal-leġiżlazzjoni.
Abbażi ta' dawn id-dgħjufijiet imsemmija, u filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tad-dokument AGRI-2005-64043, qed tiġi proposta korrezzjoni ta' 5 % fis-snin tat-talba 2007, 2008 u 2009.
Huwa enfasizzat li kull djgħufija unika msemmija hawn fuq tista' tkun biżżejjed, f'iżolament, biex twassal għall-korrezzjonijiet proposti.
Kontrolli anċillari
Il-fatt li l-ebda fattur ta' riskju fil-mira tal-konformità ma ntuża fis-sena tat-talba 2007 huwa meqjus bħala djgħufija fl-operazzjoni tal-kontrolli anċillari. Madanakollu, minħabba li tali djgħufija għandha twassal għal korrezzjoni ta' 2 %, il-livelli ta' korrezzjoni proposti hawn fuq diġà jkopru dan ir-riskju speċifiku.
Minħabba li d-djgħufijiet imsemmija hawn fuq jikkonċernaw il-popolazzjoni kollha ta' pretendenti għal għajnuniet diretti, il-korrezzjoni finanzjarja proposta se tiġi applikata għall-ammont totali ta' pagamenti diretti fis-snin rispettivi tat-talba.
Ir-rata proposta ta' korrezzjoni għandha tiġi applikata fuq 10 % tat-total tal-pagamenti diretti għas-snin tat-talba 2007, 2008 u 2009, kif previst fil-punt 3.2.2 tad-dokument AGRI-2005-64043.
Sena tat-talba 2007
Aġenzija tal-Pagamenti
|
Linja baġitarja
|
Tip ta' korrezzjoni
|
Munita
|
Ammont gross eskluż
|
Ammont nett eskluż (Impatt finanzjarju effettiv)
|
Sena Finanzjarja 2008
|
MT
|
050301
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
-7.853,65
|
-7.853,65
|
Sena Finanzjarja 2009
|
MT
|
050301
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
-20.61
|
-20.61
|
MT
|
050405
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
-6.858,55
|
-6.858,55
|
Sena Finanzjarja 2010
|
MT
|
050301
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
-2,90
|
-2,90
|
MT
|
050405
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
-232,55
|
-232,55
|
TOTAL F'EUR
|
-14.968,26
|
-14.968,26
|
Sena tat-talba 2008
Aġenzija tal-Pagamenti
|
Linja baġitarja
|
Tip ta' korrezzjoni
|
Munita
|
Ammont gross eskluż
|
Ammont nett eskluż (Impatt finanzjarju effettiv)
|
Sena Finanzjarja 2009
|
MT
|
050301
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
-13.568,05
|
-13.568,05
|
MT
|
050405
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
-8.803,69
|
-8.803,69
|
Sena Finanzjarja 2010
|
MT
|
050301
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
-88.08
|
-88.08
|
MT
|
050405
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
-2.078,01
|
-2.078,01
|
Sena Finanzjarja 2011
|
MT
|
050301
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
-26,86
|
-26,86
|
MT
|
050405
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
-239,50
|
-239,50
|
TOTAL F'EUR
|
-24.804,19
|
-24.804,19
|
Sena tat-talba 2009
Aġenzija tal-Pagamenti
|
Linja baġitarja
|
Tip ta' korrezzjoni
|
Munita
|
Ammont gross eskluż
|
Ammont nett eskluż (Impatt finanzjarju effettiv)
|
Sena Finanzjarja 2009
|
MT
|
050405
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
-33,58
|
-33,58
|
Sena Finanzjarja 2010
|
MT
|
050301
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
-16.838,20
|
-16.838,20
|
MT
|
050405
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
-12.545,31
|
-12.545,31
|
MT
|
670200
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
142,32
|
142,32
|
Sena Finanzjarja 2011
|
MT
|
050301
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
-26,01
|
-26,01
|
MT
|
050405
|
Rata fissa 5 % *10 %
|
EUR
|
-53,44
|
-53,44
|
TOTAL F'EUR
|
-29.354,22
|
-29.354,22
|
L-ammont totali propost għall-korrezzjoni finanzjarja huwa: EUR -69.126,67.
L-Awtoritajiet Maltin ma talbu l-ebda konċiljazzjoni.
Dostları ilə paylaş: |