Kamra tad-deputati



Yüklə 212,56 Kb.
səhifə4/4
tarix01.01.2018
ölçüsü212,56 Kb.
#36719
1   2   3   4

THE CHAIR: Grazzi. Iktar rimarki? L-Onor. Deborah Schembri.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva): Nifhem il-punti kollha li qed tagħmlu, però hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq ippjanar, u għalkemm nifhem li hemm affarijiet problematiċi – smajna anke lill-Pulizija and I’m all ears biex nara x’inhuma l-problemi li hemm – fl-aħħar mill-aħħar il-Gvern irid jieħu deċiżjoni fuq bidla li għandha x’taqsam mal-ippjanar. Jiġifieri jien qed nistaqsi jekk wara li jsir l-enforcement, din il-proposta hijiex aċċettabbli min-naħa tar-residenti. Insa għalissa l-kwestjoni tas-sospensjoni tal-peremssi – issa niġi għaliha aktar tard – jew fejn x’għandu x’jaqsam mal-Pulizija għax dawk mhumiex kwestjonijiet ta’ ippjanar, fejn jidħol ippjanar, għar-residenti li qed tirrappreżenta inti, din il-proposta hija aċċettabbli, jew hemm bidliet li qegħdin jipproponu għaliha? Jippreferuha kif inhi, imma jkun hemm enforcement? Jippreferuha kif ġejja? What is your position fuq il-biċċa tal-ippjanar? Għax this is a planning Committee.
AVUKAT VICTOR BUGEJA: Naturalment kif diġà għedt, aħna nirrikonoxxu li hemm ċerti diffikultajiet loġistiċi biex taqbad u toħroġ lil dak li jkun u tpoġġih in-naħa l-oħra; dik hija xi ħaġa li tista’ issir bi pjan fit-tul u tiġi phased out maż-żmien.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Imma hawnhekk m’aħniex qegħdin ngħidu neħħi lil “dak” u poġġih x’imkien ieħor. Mhux dik hi l-proposta.
AVUKAT VICTOR BUGEJA: U aħna qed nirrikonoxxu dak, u qegħdin ngħidu – fil-fatt bdejt biha – li aħna qed infittxu t-triq tal-kompromess. Però t-triq tal-kompromess tibda billi l-ewwel tifhem x’inhi l-problema sew, u biex tifhem sew x’inhi l-problema ma tistax tkompli żżid dik li hemm diġà.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Granted, imma għidli ftit...
AVUKAT VICTOR BUGEJA: Bħala proposta, qegħdin naqblu mal-prinċipju taż-zoning, anzi dak huwa l-punt tat-tluq.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri qegħdin taqblu ma’ dan li qiegħed jiġi propost?
AVUKAT VICTOR BUGEJA: Imma mhux to the full għax, kif diġà għedt, hemm parti li qed tiġi klassifikata bħala industrial, minn “din” il-kantuniera sa “hawn” fejn fiha hemm ħafna residenti – u m’aħniex qed nitkellmu fuq wieħed jew tnejn – u la hemm ammont sostanzjali ta’ residenti naħsbu li ma tistax tiġi klassifikata bħala industrial. Forsi wieħed jikkunsidra li jekk minn issa ‘l quddiem ma tkunx allokata biss għar-residenti, forsi tkun ikkunsidrata bħala commercial, fejn l-attività li tkun għaddejja ma tkunx waħda li toħloq daqstant inkonvenjent. Bħala idea, li jkun hemm iż-zoning, naqblu magħha, anzi naħseb li hija l-unika soluzzjoni, m’hemmx soluzzjonijiet aktar, imma f’dik il-parti qed nitolbu rikonsiderazzjoni. U għalhekk qed ngħid li jrid isir stocktake. Irridu mmorru f’dik it-triq, naraw kemm hemm residenti, naraw kemm hemm entitajiet industrijali u naraw kif se tiġi klassifikata. Aħna qegħdin ngħidu li ma tkunx fair li ddur fuq “dak” u fuq l-“ieħor” u tgħidlu biex jitlaq minn hemm, però dejjem dment li għandu l-permess, għax jekk m’għandux permess allura jrid jitlaq.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Rigward il-kwestjoni ta’ jibqgħux joħorġu permessi, il-liġi għamlet timeframes, u min japplika ma tistax taqbad tgħidlu li Dr. Bugeja ddeċieda hekk u allura se nwaqqaflek il-permess! Hemm timeframes li wieħed irid iżomm magħhom; dik hija l-liġi u ma tistax tinbidel.
AVUKAT VICTOR BUGEJA: Però l-Eżekuttiv għandu l-poter li jmur il-Parlament u jilleġiżla u peress li hemm problema jrid jindirizzaha, u jindirizzaha mhux billi noqogħdu nġibu skuża li hemm il-liġi; aħna nafu li hemm il-liġi. Minn 20 sena ‘l hawn il-policy nbidlet tliet darbiet!
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Dr. Bugeja inti tifhem daqsi li l-problema f’din iż-żona – u kulħadd jirrikonoxxi li hemm problema – tmur lil hinn mill-kwestjoni ta’ ippjanar.
AVUKAT VICTOR BUGEJA: Il-kunsiderazzjonijiet tal-PA huma wkoll il-kunsiderazzjonijiet li għamlu l-entitajiet. Tant hu hekk li meta tmur tapplika biex tagħmel attività, f’ċerti ċirkostanzi jgħidulek biex tmur għand il-Land Department u ġġib il-clearance, tumur għand TM u ġġib il-clearance, u tmur għand “dak” u għand l-“ieħor”. Jiġifieri l-planning, bħala planning, mhuwiex biss l-estetika, imma hemm kunsiderazzjonijiet oħrajn.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jien m’iniex qed nirriferi għall-estetika, imma qed ngħid li l-liġi qiegħda hemm u ma nistgħux sempliċement inwaqqfu applikazzjonijiet li jkunu qegħdin pendenti, jew li nkunu Drakonjani to the extent li qisu hawnhekk biss hawn problema. Ma nistgħux nagħmlu sospensjoni għax hawnhekk hawn problema, għax hemm postijiet oħra fil-pajjiż fejn hemm il-problemi, jiġifieri ma naħsibx li dik hija soluzzjoni.
Mr Chairman, saru żewġ kummenti li jiddispjaċini nismagħhom, speċjalment jekk ma jkunux sostanzjati. L-ewwel wieħed huwa fejn issemmew il-Pulizija fejn Dr. Bugeja qal li kulħadd jaf li dawn jgħidulhom biex imorru jneħħu l-inġenji għax kellhom rapport kontrihom. I think that his is very unfair kontra l-Pulizija, sakemm wieħed ma jissostanzjax dak li qed jgħid. It-tieni kumment huwa meta ntqal li issa, fil-ġlieda għall-elezzjoni, jibdew ħerġin il-permessi. Dr, Bugeja, I understand all your points, imma naħseb ċerti affarijiet do a disservice at this point in time.
AVUKAT VICTOR BUGEJA: Rigward il-kumment fuq il-Pulizija rrid ngħid li ż-żewġ rappreżentanti tal-Korp tal-Pulizija li hawn preżenti nafhom u nafhom bħala nies serji u ċertament m’iniex qed nindirizza lilhom, però naturalment dawn huma the top people, imma fl-għases ma jkunx hemm huma jirċievu t-telefonati. Sfortunatament din hija esperjenza li ma ssibhiex biss f’Ħal Mula u f’Ħaż-Żebbuġ, imma qiegħda b’mod ġenerali. Onor. Schembri, jien avukat bħalma int int, naħdem fid-distrett, u mhux l-ewwel darba u tnejn li nagħmel complaints u kulħadd ifarfar. U mhux l-ewwel darba u tnejn li jkolli nikteb lill-Kummissarju tal-Pulizija u nilmenta. At this stage jien ma nistax nidentifika pulizija “A” jew pulizija “B”, imma għandi klijenti, li qegħdin hawnhekk, li kellmuni u qaluli li għamlu diversi rapporti, jiġi l-pulizija, u ma jsib xejn. Allura kif kumbinazzjoni malli jiġi l-pulizija ma jsib xejn, imbagħad wara li jitlaq il-pulizija nerġgħu back to square one? Huwa veru li l-Pulizija għandhom id-diffikultajiet tagħhom, però kultant l-attitudni tkun “u iva, inbeżżgħuhom lil dawn ħalli ma jerġgħux jagħmluha!”. Jekk l-attitudni wara 20 sena se tibqa’ hekk, ma jawgurax tajjeb. Dak hu l-punt li rrid nagħmel minn din l-istorja; la rrid nipponta subgħajja lejn dawn iż-żewġ rappreżentanti u lanqas irrid nipponta subgħajja lejn individwi, imma l-istorja hekk hi.
THE CHAIR: Dr. Bugeja, bħala rappreżentant tar-residenti, se tagħmlu xi proposta partikolari b’xi kambjament?
AVUKAT VICTOR BUGEJA: Se jkun hemm lok għal sottomissjonijiet bil-miktub?
THE CHAIR: Tistgħu tagħtuna l-proposta tagħkom.
AVUKAT VICTOR BUGEJA: In kwantu ta’ dik li hija proposta, kif diġà għedt, li qed nitolbu huwa li ma nżidux ma’ dak li hemm u mal-ħsara li diġà saret u li f’ċerti toroq – u la qed tistednuni nagħmel proposta se nkun qed insejjaħ lil xi ħadd biex jispjegali liema huma t-toroq –...
THE CHAIR: L-aħjar huwa li tagħmel is-sottomissjoni bil-miktub u tgħaddilna kopja. Naħseb li għal-lum nistgħu nikkonkludu hawnhekk.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Mr Chairman, qabel nikkonkludu għandi bżonn ngħid xi ħaġa dwar deċiżjoni li ħadtu fil-bidu tal-laqgħa. Jiena ma kontx hawn għax kont mistiedna għal programm fuq it-televiżjoni, imma jekk ġejt infurmata tajjeb...
THE CHAIR: In the meantime tkellimna jien u l-Onor. Ryan Callus u qbilna li mhijiex deċiżjoni tagħna li...
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Lili qaluli li kien hawn speċi ta’ deċiżjoni tal-Kumitat li l-proposti li jagħmlu n-nies lill-PA jgħaddu għandkom qabel ma toħorġu bir-rapport tagħkom. Irrid ngħid li l-liġi ma tippermettix dan, u artiklu 53(2) jgħid speċifikament li qabel mal-perjodu ta’ konsultazzjoni jagħlaq, il-Kumitat irid jagħmel ir-rapport tiegħu, imbagħad, meta jmur għand il-Kunsill Eżekuttiv ikun hemm a further stage fejn jerġa’ jiġi quddiem dan il-Kumitat bir-rakkmandazzjonijiet tan-nies ukoll, imma mhux f’dan l-istadju. F’dan l-istadju mhuwiex legali li tistennew ir-rakkmandazzjonijiet tan-nies, imbagħad tagħmlu r-rapport għax malli tagħlaq il-konsultazzjoni u tasal għandi jkolli mmexxi mingħajr ir-rapport tal-Kumitat. L-artiklu jgħid li l-Kunsill Eżekuttiv għandu:
“(ii) jistieden li jsirulu kummenti dwar l-abbozz tal-pjan jew policy sussidjarju jew revizjoni tiegħu, fi żmien speċifikat ta’ mhux anqas minn sitt ġimgħat;
(iii) jirreferi l-abbozz tal-policy jew pjan sussidjarju jew reviżjoni tiegħu lill-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp stabbilit bl-artikolu 60 għall-iskrutinju effettiv tiegħu, liema Kumitat għandu jħejji rapport fil-perjodu ta’ konsultazzjoni speċifikat fis-subparagrafu (ii)...”,
li huwa l-istess perjodu ta’ konsultazzjoni għall-pubbliku,
“...u jirreferih lill-Kunsill Eżekuttiv;”.
Jiġifieri artiklu 53(2)(b)(ii) jipprojbixxi dan li ssuġġerejtu, però dan ma jfissirx li ma jkunx hemm stadju ieħor aktar ‘il quddiem meta l-pjan jerġa’ jiġi hawn bil-proposti tan-nies, imbagħad hemmhekk il-Kumitat ikun jista’ jagħmel it-tibdil tiegħu ukoll.
THE CHAIR: L-Onor. Ryan Callus.
ONOR. RYAN CALLUS: Aħna ma naqblux li għandna nagħmlu l-pożizzjoni tagħna f’dan l-istadju għax nemmnu li l-ewwel irid ikollna f’idejna s-sottomissjonijiet kollha li għamlu n-nies. Onor. Schembri, jekk qed tgħidli li wara se jkun hemm stadju ieħor meta l-pjan jerġa’ jiġi quddiemna, allura naħseb huwa propizju li dan il-Kumitat jagħmel il-pożizzjoni tiegħu f’dak l-istadju ulterjuri meta l-Kunsill Eżekuttiv ikun ta l-feedback tiegħu dwar is-sottomissjonijiet kollha li daħlu. Dak ikun l-aħjar mument li fih aħna, bħala Kumitat – u aħna qed nirrappreżentaw lill-poplu – inkunu nistgħu nagħtu l-pożizzjoni tagħna għax ikollna kollox f’idejna. Ma jagħmilx sens li tgħiduli biex nitkellem f’isem il-poplu meta mhux se jkolli l-affarijiet kollha li jkun qal il-poplu!
THE CHAIR: Onor. Callus, skont il-liġi aħna bħala Kumitat għandna l-obbligu li nagħtu l-proposti tagħna lill-PA f’dan l-istadju. Jekk ma nagħmlux hekk inkunu qisna qed ngħidu li naqblu mal-pjan kif inhu fl-intier tiegħu. Bħala Chairman ta’ dan il-Kumitat, inħossni li nkun qed nonqos jekk ma narax li l-Kumitat jagħmel il-proposti tiegħu.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Fil-fatt anke meta kien hawn għad-diskussjoni il-pjan għal Paceville, li kien kontroversjali ħafna, ukoll sar rapport minn dan il-Kumitat.
THE CHAIR: Issa jekk intom ma tridux tidħlu f’dan il-proċess, allura nieħdu d-deċiżjonijiet aħna bħala...
ONOR. RYAN CALLUS: Sur President, iddawwarx il-kliem li għedt jien.
THE CHAIR: Qed ngħid x’tgħid il-liġi.
ONOR. RYAN CALLUS: Sur President, dan huwa mument delikat ħafna u rridu nagħmlu l-affarijiet ċari. Aħna lesti nagħtu l-kontribut kollu tagħna, però li qed ngħid jien hu li aħna rridu nagħtu kontribut tagħna meta jkollna s-submissions kollha sottomessi min-nies. Issa jekk l-Onor. Schembri qed tgħidilna li l-pjan se jerġa’ jiġi quddiemna fi stadju ulterjuri, allura ma narax problema.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Onor. Callus, kellkom l-istess sitwazzjoni meta kontu qegħdin tiddiskutu l-pjan għal Paceville, li naħseb li kien ftit aktar kontroversjali minn dan!
ONOR. RYAN CALLUS: Jiena naħseb li qed tifhem x’inhu l-ispirtu tal-argument tiegħi.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jien naħseb li l-Kumitat għandu jagħmel ir-rapport tiegħu within the timeframe li suppost jagħmlu. Jekk imbagħad ikun hemm xi tibdil at the very end, għax ikun ikkunsidrat dak kollu li kien hawn hawnhekk ma’ dak li ssuġġerixxa l-poplu fl-istess ħin biex il-Gvern ikun jista’ jiddeċiedi u anke jitilgħu għand il-Kunsill Eżekuttiv... Jiġifieri jien naħseb li dan il-Kumitat ikun qed jonqos jekk f’dan l-istadju ma jeħux pożizzjoni. Finalment għamlu intom; jien m’iniex parti mill-Kumitat. Jien sempliċement qed ninfurmakom li l-liġi ma tippermettix dak li kważi kważi qaluli li kien deċiż fil-bidu tal-laqgħa.
THE CHAIR: Ma kien deċiż xejn; konna qegħdin niddiskutu x’nistgħu nagħmlu u jekk naqblux jew le. Iċ-Chairman tal-PA ġibdilna l-attenzjoni għar-regoli u aħna sadanittant ikkonfermajna li l-liġi tgħid li aħna għandna obbligu li nagħtu l-proposti tagħna, għax jekk ma nagħmlux hekk inkunu qed ngħidu lill-PA li qegħdin naqblu mal-pjan kif inhu propost; almenu ngħidu li naqblu, imma mhux ma ngħidu xejn.
Se naġġorna l-laqgħa hawnhekk għax sar il-ħin. Nirringrazzja lil kull min ħa sehem fil-laqgħa tal-lum u nispera li d-darba li ġejja r-rappreżentanti tal-industrija jiġu magħqudin kif għamlu r-residenti llum. Dakinhar ikollhom ċans jagħmlu l-proposti tagħhom; nisperaw li jkunu proposti pożittivi u mhux ikun hawn biss tgergir.
Il-Kumitat huwa aġġornat għal nhar it-Tnejn, 27 ta’ Marzu, 2017.
Fid-8:46 p.m. il-Kumitat aġġorna.


Yüklə 212,56 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin