IN-NAXXAR U L-IMĠARR – MATERJAL UŻAT FIL-PILASTRI FIT-TOROQ W292. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema materjal intuża fil-pilastri li twaħħlu fit-triq li min-Naxxar tagħti għas-Salina, u fi Triq Temi Zammit, iż-Żebbiegħ, l-Imġarr? Billi f'dawn l-istess postijiet diġà kien hemm xi forma ta' sinjali li tkissru, jista' l-Ministru jassigura li dawn il-poles mhumiex ta' periklu għal dawk li jużaw dawn it-toroq?
ONOR. JOE MIZZI:Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawn il-vertical road signs jaqgħu taħt il-kategorija ta’ portable deformable warning devices and delineators (cylinders). Dawn huma addattati għall-użu fit-toroq skont BS EN 13422.
VETTURI B’LIĊENZJA TAL-UNJONI EWROPEA W293. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta’ vetturi b’liċenzja tal-Unjoni Ewropea li qegħdin fuq it-toroq Maltin? X’tip ta’ spezzjonijiet twettaq Transport Malta, weħidha jew mal-pulizija, biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm abbużi minn nuqqasijiet ta’ liċenzjar ta’ dawn l-istess vetturi?