GŻEJJER TA’ SAN PAWL – INVESTIMENT MINN FONDI EWROPEJ W299. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali: Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jagħmel xi investiment partikolari fuq il-Gżejjer ta' San Pawl, liema gżejjer jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern ċentrali, u dan minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi sottomissjoni partikolari għal dak li jikkonċerna nfiq fuq dawn il-gżejjer, kemm mill-privat kif ukoll mill-Gvern ċentrali?