Kamra tad-deputati



Yüklə 212,56 Kb.
səhifə1/4
tarix01.01.2018
ölçüsü212,56 Kb.
#36719
  1   2   3   4


MALTA

KAMRA TAD-DEPUTATI

KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP

(Rapport Uffiċjali u Rivedut)

IT-TNAX-IL PARLAMENT

Laqgħa Nru. 35

L-Erbgħa, 15 ta’ Marzu, 2017


Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan

Kamra tad-Deputati

Malta

Prezz €2.50

IT-TNAX-IL PARLAMENT

KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP

Laqgħa Nru. 35

L-Erbgħa, 15 ta’ Marzu, 2017


Il-Kumitat iltaqa' fil-Parlament, il-Belt Valletta, fis-6:42 p.m.

MINUTI
THE CHAIR (Onor. Franco Mercieca): Hawn xi korrezzjonijiet għall-Minuti?
ONOR. RYAN CALLUS: Sur President, fl-aħħar laqgħa aħna, bħala Oppożizzjoni, tlabna biex id-deċiżjoni minn dan il-Kumitat tittieħed wara li jkunu daħlu s-sottomissjonijiet tal-pubbliku għand il-Planning Authority (PA). Jien naf li l-Minuti ma jinkludux kollox, però naħseb li dan huwa punt importanti li għandu jiġi enfasizzat fil-Minuti.
THE CHAIR: Jiġifieri wara li jidħlu l-proposti kollha?
ONOR. RYAN CALLUS: L-aħħar darba aħna għamilna proposta biex il-vot minn dan il-Kumitat jittieħed wara li jkun skada ż-żmien ta’ konsultazzjoni tal-PA biex b’hekk ikollna f’idejna s-sottomissjonijiet kollha li tkun irċeviet il-PA. Bħalissa li qed jiġri huwa li l-perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ dan il-Kumitat u dak tal-pubbliku huwa fl-istess waqt, u allura jista’ jkun li ma jkollniex il-feedback kollha li tkun daħlet.
ONOR. GODFREY FARRUGIA: Sur President, min-naħa tagħna naqblu mal-prinċipju imma importanti nkunu nafu d-data meta tagħlaq il-konsultazjzoni pubblika min-naħa tal-PA.
L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT: Fit-3 ta’ April.
ONOR. GODFREY FARRUGIA: Mela wara t-3 ta’ April nieħdu l-vot.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Forsi jkun hawn qbil u ma jkunx hemm bżonn li nieħdu vot. Importanti li jkun hawn qbil fuq pjan.
THE CHAIR: Imma aħna, bħala Kumitat, irridu nagħmlu r-rakkmandazzjonijiet tagħna fuq dan il-pjan allavolja jista’ jkun li jkun hemm qbil fuq dawn il-proposti.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: U allura f’dak il-każ ma jkunx hemm bżonn ta’ vot. Jalla l-qbil ikun unanimu u ma jkunx hemm bżonn ta’ vot.
THE CHAIR: Jalla qatt ma jkun hemm bżonn ta’ vot f’dan il-Kumitat!
ONOR. RYAN CALLUS: Mr Chairman, xtaqt niċċara ftit x’kienet il-proposta tagħna. Aħna pproponejna li d-deċiżjoni – bil-vot jew mingħajru huwa rrilevanti – ta’ dan il-Kumitat tittieħed wara li jkollna f’idejna s-sottomissjonijiet kollha li jkunu daħlu għand il-PA.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: U wara li jinstema’ kull min irid jitkellem.
SUR JOHANN BUTTIGIEG (Chairman Eżekuttiv, Awtorità tal-Ippjanar): Sur President, xtaqt infakkarkom li l-proċedura hija regolata bil-liġi.
ONOR. RYAN CALLUS: Jekk hawn qbil bejn it-tliet partiti ma narax għalfejn m’għandniex nimxu b’dan il-ftehim.
THE CHAIR: La hawn il-qbil naħseb li għandna nimxu b’dan il-ftehim.
Il-Minuti, kif emendati, jistgħu issa jiġu kkonfermati? (Onor. Membri: Iva)
Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 34 li saret fl-1 ta’ Marzu 2017, kif emendati, ġew konfermati.
THE CHAIR: L-ewwel nett, xtaqt nagħti l-għomor lill-Onor. Ryan Callus minħabba li f’dawn il-jiem ħallietna ommu. Jien ma kontx nafha, però smajt affarijiet sbieħ fuqha u ovvjament il-frott qed narawh ilkoll.
Ngħaddu issa għall-item li għandna fuq l-aġenda llejla.
PARTIAL LOCAL PLAN REVIEW OF THE SOUTH MALTA LOCAL PLAN (2006) AS AMENDED – AREA AT ĦAL MULA, ŻEBBUĠ (KONT.)
THE CHAIR: Fl-aħħar laqgħa smajna lill-PA, lir-residenti u lil dawk li għandhom business f’dik iż-żona. Smajna wkoll lill-ex Membru Parlamentari, Michael Bonnici, li tana an historical review tas-sitwazzjoni u qalilna kif fl-1987 hemmhekk kien earmarked għal casa bottega. Jien naħseb li l-kunċett ta’ casa bottega mhux xi kunċett tajjeb ħafna u fil-fatt issa qegħdin niffaċċjaw dawn il-problemi kollha. Il-proposta tal-PA qiegħda ssir biex tipprova tagħmel sens minn dak li jeżisti u forsi anke tagħti direzzjoni għall-futur għal din iż-żona biex ikun hemm aktar separazzjoni tal-użu taż-żona għax hemm taħwida sħiħa.
Min-naħa tal-PA smajna li l-permessi tal-businesses se jibqgħu kif inhuma, anke jekk l-area qiegħda tiġi earmarked għal residenzi, sakemm il-permess jibqa’ attiv. Dwar il-kwestjoni l-oħra, jiġifieri jekk f’żona fejn hemm residenzi u hija earmarked għall-businesses jew għall-kummerċjal, ma tantx fhimt x’se jiġri.
SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-istess ħaġa, jiġifieri ħadd mhu se jkeċċik minn darek biex minflokok jinfetħu uffiċini jew postijiet kummerċjali; il-permess li għandek ħadd ma jista’ jeħodulek, imma jekk se titlob li tibni residenza f’żona industrijali m’aħniex se nagħtuk permess.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Imma min xtara l-art bi prezz ta’ industrijali u għadu ma bediex l-attività tiegħu, se jkun jista’ jużaha bħala industrijali?
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jekk għandu permess, iva, imma jekk m’għandux permess, le. Jekk l-art hija f’żona li baqgħet industrijali, jista’, imma jekk ikun xtara bl-intenzjoni ta’ industrijali u jkun għadu m’applikax għall-permess qabel ma jinqaleb iż-zoning, allura irid jimxi maż-zoning il-ġdid.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: U jekk japplika issa?
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Id-deċiżjonijiet jiġu effettwati minn meta l-policy tidħol fis-seħħ; jista’ jkun hemm qbil li l-policy ma tidħolx fis-seħħ qabel sena oħra biex xi ħadd ikollu ċans japplika.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Jiena nipproponi li l-PA ma taċċettax applikazzjonijiet la se jkun hemm tranżizzjoni, għax inkella se jkun hemm taħwid sħiħ.
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Meta quddiem dan il-Kumitat kien hawn għad-diskussjoni l-pjan għal Paceville qalulna bil-maqlub! Il-linja hija, u dejjem kienet, li sakemm ma jkunx hemm tibdil, napplikaw il-policy tal-ġurnata.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Imma hawnhekk se jkollok nies li applikaw għal permess industrijali u ħaduh, mingħajr ma l-problemi reali ta’ infurzar u problemi oħrajn, ġew indirizzati.
THE CHAIR: Naħseb li din il-policy qed tipprova tagħti direzzjoni u tgħin f’dan il-qasam.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: L-intenzjoni hija dik, imma kif qed isiru l-affarijiet, il-problemi reali taż-żona, bħall-infurzar, trade licensing, eċċ., mhumiex qed jiġu indirizzati.
THE CHAIR: Fil-fatt fuq talba tal-Onor. Godfrey Farrugia, għal din il-laqgħa stedinna, fost oħrajn, uffiċjali mill-Occupational Health and Safety Authority (OHSA) u anke rappreżentanti tal-Pulizija, allavolja ma naħsibx li huwa r-remit ta’ dan il-Kumitat li nidħlu fuq l-infurzar tar-regolamenti.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Imma huwa r-remit tal-Kumitat li jara li jkun hemm organizzazzjoni aħjar taż-żona.
THE CHAIR: Il-proposta ġiet min-naħa ta’ Membru ta’ dan il-Kumitat, li huwa wkoll mir-reġjun u allura għandu interess doppju, u jien ilqajt il-proposta u fil-fatt dawn l-uffiċjali jinsabu preżenti hawnhekk.
L-Onor. Godfrey Farrugia.
ONOR. GODFREY FARRUGIA: Sur President, xtaqt nagħmel żewġ mistoqsijiet lis-Sur Buittigieg.
Sur Buttigieg, id-darba l-oħra inti għedtilna li se ġġibilna d-definizzjoni ta’ x’inhuma t-tipi differenti ta’ industrija biex b’hekk niċċaraw il-ħsieb, u għalhekk qed nistaqsik għalihom.
Xtaqt ukoll nistaqsik jekk taħsibx li huwa fair li minħabba l-fatt li l-PA se tibdel policy, hemm min – u ħafna minn dawn il-businesses huma family run – għandu art jew garaxx li m’għandux trading licence fuqu, li f’daqqa waħda se jitlef mill-beni ekonomiċi tiegħu għax il-valur se jinbidel. Taħseb li dan huwa fair għal dawn l-individwi? Din hija t-tielet darba li se nibdlu l-policy f’din iż-żona, qabel inbidlet mill-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) u issa mill-PA, li għalija huwa biss a change in name għax kulma neħħejna huwa l-ambjent u tfajnih f’Awtorità oħra biex, skont id-direzzjoni tal-Gvern, noħolqu l-bilanċ bejn is-sostenibilità li għandha x’taqsam mal-iżvilupp u s-sostenibilità li għandha x’taqsam mal-ambjent, imma bażikament id-deċiżjoni ta’ kull meta nbidlet il-policy kienet waħda li għandha x’taqsam ma’ żvilupp.
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Id-deċiżjoni ma ħadithiex il-PA.
ONOR. GODFREY FARUGIA: Le, għadha se teħodha.
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, l-Awtorità ma ħaditx id-deċiżjoni. L-Awtorità bdiet din il-policy wara talba mingħand il-Gvern, l-istess bħalma ġara fid-drabi l-oħra. Jiġifieri l-oġġettivi ġew mingħand il-Gvern; it is not a PA induced policy but a Government induced policy. Fil-passat, kull policy ġiet mill-Gvern, jew through a PC application u kien hemm l-approvazzjoni tal-Gvern, jew tal-Ministru jew tal-Parlament, kif kienet oriġinarjament fl-2006.
Rigward id-definizzjonijiet, dawn huma mniżżlin f’Avviż Legali 74 tal-2014 fejn Class 5(a), li titkellem dwar il-uses, tgħid hekk:
CLASS 5A - Light Industry
Use for any of the following:
(a) research, testing and development of products or processes;
(b) craft business;
(c) any other light industry not falling under Class 5C,
provided that, if any such use is carried out in a residential area, in the opinion of the Authority:
(i) it can be carried out without detriment to the amenity of that area by reason of noise, vibrations, smell, fumes, smoke, soot, ash, dust, grit, or visual impact; and
(ii) it does not generate a disproportionate vehicular traffic or parking which is detrimental to the amenity of the area in which it is conducted; and
(iii) it does not result in a significant increase in the number of employees previously engaged in the former use.
CLASS 5B - General Industry
Use for the carrying on of an industrial process not contemplated by Class 5A or Class 5C.
CLASS 5C - Specialised Industry
Any specialised industrial process for any of the following use:
(a) smelting, calcining, sintering or reducing ores, minerals, concentrates or mattes;
(b) converting, refining, reheating, annealing, hardening, melting, carburising, forging, or casting metals or alloys other than pressure diecasting;
(c) recovering of metal from scrap, drosses or ashes;
(d) galvanising;
(e) pickling or treating metal in acid;
(f) chromium plating;
(g) burning lime or dolomite;
(h) producing zinc oxide, cement or alumina;
(i) foaming, crushing, screening or heating mineral or slag;
(j) processing pulverised fuel ash by heat;
(k) producing carbonate of lime or hydrated lime;
(l) producing inorganic pigments by calcining, roasting or grinding, except where the above processes are ancillary to the getting, dressing or treatment of minerals and undertaking in or adjacent to a quarry or mine;
(m) distilling, refining, or blending oils (other than petroleum or petroleum products);
(n) producing or using cellulose or using other pressure sprayed metal finishes (other than in vehicle repair workshops in connection with minor repairs, or application of plastic powder by the use of fluidised bed and electrostatic spray techniques);
(o) boiling linseed oil or running gum;
(p) processes involving the use of hot pitch or bitumen in the manufacture of roofing felt at temperatures not exceeding 220ºC or the manufacture of coated roadstone;
(q) stoving enameled ware;
(r) producing aliphatic esters of the lower fatty acids, butyric acid, caramel, hexamine, iodoform, naphthols, resin products (excluding plastic moulding or extrusion operations and producing plastic sheets, rods, tubes, filaments, fibres or optical components produced by casting, calenering, moulding, shaping or extrusion), salicylic acid or sulphonated organic compounds;
(s) producing rubber from scrap;
(t) chemical processes in which chlorophenols or chlorocresols are used as intermediates;
(u) manufacturing acetylene from calcium carbide;
(v) manufacturing, recovering, or using pyridine or picolines, any methyl or

ethylamine, or acrylates;
(w) the carrying on of an industrial process which uses animal remains as the primary input or as part of the process of manufacture.”.
Qed ngħaddilkom kopja ta’ din il-legal notice.
ONOR. GODFREY FARRUGIA: Fis-sitwazzjoni kif qed tispjega li dawn huma l-klassijiet li ż-żona ta’ Għarram u parti minn Ħal Mula għandha ssegwi fejn jidħlu l-permessi, kif fl-istess żona nsibu stabbilimenti li jaħżnu l-ikel meta hemm dan it-tniġġis kollu u f’dawk l-iskedi mhijiex imsemmija bħala industrija?
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Class 5C mhijiex aċċettabbli f’din iż-żona, li huma aċċettabbli huma Class 5A u Class 5B. Skont il-policy kif inhi sal-lum, il-warehousing huwa aċettabbli f’din iż-żona, u ovvjament huwa aċċettabbli wkoll ir-residenzjali.
ONOR. GODFREY FARRUGIA: Jiġiferi jippermetti warehousing ta’ ikel jew frott jew ħaxix.
SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-Avviż Legali ma jagħmilx distinzjoni; kulma jgħid huwa li it can be used for storage or as a distribution centre.
ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS: Sur Buttigieg, jekk kulħadd se jżomm il-permess oriġinali tiegħu allura x’se jinbidel u x’vantaġġi qegħdin taraw b’din ir-riforma għal min diġà għandu permess?
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Kull min għandu permess se jibqa’ jżommu; li rridu nagħmlu hu li fejn hemm impatt ma nkomplux inżiduh. Hemm numru ta’ żoni li għadhom vojta u jekk illum għandna mpatt ta’ tniġġis, b’aktar industrija f’dik iż-żona se jkompli jiżdied. Forsi jkun hawn min jistaqsi jekk nistgħux allura nieħdu miżuri ta’ mitigazzjoni. Nistgħu, imma hemm limitu kemm tista’ tieħu miżuri, jiġifieri jekk qegħdin nitkellmu fuq problemi ta’ parkeġġ, aktar ma jkun hemm industrija u aktar ma jkun hemm attività, aktar se jkun hemm problemi bħal dawn.
THE CHAIR: L-Onor. Charles Buhagiar.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Sur Buttigieg, inti semmejt l-impatt tat-tniġġis, però naħseb li r-residenti t’hemmhekk mhux mill-impatt tat-tniġġis biss ibatu imma għandhom impatti oħrajn li huma problematiċi għalihom, waħda minnhom huwa l-parkeġġ. Jekk se nżidu r-residenti, kif qed jiġi propost mill-PA, il-problema mhijiex se tiżdied?
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, għax ħafna drabi r-residenti joħorġu minn hemm filgħodu u jiġu replaced bil-ħaddiema li jaħdmu hemmhekk. Ġenerlament, fejn jidħol parkeġġ, l-użu ta’ industrija jew tal-uffiċini u r-residnzjali jaħdmu bil-maqlub.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Hemmhekk ġie żviluppat kważi kullimkien b’garaxxijiet at ground floor, imbagħad entratura żgħira għat-turġien, u garaxx ieħor, u quddiem il-garaxxijiet li hemm at ground floor ħadd ma jista’ jipparkja. Jiġifieri anke jekk ir-residenti joħorġu u jidħlu l-ħaddiema, jew bil-kontra, il-problema se tibqa’ hemmhekk. Se mai, jekk irridu naqdu lir-residenti, irridu nsibu xi alterattiva għalihom.
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fil-fatt, kien hemm is-suġġeriment li fejn hemm l-art tal-Gvern tiġi parkeġġ.
ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS: Sur Buttigieg, ġie kkwantifikat kemm se jitlef flus min għadu ma żviluppax u allura mhux se jkollu ċans jiżviluppa kif żviluppa ħaddieħor jekk se nibdlulu r-regoli? X’rimedju hemm biex dan ma jbatix? Nafu li kollox jiġi bi prezz, u naqbel li għandna nkunu aktar environmental friendly imma xi ħadd irid iħallas u ma naħsibx li huwa fair li dak li għadu ma żviluppax iħallas għal dak li żviluppa.
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, aħna ma nikkwantifikawx prezz f’termini ta’ flus. Aħna naħsbu li kif għamilna l-pjan, min neħħejnih mill-industrija u tfajnih kummerċjali, jikkumpensa bejn wieħed u ieħor fil-valur tal-proprjetà.
ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS: Jiġifieri saret evalwazzjoni. Qed tiipproponu xi ħaġa oħra li…?
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Meta tikkalkula per square metre, pjuttost li l-kummerċjali jġib iżjed flus mill-industrijali.
THE CHAIR: L-Onor. Marlene Farrugia.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Sur Buttigieg, aktar qabel għedt li l-Gvern takom il-brief biex tagħmlu dan it-tibdil taż-żona. Sar studju qabel biex taraw x’inhuma l-problemi taż-żona u x’hemm bżonn isir biex dawk il-problemi individwali, inkluż dik tal-parkeġġ, tas-sanità, tal-ġbir tal-iskart, eċċ., tkunu tistgħu torganizzawhom qabel ma mmorru għall-fażi li qegħdin tipproponu?
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament il-Gvern kellu numru ta’ lmenti mingħand ir-residenti, mingħand il-kunsilli lokali eċċ...
OINOR. MARLENE FARRUGIA: Imma sar studju biex taraw għalfejn skattaw dawk l-ilmenti?
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Aħna ma narawx għalfejn ġew skattati l-ilmenti, sakemm ma jkunux relatati ma’ ppjanar.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Imma intom tridu tistudjaw ħalli tissuġġerixxu ppjanar li jindirizza dawk il-problemi.
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Sar dan l-istudju?
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Aħna nistgħu nindirizzaw dawk l-affarijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ ppjanar. Jien ma nistax immur fuq il-Pulizija u ngħidilhom li jridu jinfurzaw…
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Waħda mill-problemi hija l-parkeġġ u nafu li hemm art tal-Gvern li tista’ tintuża għall-parkeġġ, però f’dak li pproponejtu intom ma tidher imkien.
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għax kull żvilupp ġdid irid jipprovdi għall-parking facilities tiegħu.
OINOR. MARLENE FARRUGIA: Iva, imma hemm problema oltre milli kull żvilupp jipprovdi għall-parkeġġ tiegħu għax diġà hemm ħafna aktar milli tiflaħ iż-żona.
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Imma sfortunatament, f’pajjiż fejn għandek 380,000 karozza, dawn l-affarijiet se ssibhom.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Imma rridu norganizzaw ruħna għall-ipparkjar. Hemmhekk nafu li hemm soluzzjoni, semmejtha inti stess, u allura din għandha tkun parti mill-proġett.
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Dik hija waħda mis-soluzzjonijiet. Għalhekk qiegħda ssir din il-konsultazzjoni pubblika; biex in-nies jiġu bl-ideat li jista’ jkun li aħna ma nkudejnihomx. M’għandniex problema li jsir hekk.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Prosit, grazzi.
THE CHAIR: Grazzi. Naħseb li għalissa m’hemmx aktar mistoqsijiet għall-uffiċjali tal-PA.
Għal din il-laqgħa stedinna uffiċjali minn entitajiet governattivi oħrajn, bħall-Occupational Health and Safety Authority (OHSA), id-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali, il-Korp tal-Pulizija, u l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Nistgħu nibdew billi nitolbu lir-rappreżentanti mid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali sabiex jersqu madwar il-Mejda.
Ir-raġuni għalfejn stedinna lill-uffiċjali mid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali hija għax fl-aħħar laqgħa li kellna ġiet esposta l-problema li hemm ta’ nuqqas ta’ qbil bejn ir-residenti u l-business community minħabba nuqqas ta’ infurzar ta’ regolamenti li jirrigwardjaw l-occupational health, u għaldaqstant il-Membri tal-Kumitat xtaqu jistaqsu x’qed isir dwar dan il-qasam f’dak ir-reġjun.
ONOR. GODFREY FARRUGIA: Sur President, nippreferi li jagħtuna spjega qasira ta’ x’inhi l-azzjoni min-naħa tagħhom bħala dipartiment, imbagħad aħna nkunu nistgħu nagħmlu l-mistoqsijiet tagħna.
TABIBA CHARMAINE GAUCI (Supretendent għas-Saħħa Pubblika): Nibda biex ngħid li r-responsabilità tagħna hija l-protezzjoni tas-saħħa pubblika inġenerali. Minn riċerka li saret barra minn Malta nafu li meta jkollok żoni fejn hemm industrija, speċjalment tip ta’ industrija li tikkrea pollution, il-particulate matter jista’ jkollu effett fuq is-saħħa tan-nies. Fil-fatt, minn riċerka li saret ukoll barra minn Malta, instab li fejn hemm żoni li fihom numru ta’ industrija, in-nies li jgħixu fl-inħawi jkollhom aktar prevalenza ta’ mard, inkluż mard bħall-ażżma speċjalment fit-tfal, mard tal-kliewi u anke ċertu tip ta’ cancers. Min-naħa tas-saħħa r-rakkmandazzjoni dejjem tkun li fejn ikun hemm żoni fejn jista’ jkun hemm tniġġis, kemm jista’ jkun jiġu mbiegħda mir-residenzi. Fil-fatt, ħafna drabi jiġi rrikkmandat li jkun hemm buffer zone ħalli jkun hemm ftit distanza bejn iż-żona u r-residenzi għax dawn ikunu qed jiġu esposti għal tul ta’ ħin twil. Madankollu, dan ma jfissirx li m’għandux ikun hemm kontrolli ta’ emissjionijiet minn dawn it-tip ta’ industrija; dawk għandhom dejjem jiġu regolati, kemm biex tiġi protetta s-saħħa tal-impjegati – dwar dan jista’ jitkellem aktar il-kollega tagħna Dr. Mark Gauci – kif ukoll biex tiġi protetta s-saħħa tal-pubbliku tal-madwar kollu.
Issa l-kollega tiegħi jista’ jispjega aktar x’kontrolli jsiru.
SUR CLIVE TONNA (Direttur għas-Saħħa Ambjentali): Meta tidħol applikazzjoni f’dawn iż-żoni, naraw x’se jkun l-effett tagħha fuq ir-residenti fil-viċin u anke nieħdu akkont taż-żona kif inhi mqassma, jiġifieri jekk hijiex industrijali jew residenzjali. Kien hemm istanzi, anke dan l-aħħar, fejn aħna oġġezzjonajna għal tip ta’ industrija qalb ir-residenzi, però kull każ trid tieħdu għalih, ma tistax tiġbor lil kulħadd f’daqqa. Naqblu li għandu jkun hemm zoning għax kif spjegat tajjeb Dr. Gauci, jekk ikollok mixed development żgur li se jkollok impatt fuq is-saħħa tar-residenti. Barra minn hekk, anke jekk ikun hemm permess mill-PA, min-naħa tagħna ninfurzaw il-Public Health Act, kapitlu 465, u dan jagħtina l-fakultà li jekk ikun hemm ilment mill-pubbliku li mbagħad ikun ġustifikat anke minn ċertifikat ta’ tabib, inkunu nistgħu nitolbu lill-proprjetarju ta’ dik l-industrija biex jottempora ruħu mal-liġi, noħorġulu wkoll abatement notice, u f’każ li ma jkun jista’ jagħmel xejn, immorru l-qorti u l-qorti tordna perizja, u skont xi jkun ix-xogħol, jitilgħu l-inġiniera, eċċ. u nimxu minn hemmhekk.
THE CHAIR: L-Onor. Godfrey Farrugia.
ONOR. GODFREY FARRUGIA: L-ewwel nett insellimkom, ex kollegi. Minn dak li ntqal jidher li qegħdin nitkellmu fuq żona fejn m’hemmx buffer zone u allura qegħdin f’sitwazzjoni unika ħafna meta nqabblu lilna nfusna ma’ barra minn Malta, u qegħdin inħallsu bis-saħħa tal-bniedem, kemm jekk huwa ħaddiem kif ukoll jekk huwa resident. Nifhem sew li riċerka dwar din iż-żona partikolari f’Malta m’għandniex; jien naf bi studju wieħed li sar fl-1998 minn studenta fl-università imma mhijiex riċerka għal-livell li qed issemmi Dr. Gauci. Semmejtu s-sehem tagħkom fil-proċess innifsu u għedtu li ġieli tajtu parir kontra. L-ewwel mistoqsija li xtaqt nagħmel hija jekk meta tajtu parir li mill-aspett ta’ saħħa tal-bniedem jew ta’ sanità mhux vijabbli, il-PA xorta ħarġitx il-permess.
Issemma wkoll il-moniteraġġ. Jiena tabib li naħdem f’dik iż-żona u naf fiċ-ċert li l-moniteraġġ mhuwiex wieħed adegwat. Semmejtu li min-naħa tagħkom tilqgħu l-ilmenti u semmejtu l-proċess li tużaw meta jidħlu l-ilmenti. Nafu wkoll li persentaġġ kbir minn dawn l-ilmenti qatt ma jaslu l-qorti għax ir-resident ma jkunx irid imur il-qorti u allura fil-fatt hija sistema li mhijiex effikaċi. Bħala dipartiment kemm intom proattivi, fis-sens li kull ċertu perjodu ta’ żmien tmorru tiċċekkjaw li pereżempju l-filters ta’ extractors qegħdin jinbidlu, li l-isprays huma skont kif titlob il-liġi, jiġifieri water based u mhux mod ieħor, li l-istorbju mhuwiex ta’ livell li huwa insapportabbli, eċċ.? U dan mhux għas-saħħa tal-ħaddiem biss imma anke għas-saħħa tar-residenti. Bħala entità, għandkom il-manpower biżżejjed biex f’żona bħal din – u hawn żoni oħrajn f’Malta li huma mixed bħal, pereżempju, Ħal Qormi – fejn nafu li buffer zone ma jeżistix u allura t-tniġġis se jġib aktar mard fir-residenti u fil-ħaddiema, tħarsu dawn l-affarijiet billi tindagaw u tqabblu li l-liċenzja mogħtija mid-Dipartiment tal-Kummerċ hija skont dak li fil-fatt qed isir f’dak il-garaxx partikolari? Milli smajt b’mod partikolari dan l-aħħar miż-żewġ naħat, hemm industrija li timxi b’irġulija fejn tħares l-affarijiet kif isiru fix-xogħol tagħha b’mod idoneo u tħares l-ambjent u l-affarijiet kollha kif suppost, u hemm industrija li jiddispjaċini ngħid li tiġi għal għajnha. Allaħares nirrepeti dak li qalli wieħed minn dawk li għandu garaxx hemmhekk meta ġbidtlu l-attenzjoni u staqsejtu għalfejn qed iħalli l-affarijiet barra. Fil-fatt dan il-bniedem kellimni ħażin. Jiġifieri għalkemm għandna min qed jagħmel l-affarijet b’mod tajjeb, hemm ukoll min qed jiġi jaqa’ u jqum minn dak li jiġri hemmhekk. Il-moniteraġġ, is-sorveljanza, u l-infurzar tal-liġi, qiegħed isir min-naħa tad-dipartiment tagħkom?
Yüklə 212,56 Kb.

Dostları ilə paylaş:
  1   2   3   4




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin